blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Tuesday, January 28, 2014

JANUARY 28 - St. Thomas Aquinas









St. Thomas Aquinas and The Five Ways to Prove the Existence of God  



Bishop Barron on St. Thomas Aquinas



St. Thomas Aquinas
http://www.newadvent.org/cathen/14663b.htm




also
https://en.wikipedia.org/wiki/Thomas_Aquinas





http://laikos.org/qaddisin.htm

28 TA’ JANNAR
 
SAN TUMAS TA’ AQUINO
Saċerdot u Duttur tal-Knisja:  1225 – 1274
 

San Tumas twieled fil-Belt ta’ Aquino qrib Monte Cassino, fl-1225, minn familja nobbli.  Hu kien is-seba’ wieħed fost ħames subien u ħames bniet.
 
Ta’ ħames snin beda jmur għand il-Patrijiet Benedittini ta’ Monte Cassino biex jitgħallem l-iskola.
 
Fl-1239, meta kellu erbatax-il sena, daħal l-Universita’ ta’ Napli.  Hemm iltaqa’ mal-Patrijiet Dumnikani, u daħal magħhom.
 
Tal-familja ma riduhx isir patri Dumnikan.  Fl-1224, ħutu, fuq ordni tal-ġenituri, qabduh uġabuh lura d-dar bil-fors, u żammewh qisu priġunier f’wieħed mill-kastelli tal-familja, u għamlu minn kollox biex idawrulu fehmtu, bla ma rnexxielhom.  Bil-għajnuna ta’ oħtu li kienet iġġiblu l-kotba, studja sew il-Bibbja u l-filosofija.
 
Meta tawh il-liberta’ fl-1245, reġa’ ngħaqad mad-Dumnikani, u s-Superjuri bagħtuh Cologne, il-Ġermanja, jistudja taħt San Albertu l-Kbir.
 
Wera intelliġenza u għerf kbar.  Fl-1251, ta’ 26 sena, sar saċerdot, u fil-1252, mar jgħallem fl-Universita’ ta’ Pariġi.
 
Fl-1266, beda jikteb is-Summa Theologica, iżda waqaf ħesrem fis-6 ta’ Diċembru 1273, meta kellu esperjenza profonda waqt li kien qed jitlob wara li qaddes.  Meta xi ħadd staqsieh għaliex kien waqaf, wieġeb: ”Dak kollu li ktibt jidher qisu tiben ħdejn dak li ġie rrelevat lili”.
 
Kellu mħabba kbira lejn Ġesù Ewkaristija.  Kiteb ħafna innijiet, fosthom it-Tantum Ergo u O Salutaris Hostia.
 
Darba kien qed jitlob quddiem il-kurċifiss u sama’:  ”Ktibt tajjeb fuqi, Tumas.  Xi trid bħala rigal?”  San Tumas wieġeb: ”Xejn ħlief lilek, Mulej!”
 
Miet fis-7 ta’ Marzu 1274, ta’ 49 sena, wara li rċieva l-vjatku, meta kien fi triqtu biex fuq talba tal-Papa Girgor X jieħu sehem fil-Konċilju ta’ Lyons.
 
Talba
Infaħħruk Mulej, u nirringrazzjawk ta’ l-intellett li bih Int għoġbok iżżejjen il-bniedem.
 




.

Saturday, January 25, 2014

L-Għoxrin Posta tar-Rużarju Mqaddes b'Meditazzjonijiet Offruti għas-Saċerdoti --- u LITANIJA




GĦAL WAQT ADORAZZJONI - NITOLBU GĦAS-SAĊERDOTI - Dan ir-Rużarju ssibu fil-Laikos, is-sit uffiċċjali tas-segretarjat għall-Lajċi, Malta - http://www.laikos.org/Ruzarju_Sacerdoti.htm
- u ttajpjat u tista' tipprintjah - Talb għas-Saċerdoti - numru 13  http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_E.htm



LITANIJA GĦAS-SAĊERDOTI
Nitolbu għall-:
•Papa, imlieh bil-kuraġġ u l-grazzja, Mulej.
•Kardinali, l-arċisqfijiet u l-isqfijiet, agħtihom qalb ta' ragħajja, Mulej.
•Għas-saċerdoti djoċeżani, imliehom bl-Ispirtu tiegħek, Mulej.
• Għas-saċerdoti fi ħdan l-ordnijiet reliġjużi, ipperfezzjona s-sejħa tagħhom, Mulej
• Għas-saċerdoti li jinsabu morda, fejjaqhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li jinsabu fil-periklu, eħlishom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li huma dgħajfa, qawwihom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li huma foqra, serraħhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li tilfu l-ħeġġa, ġeddidhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li jinsabu mnikkta, farraġhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li jinsabu nkwetati, agħtihom il-paċi, Mulej.
•Għas-saċerdoti li huma anzjani, assistihom, Mulej.
•Għas-saċerdoti li jinsabu weħedhom, akkumpanjahom, Mulej.
•Għas-saċerdoti missjunarji, ipproteġihom, Mulej.
•Għas-saċerdoti predikaturi, dawwalhom, Mulej.
•Għas-saċerdoti li jiggwidaw l-erwieħ, ħarriġhom, Mulej.
•Għas-saċerdoti u r-reliġjużi li mietu, wassalhom għall-glorja, Mulej.

•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom l-għerf u t-tagħrif Tiegħek.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-fehma u l-kunsill Tiegħek.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom reverenza u qima Lejk.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-paċenzja u l-imħabba.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom l-ubbidjenza u l-ħniena.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom zelu dejjem iħeġġeġ għall-erwieħ.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-virtujiet tal-fidi, tat-tama u ta' l-imħabba.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom imħabba dejjem qawwija lejn l-Ewkaristija.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom lijalta lejn il-Papa u l-Isqfijiet f'għaqda Miegħu.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom rispett lejn il-ħajja u d-dinjita umana.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom integrita u ġustizzja.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom umilta u ġenerożita.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom qawwa fil-qadi ta' dmirijiethom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-paċi fis-sofferenzi tagħhom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom imħabba kbira lejn it-Trinita.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom imħabba kbira lejn Marija Omm Alla u Ommhom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu d-dawl ta' Kristu.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu il-melħ ta' l-art.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jipprattikaw is-sagrifiċċju u ċ-ċaħda tagħhom infushom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu qaddisa f'ġisimhom, f'moħħhom u fl-ispirtu.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu nies ta' talb.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa tiddi fihom il-fidi.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa jħabirku dejjem għas-salvazzjoni ta' ruħna.
•Għas-saċerdoti kollha, għamel li jkunu fidili lejn il-vokazzjoni saċerdotali tagħhom.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa jbierku u jfejqu bl-idejn qaddisa tagħhom.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa jkunu dejjem imħeġġa b'imħabba lejk.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li kull pass li jagħmlu jkun għall-glorja tAlla.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li l-Ispirtu s-Santu jimlihom u jagħtihom id-doni Tiegħu b'abbundanza.
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,...

Nitolbu:
Missier, Iben u Spirtu s-Santu, isma t-talb li qed noffru għas-saċerdoti tagħna. Agħmel li jagħrfu b'mod ċar il-ħidma li Int qed issejħilhom għaliha. Agħtihom kull grazzja biex iwieġbu għas-sejħa Tiegħek b'kuraġġ, b'imħabba, u b'dedikazzjoni dejjiema għar-rieda Tiegħek. Aħna nitolbu dan bl-interċessjoni ta' Marija, l-Omm maħbuba tagħhom. Amen.
B'RINGRAZZJAMENT LIL ALLA GĦAD-DON TAS-SAĊERDOZJU FIL-KNISJA.
 

numru 13 --- http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_E.htm


.