MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Saturday, April 05, 2014
WHAT IT MEANS TO BE CATHOLIC (produced in 2012)
The Four Marks of all who belong to the one, holy, catholic and apostolic Church, as they were in the beginning, are now, and always shall be, even unto the end of the age:
(1) Proclamation of the Good News
(2) Instruction in Truth
(3) Worship and Fellowship
(4) Service to the community.
Jn 11:1-45 -- I am the resurrection and the life - Jien hu l-qawmien u l-ħajja --- + Reflection
IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 5 OF LENT
--- The Death of Lazarus ---
Evanġelju ( jew il-forma
l-qasira: Ġw 11, 3-7.17.20-27.33b-45 )
Jien hu l-qawmien u l-ħajja.
Ġw 11, 1-45
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, [Ġw:11:1] kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja,
ir-raħal ta' Marija u oħtha Marta. [Ġw:11:2] Marija kienet dik li dilket
il-Mulej b'żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b'xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien
ħuha. [Ġw:11:3] Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: "Mulej, ara, ħabibek
marid." [Ġw:11:4] Meta sama' l-aħbar Ġesù qal: "Din m'hijiex
marda tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta'
Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta' Alla."
[Ġw:11:5] Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru.
[Ġw:11:6] Meta sama' li dan marad, baqa' jumejn oħra fejn kien, [Ġw:11:7] u
mbagħad qal lid-dixxipli: "Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija." [Ġw:11:8]
Qalulu d-dixxipli: "Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li
jħaġġruk, u int rieġa' sejjer hemm?" [Ġw:11:9] Weġibhom Ġesù: "M'hux
tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi binhar, ma jitfixkilx, għax
ikun qiegħed jara d-dawl ta' din id-dinja. [Ġw:11:10] Imma jekk jimxi billejl,
jitfixkel, għax ma jkollux dawl." [Ġw:11:11] Qalilhom hekk, u mbagħad
issokta jgħidilhom: "Ħabibna Lazzru rieqed; iżda ħa mmur u nqajjmu."
[Ġw:11:12] Qalulu d-dixxipli:
"Mulej, jekk inhu rieqed, jiġifieri se jfiq." [Ġw:11:13] Iżda Ġesù
kien tkellem mill-mewt tiegħu, u huma ħaduha li kien qalilhom fuq l-irqad ta'
meta wieħed ikun bin-ngħas. [Ġw:11:14] Mbagħad qalilhom ċar u tond:
"Lazzru miet. [Ġw:11:15] U jiena nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemm,
ħalli temmnu. Iżda ejjew immorru sa ħdejh." [Ġw:11:16] Tumas, mlaqqam
it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: "Immorru aħna wkoll ħa mmutu
miegħu."
[Ġw:11:17] Meta wasal, Ġesù sab li Lazzru kien ġa ilu erbat ijiem
fil-qabar. [Ġw:11:18] Betanja kienet qrib Ġerusalemm, xi ħmistax-il stadju 'l
hemm minnha. [Ġw:11:19] Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex
ifarrġuhom minħabba ħuhom. [Ġw:11:20] Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù,
Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. [Ġw:11:21] Marta qalet lil
Ġesù: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. [Ġw:11:22] Imma wkoll
issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek."
[Ġw:11:23] Ġesù qalilha: "Ħuk jerġa' jqum!" [Ġw:11:24] Qaltlu Marta:
"Jiena naf li jerġa' jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum."
[Ġw:11:25] Qalilha Ġesù: "Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen
fija, ukoll jekk imut, jgħix; [Ġw:11:26] u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma
jmut qatt. Temmnu inti dan?" [Ġw:11:27] "Iva, Mulej," weġbitu,
"Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta' Alla, dak li ġie
fid-dinja."
[Ġw:11:28] Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt
l-ilsien qaltilha: "L-Imgħallem hawn, u qiegħed isejjaħlek."
[Ġw:11:29] Dik, malli semgħetha, qamet minnufih u marret ħdejh. [Ġw:11:30] Ġesù
kien għadu ma daħalx fir-raħal, imma baqa' fejn kienet ġiet tiltaqa' miegħu
Marta. [Ġw:11:31] Il-Lhud li kienu d-dar ma' Marija biex ifarrġuha, kif rawha
tqum malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajjluha sejra lejn il-qabar biex
toqgħod tibki hemm.
[Ġw:11:32] Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu nxteħtet f'riġlejh,
tgħidlu: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut." [Ġw:11:33]
Ġesù, kif ra lilha tibki u l-Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll, ħass ruħu
mqanqal u tħawwad ħafna. [Ġw:11:34] "Fejn qegħedtuh?" staqsiehom.
Huma weġbuh: "Mulej, ejja u ara." [Ġw:11:35] U Ġesù beka. [Ġw:11:36]
Għalhekk il-Lhud qalu: "Ara kemm kien iħobbu!" [Ġw:11:37] Iżda xi
wħud minnhom qalu: "Ma setax dan il-bniedem, li fetaħ għajnejn l-agħma,
jagħmel ukoll li dan ma jmutx?"
[Ġw:11:38] Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb' oħra u resaq lejn
il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. [Ġw:11:39] Ġesù qal: "Neħħu
l-blata." Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: "Mulej, issa beda jrejjaħ; ġa
ilu erbat ijiem mejjet." [Ġw:11:40] Qalilha Ġesù: "Ma għedtlikx li
jekk inti temmen, tara l-glorja ta' Alla?" [Ġw:11:41] Mbagħad neħħew
il-blata. Ġesù rafa' għajnejh 'il fuq u qal: "Missier, nroddlok ħajr li
smajtni. [Ġw:11:42] Kont naf li inti dejjem tismagħni, imma għedt dan minħabba
n-nies li hawn madwari, biex huma jemmnu li inti bgħattni." [Ġw:11:43] Kif
qal hekk, għajjat b'leħen għoli: "Lazzru, oħroġ!" [Ġw:11:44] U dak li
kien mejjet ħareġ, b'idejh u riġlejh infaxxati u b'maktur ma' wiċċu. Ġesù
qalilhom: "Ħollulu l-faxex u ħalluh imur."
[Ġw:11:45] Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li
għamel Ġesù, emmnu fih.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Reflection:
http://www.mycatholic.com/reflections/2014-096.html
http://www.mycatholic.com/reflections/2014-096.html
"Do you believe?" –John 11:26
In two weeks, everyone in the world who goes to Mass on Easter will be
challenged to reject Satan, all his works, and all his empty promises. We
reject Satan because we believe in the Father, the Son, and the Holy Spirit.
The Holy Spirit guides us to all truth (Jn 16:13), including faith in "the
holy catholic Church, the communion of saints, the forgiveness of sins, the
resurrection of the body, and life everlasting." The last word in the
great renewal of the baptismal promises is "the resurrection of the body
and life everlasting."
In two weeks, Jesus is going to say to us as He said to Martha: "I
am the Resurrection and the Life" (Jn 11:25). He will ask us: "Do you
believe this?" (Jn 11:26) By God's grace, we will be able to answer:
"Yes, Lord...I have come to believe that You are the Messiah, the Son of
God" (Jn 11:27). If we believe Jesus is the Messiah and the Son of God, we
believe He is the Resurrection and the Life, Who will open our graves (Ez
37:12), raise our bodies from the dead, and give us life everlasting.
Fix your eyes on the risen Son (see Heb 12:2). See Jesus dying on the
cross, and rising from the dead. Jesus, Who raised Lazarus from the dead, will
give us the faith to believe in Him, renew our baptismal promises, and thereby
rise from the dead to life everlasting.
PRAYER: Father,
whatever it takes, increase my faith greatly in the next two weeks.
PROMISE: "If the
Spirit of Him Who raised Jesus from the dead dwells in you, then He Who raised
Christ from the dead will bring your mortal bodies to life also, through His
Spirit dwelling in you." –Rm 8:11
PRAISE: Praise You
Jesus, the crucified Resurrection and the Life! You are "the Author of
Life" (Acts 3:15). "All life, all holiness comes from You."
.
Friday, April 04, 2014
GOSPEL - Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ... Il-Missierna Parti 1 & 2 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)
Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ...
- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 1 OF LENT
- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 11 IN ORDINARY TIME
[Mt:6:7] Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. [Mt:6:8] Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x'teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. [Mt:6:9] Mela itolbu hekk:
'Missierna, li inti fis-smewwiet,
jitqaddes ismek,
[Mt:6:10] tiġi saltnatek,
ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
[Mt:6:11] Ħobżna ta' kuljum agħtina llum.
[Mt:6:12] Aħfrilna dnubietna,
bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
[Mt:6:13] U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda eħlisna mid-deni.'
[Mt:6:14] Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. [Mt:6:15] Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.
******************************
Il-Missierna Parti 1 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)
Il-Missierna Parti 2 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)
Il-Missierna Parti 2 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)
Subscribe to:
Posts (Atom)