blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Monday, April 07, 2014

"I AM" - Jn 8:21-30 -- Dispute Over Who Jesus Is - Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu - "Jien Hu"




Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu
[Ġw:8:21] U raġa' qalilhom: "Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu." [Ġw:8:22] Qalu l-Lhud: "Jaqaw se jneħħi ħajtu b'idejh dan? Għax qal li 'Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.' " [Ġw:8:23] Ġesù qalilhom: "Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta' din  id-dinja, imma jien m'iniex ta' din id-dinja. [Ġw:8:24] Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom. Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom." [Ġw:8:25] "U int min int?" staqsewh. Weġibhom Ġesù: "Dak li ili ngħidilkom sa mill-bidu. [Ġw:8:26] Għandi ħafna xi ngħid fuqkom u x'nikkundanna fikom; iżda dak li bagħatni jgħid il-verità, u jiena ngħid lid-dinja dak li smajt mingħandu." [Ġw:8:27] Huma ma ntebħux li kien qiegħed ikellimhom fuq il-Missier. [Ġw:8:28] Għalhekk Ġesù qalilhom: "Meta terfgħu 'l fuq lil Bin il-bniedem, mbagħad tagħrfu li jiena hu u li minn rajja ma nagħmel xejn, imma li nitkellem skond ma għallimni l-Missier. [Ġw:8:29] U min bagħatni huwa miegħi, ma telaqnix waħdi, għax jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu." [Ġw:8:30] Meta tkellem hekk, kienu ħafna dawk li emmnu fih.



Pope Francis gives \'pocket Gospels\' during Angelus

Vatican displays Bible that traveled to moon, and oldest Gospel on record

...including the oldest known complete text in Palestinian Aramaic - the language of JESUS.



April 7 - St John Baptist De La Salle --- For All Teachers - from the Apostleship of Prayer