blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, April 04, 2014

Jn 7:40-53 -- Division Over Who Jesus Is - Il-fehmiet tan-nies fuq Ġesù


SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 4 OF LENT
Evanġelju
Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?
Ġw 7, 40-53


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, [Ġw:7:40] meta xi wħud semgħu kliem  Ġesù, alu: "Tassew dan hu l-Profeta." [Ġw:7:41] Oħrajn qalu: "Dan hu l-Messija." Iżda xi wħud qalu: "Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? [Ġw:7:42] Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta' David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?" [Ġw:7:43] Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih.

[Ġw:7:44] Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu.  [Ġw:7:45] L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: "Dan kif ma ġibtuhx magħkom? [Ġw:7:46] L-għases qalulhom: "Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!" [Ġw:7:47] Qabżu l-Fariżej u qalulhom: "Intom ukoll tqarraqtu? [Ġw:7:48] Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih? [Ġw:7:49] Imma dawn x'qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!"

[Ġw:7:50] Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom: [Ġw:7:51] "Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma' lilu stess ħalli tkun taf x'inhu jagħmel?" [Ġw:7:52] U huma qalulu: "M'intix int ukoll mill-Galilija, hux? Fittex fl-Iskrittura, ħalli tara li ebda profeta ma jqum mill-Galilija!" [Ġw:7:53] U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.




... "No One Ever Spoke the way this man does" ...








During the coronavirus pandamic - March 2020
Homily in Maltese

Ġw 7:40-53 -- OMELIJA - mill-Quddiesa mill-Kurja tal-Arċisqof – 28 ta’ Marzu, 2020, 0930am












.

Jn 7:1-2, 10, 25-30 -- ...Jesus Goes to the Festival of Tabernacles - ...Fil-festa ta' l-Għerejjex




7. In-nuqqas ta' fidi mill-qraba ta' Ġesù
[Ġw:7:1] Wara dan, Ġesù baqa' jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. [Ġw:7:2] Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta' l-Għerejjex,........


Fil-festa ta' l-Għerejjex
[Ġw:7:10] Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela' hu wkoll, mhux  bid-dieher, imma bil-moħbi..........


Dan hu l-Messija
[Ġw:7:25] Xi wħud min-nies ta' Ġerusalemm qalu: "Dan m'huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? [Ġw:7:26] Araw, b'wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn. Jaqaw tassew li l-kbarat għarfu li dan hu l-Messija? [Ġw:7:27] Imma dan nafu minn fejn hu;  il-Messija, meta jiġi, ħadd ma jkun jaf minn fejn ikun ġej." [Ġw:7:28] Ġesù, huwa u jgħallem fit-tempju, għolla leħnu u qal: "Intom lili tafuni, u tafu wkoll minn fejn jien. Jiena ma ġejtx minn rajja, imma hemm wieħed tassew li bagħatni, wieħed li intom ma tafuhx. [Ġw:7:29] Jiena nafu, għax jien minn għandu ġej, u kien hu li bagħatni." [Ġw:7:30] Huma fittxew jaqbduh, iżda ħadd minnhom ma medd idejh fuqu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx.

Pope\'s Mass: Don\'t be afraid of praying! It\'s like talking to a friend --- The beauty of interceding for others - Exodus 32:7-14 - Is-sbuħija li tinterċedi għal oħrajn

The beauty of interceding for others - Is-sbuħija li tinterċedi għal oħrajn



One example from the Bible Exodus 32:7-14 --- Eżempju wieħed mill-Bibbja - Eżodu 32:7-14


Thursday of the Fourth Week of Lent - Exodus 32:7-14


The LORD said to Moses,
“Go down at once to your people
whom you brought out of the land of Egypt,
for they have become depraved.
They have soon turned aside from the way I pointed out to them,
making for themselves a molten calf and worshiping it,
sacrificing to it and crying out,
‘This is your God, O Israel,
who brought you out of the land of Egypt!’
The LORD said to Moses,
“I see how stiff-necked this people is.
Let me alone, then,
that my wrath may blaze up against them to consume them.
Then I will make of you a great nation.”

But Moses implored the LORD, his God, saying,
“Why, O LORD, should your wrath blaze up against your own people,
whom you brought out of the land of Egypt
with such great power and with so strong a hand?
Why should the Egyptians say,
‘With evil intent he brought them out,
that he might kill them in the mountains
and exterminate them from the face of the earth’?
Let your blazing wrath die down;
relent in punishing your people.
Remember your servants Abraham, Isaac and Israel,
and how you swore to them by your own self, saying,
‘I will make your descendants as numerous as the stars in the sky;
and all this land that I promised,
I will give your descendants as their perpetual heritage.’“
So the LORD relented in the punishment
he had threatened to inflict on his people.
                      - - - - - - - - -
[Eż:32:7] Il-Mulej qal lil Mosè: “Mur u inżel, għaliex tħassar  il-poplu tiegħek, li inti tellajt mill-Eġittu. [Eż:32:8] Malajr warrbu mit-triq li jiena wrejthom: għamlu għalihom għoġol tal-metall imdewweb, niżlu wiċċhom fl-art iqimuh, u offrewlu sagrifiċċju u qalu: 'Dawn huma l-allat tiegħek, Iżrael, li tellgħuk mill-art ta' l-Eġittu.’ ” [Eż:32:9] U l-Mulej issokta jgħid lil Mosè: “Jiena ħarist lejn dan il-poplu, u rajt li hu poplu ta' ras iebsa. [Eż:32:10] Ħallini waħdi, issa, ħalli nixgħel il-korla tiegħi għalihom u neqridhom. U lilek nagħmlek ġens kbir.”
[Eż:32:11] Mosè mbagħad talab bil-ħniena quddiem il-Mulej, Alla tiegħu, u qal: “Għaliex, Mulej, tixgħel bil-korla tiegħek għall-poplu tiegħek, li int, b'ħila kbira u b'id qawwija, ħriġtu mill-art ta'  l-Eġittu? [Eż:32:12] L-għala għandhom jgħidu l-Eġizzjani: 'Araw x'deni għamlilhom: ħariġhom biex itemmhom fil-muntanji u jeqridhom minn wiċċ l-art?' Erġa' lura mis-saħna tal-korla tiegħek, u reġġa' lura l-ħsara li trid tagħmel lill-poplu tiegħek. [Eż:32:13] Ftakar f'Abraham, f'Iżakk u f'Iżrael, il-qaddejja tiegħek, li int ħliftilhom bik innifsek u għedtilhom: 'Nkattar in-nisel tagħkom bħall-kwiekeb tas-sema, u din l-art kollha, li jien wegħedt, nagħtiha lil nisilkom bħala wirt għal dejjem.’ ” [Eż:32:14] U l-Mulej nidem mill-ħsara li qal li kien se jagħmel lill-poplu tiegħu.