MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Tuesday, April 08, 2014
Monday, April 07, 2014
"I AM" - Jn 8:21-30 -- Dispute Over Who Jesus Is - Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu - "Jien Hu"
Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu
[Ġw:8:21] U raġa' qalilhom: "Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu." [Ġw:8:22] Qalu l-Lhud: "Jaqaw se jneħħi ħajtu b'idejh dan? Għax qal li 'Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.' " [Ġw:8:23] Ġesù qalilhom: "Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta' din id-dinja, imma jien m'iniex ta' din id-dinja. [Ġw:8:24] Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom. Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom." [Ġw:8:25] "U int min int?" staqsewh. Weġibhom Ġesù: "Dak li ili ngħidilkom sa mill-bidu. [Ġw:8:26] Għandi ħafna xi ngħid fuqkom u x'nikkundanna fikom; iżda dak li bagħatni jgħid il-verità, u jiena ngħid lid-dinja dak li smajt mingħandu." [Ġw:8:27] Huma ma ntebħux li kien qiegħed ikellimhom fuq il-Missier. [Ġw:8:28] Għalhekk Ġesù qalilhom: "Meta terfgħu 'l fuq lil Bin il-bniedem, mbagħad tagħrfu li jiena hu u li minn rajja ma nagħmel xejn, imma li nitkellem skond ma għallimni l-Missier. [Ġw:8:29] U min bagħatni huwa miegħi, ma telaqnix waħdi, għax jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu." [Ġw:8:30] Meta tkellem hekk, kienu ħafna dawk li emmnu fih.
Vatican displays Bible that traveled to moon, and oldest Gospel on record
...including the oldest known complete text in Palestinian Aramaic - the language of JESUS.
Subscribe to:
Posts (Atom)