blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Jn 13:21-33, 36-38 - Jesus Predicts - Ġesù jħabbar it-tradiment ta' Ġuda u ċ-ċaħda ta' Pietru

Monday, April 14, 2014

Jn 13:21-33, 36-38 - Jesus Predicts - Ġesù jħabbar it-tradiment ta' Ġuda u ċ-ċaħda ta' Pietru




THE GOSPEL ON TUESDAY OF HOLY WEEK
--- 'What you are going to do, do quickly' ---
L-EVANĠELJU TAT-TLIETA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA

Evanġelju
Wieħed minnkom se jittradini ... is-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet.
Ġw 13, 21-33.36-38

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu,[Ġw:13:21] Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: "Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!" [Ġw:13:22] Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. [Ġw:13:23] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b'rasu ma' sider Ġesù. [Ġw:13:24] Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: "Għal min qiegħed jgħid?" [Ġw:13:25] Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: "Min hu, Mulej?" [Ġw:13:26] Wieġbu Ġesù: "Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu." Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota. [Ġw:13:27] Ġuda ħa l-biċċa ħobż u daħal fih ix-Xitan. Qallu Ġesù: "Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx." [Ġw:13:28] Imma ħadd minn dawk li kienu fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu hekk. [Ġw:13:29] Billi Ġuda kien il-kaxxier, xi wħud stħajjlu lil Ġesù jgħidlu, 'Mur ixtri dak li neħtieġu għall-festa,' jew biex imur jagħti xi ħaġa lill-foqra. [Ġw:13:30] Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ 'il barra. Kien billejl.

[Ġw:13:31] Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: "Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. [Ġw:13:32] Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta' Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. [Ġw:13:33] Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu" [Ġw:13:36] Qallu Xmun Pietru: "Fejn sejjer, Mulej?" U Ġesù wieġbu: "Fejn sejjer jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard." [Ġw:13:37] Qallu Pietru: "Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa? Għalik jiena nagħti ħajti!" [Ġw:13:38] Wieġbu Ġesù: "Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet!"


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu






.