MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Monday, January 27, 2014
Saturday, January 25, 2014
L-Għoxrin Posta tar-Rużarju Mqaddes b'Meditazzjonijiet Offruti għas-Saċerdoti --- u LITANIJA
GĦAL WAQT ADORAZZJONI - NITOLBU GĦAS-SAĊERDOTI - Dan ir-Rużarju ssibu fil-Laikos, is-sit uffiċċjali tas-segretarjat għall-Lajċi, Malta - http://www.laikos.org/Ruzarju_Sacerdoti.htm
- u ttajpjat u tista' tipprintjah - Talb għas-Saċerdoti - numru 13 http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_E.htm
LITANIJA GĦAS-SAĊERDOTI
Nitolbu għall-:
•Papa, imlieh bil-kuraġġ u l-grazzja, Mulej.
•Kardinali, l-arċisqfijiet u l-isqfijiet, agħtihom qalb ta' ragħajja, Mulej.
•Għas-saċerdoti djoċeżani, imliehom bl-Ispirtu tiegħek, Mulej.
• Għas-saċerdoti fi ħdan l-ordnijiet reliġjużi, ipperfezzjona s-sejħa tagħhom, Mulej
• Għas-saċerdoti li jinsabu morda, fejjaqhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li jinsabu fil-periklu, eħlishom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li huma dgħajfa, qawwihom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li huma foqra, serraħhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li tilfu l-ħeġġa, ġeddidhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li jinsabu mnikkta, farraġhom, Mulej.
• Għas-saċerdoti li jinsabu nkwetati, agħtihom il-paċi, Mulej.
•Għas-saċerdoti li huma anzjani, assistihom, Mulej.
•Għas-saċerdoti li jinsabu weħedhom, akkumpanjahom, Mulej.
•Għas-saċerdoti missjunarji, ipproteġihom, Mulej.
•Għas-saċerdoti predikaturi, dawwalhom, Mulej.
•Għas-saċerdoti li jiggwidaw l-erwieħ, ħarriġhom, Mulej.
•Għas-saċerdoti u r-reliġjużi li mietu, wassalhom għall-glorja, Mulej.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom l-għerf u t-tagħrif Tiegħek.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-fehma u l-kunsill Tiegħek.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom reverenza u qima Lejk.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-paċenzja u l-imħabba.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom l-ubbidjenza u l-ħniena.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom zelu dejjem iħeġġeġ għall-erwieħ.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-virtujiet tal-fidi, tat-tama u ta' l-imħabba.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom imħabba dejjem qawwija lejn l-Ewkaristija.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom lijalta lejn il-Papa u l-Isqfijiet f'għaqda Miegħu.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom rispett lejn il-ħajja u d-dinjita umana.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom integrita u ġustizzja.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom umilta u ġenerożita.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom qawwa fil-qadi ta' dmirijiethom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom il-paċi fis-sofferenzi tagħhom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom imħabba kbira lejn it-Trinita.
•Għas-saċerdoti kollha, agħtihom imħabba kbira lejn Marija Omm Alla u Ommhom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu d-dawl ta' Kristu.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu il-melħ ta' l-art.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jipprattikaw is-sagrifiċċju u ċ-ċaħda tagħhom infushom.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu qaddisa f'ġisimhom, f'moħħhom u fl-ispirtu.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li jkunu nies ta' talb.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa tiddi fihom il-fidi.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa jħabirku dejjem għas-salvazzjoni ta' ruħna.
•Għas-saċerdoti kollha, għamel li jkunu fidili lejn il-vokazzjoni saċerdotali tagħhom.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa jbierku u jfejqu bl-idejn qaddisa tagħhom.
•Għas-saċerdoti kollha, ħa jkunu dejjem imħeġġa b'imħabba lejk.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li kull pass li jagħmlu jkun għall-glorja tAlla.
•Għas-saċerdoti kollha, agħmel li l-Ispirtu s-Santu jimlihom u jagħtihom id-doni Tiegħu b'abbundanza.
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,...
Nitolbu:
Missier, Iben u Spirtu s-Santu, isma t-talb li qed noffru għas-saċerdoti tagħna. Agħmel li jagħrfu b'mod ċar il-ħidma li Int qed issejħilhom għaliha. Agħtihom kull grazzja biex iwieġbu għas-sejħa Tiegħek b'kuraġġ, b'imħabba, u b'dedikazzjoni dejjiema għar-rieda Tiegħek. Aħna nitolbu dan bl-interċessjoni ta' Marija, l-Omm maħbuba tagħhom. Amen.
B'RINGRAZZJAMENT LIL ALLA GĦAD-DON TAS-SAĊERDOZJU FIL-KNISJA.
numru 13 --- http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_E.htm
.
JANUARY 25 - Solemnity of the Conversion of St. Paul
.
.
"Imma aħna ltqajna ma' Ġesù?" - Arċisqof Scicluna
Mill-omelija tal-25 ta' Jannar 2022. Il-konverżjoni ta' San Pawl.
25 ta' Jannar
Festa tal-Konverzjoni ta' Missierna San Pawl.
Il-Knisja tiċċelebra l-konverżjoni ta’ San Pawl, minħabba n-natura straordinarja tagħha. San Pawl kien Lhudi, ta’ Ċittadinanza Rumana, edukat f’Ġerusalem, u trabba bħala Fariżew akkanit ħafna, anzi fanatiku għal-Liġi ta’ Mose’. Hekk sar għadu mill-kbar u persekutur aħrax tal-Knisja Nisranija li kienet għadha fil-bidu tagħha. Saħansitra akkwista l-awtorita’ mingħand il-Mexxejja tal-Lhud biex ikun jista’ jarresta lill-Insara fl-ibliet u fl-irħula u jeħodhom Ġerusalem biex jgħaddu ġuri. Nafu li kien preżenti fil-martirju ta’ San Stiefnu. Meta bejn is-sena 34 u 36, kien sejjer Damasku, illum il-Kapitali tas-Sirja, biex jippersegwita lill-Insara, Ġesù stess ikkonvertieh u wrieh biċ-ċar li l-persekuzzjoni li kien qed jagħmel lill-Insara, kien qed jagħmilha lilu. ”Sawl, Sawl, gqiegħed tippersegwitani?” Qallu: ”Min int, ja Sidi?” Wieġbu: ”Jien hu Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah ... ” Din il-ġrajja nsibuha mniżżla fl-Atti ta’ l-Appostli (9:3 – 27; 22:6 – 16; 26:13 – 18); u San Pawl jagħmel riferenza għaliha f’xi ittri (1Kor.15:9 – 10; Gal.1:13 – 16’ Efes.3:6 – 7). Il-Laqgħa straordinarja tiegħu ma Ġesù mhux biss bidlet ħajtu, u minn persekutur qalil, għamlitu wieħed mill-ikbar difensuri, għalliema u qaddisin tal-Knisja Nisranija, iżda kellha effett drammatiku fuq l-istess Knisja. Illum jagħlaq l-ottovarju għall-għaqda ta’ l-Insaraq. Din l-osservanza, kien bdieha s-saċerdot Paul Watson, il-Fundatur tas-”Society of the Atonement”, fl-Amerika. Illum tinsab imxerrda f’bosta pajjiżi, u tiġi ċċelebrata wkoll minn ħafna Knejjes Protestanti u Ortodossi.
25 ta’ Jannar - Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl - Festa
--- Go out to the whole world; proclaim the Good News ---
Evanġelju
Mk 16, 15-18
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, [Mk:16:15] U qalilhom: "Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. [Mk:16:16] Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. [Mk:16:17] U dawn huma l-mirakli li jsieħbu 'l dawk li jemmnu: F'ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b'ilsna ġodda, [Mk:16:18] jaqbdu s-sriep b'idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.
Acts 9:1-22
Saul's Conversion
9:1 Meanwhile, Saul was still breathing out murderous threats against the Lord's disciples. He went to the high priest 2 and asked him for letters to the synagogues in Damascus, so that if he found any there who belonged to the Way, whether men or women, he might take them as prisoners to Jerusalem. 3 As he neared Damascus on his journey, suddenly a light from heaven flashed around him. 4 He fell to the ground and heard a voice say to him, "Saul, Saul, why do you persecute me?"
5 "Who are you, Lord?" Saul asked.
"I am Jesus, whom you are persecuting," he replied. 6 "Now get up and go into the city, and you will be told what you must do."
7 The men traveling with Saul stood there speechless; they heard the sound but did not see anyone. 8 Saul got up from the ground, but when he opened his eyes he could see nothing. So they led him by the hand into Damascus. 9 For three days he was blind, and did not eat or drink anything.
10 In Damascus there was a disciple named Ananias. The Lord called to him in a vision, "Ananias!"
"Yes, Lord," he answered.
11 The Lord told him, "Go to the house of Judas on Straight Street and ask for a man from Tarsus named Saul, for he is praying. 12 In a vision he has seen a man named Ananias come and place his hands on him to restore his sight."
13 "Lord," Ananias answered, "I have heard many reports about this man and all the harm he has done to your holy people in Jerusalem. 14 And he has come here with authority from the chief priests to arrest all who call on your name."
15 But the Lord said to Ananias, "Go! This man is my chosen instrument to proclaim my name to the Gentiles and their kings and to the people of Israel. 16 I will show him how much he must suffer for my name."
17 Then Ananias went to the house and entered it. Placing his hands on Saul, he said, "Brother Saul, the Lord—Jesus, who appeared to you on the road as you were coming here—has sent me so that you may see again and be filled with the Holy Spirit." 18 Immediately, something like scales fell from Saul's eyes, and he could see again. He got up and was baptized, 19 and after taking some food, he regained his strength. For several days he was with the disciples in Damascus, 20 and immediately he began to proclaim Jesus in the synagogues, saying, “He is the Son of God.” 21 All who heard him were amazed and said, “Is not this the man who made havoc in Jerusalem among those who invoked this name? And has he not come here for the purpose of bringing them bound before the chief priests?” 22 Saul became increasingly more powerful and confounded the Jews who lived in Damascus by proving that Jesus was the Messiah.
[Atti:9:1] Sawl, li kien għadu bil-qawwa kollha jhedded bil-mewt lid-dixxipli tal-Mulej, mar għand il-qassis il-kbir [Atti:9:2] u talbu jagħtih ittri għas-sinagogi ta' Damasku, biex ikun jista' jaqbad l-irġiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej u jeħodhom marbuta Ġerusalemm. [Atti:9:3] Huwa u sejjer, kif qorob lejn Damasku, f'daqqa waħda idda madwaru dawl mis-sema. [Atti:9:4] Waqa' fl-art, u sama' leħen jgħidlu: "Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?" [Atti:9:5] Hu wieġeb: "Min int, Mulej?" u l-leħen wieġbu: "Jiena Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah. [Atti:9:6] Imma issa qum u idħol il-belt, u hemmhekk jgħidulek x'għandek tagħmel." [Atti:9:7] Dawk li kienu sejrin miegħu baqgħu mbikkma, billi kienu semgħu l-leħen imma ma raw lil ħadd. [Atti:9:8] Sawl qam mill-art, fetaħ għajnejh u ma sata' jara xejn. Mbagħad mexxewh minn idu u wassluh Damasku. [Atti:9:9] Dam tlitt ijiem ma jarax, u la kiel u lanqas xorob.
[Atti:9:10] F'Damasku kien hemm dixxiplu, jismu Ħananija. Deherlu l-Mulej u qallu: "Ħananija!" "Hawn jien, Mulej," wieġeb. [Atti:9:11] U l-Mulej qallu: "Qum u mur fit-triq li jgħidulha d-Dritta, u hemm, fid-dar ta' Ġuda, staqsi għal wieħed minn Tarsu, jismu Sawl. Dan qiegħed jitlob, [Atti:9:12] u ra f'dehra wieħed, jismu Ħananija, dieħel ħdejh u jqegħedlu idejh fuqu biex jerġa' jieħu d-dawl." [Atti:9:13] Ħananija wieġeb: "Mulej, jien smajt mingħand ħafna fuq dan ir-raġel, kemm għamel ħsara lill-qaddisin tiegħek f'Ġerusalemm. [Atti:9:14] U issa qiegħed hawn bis-setgħa mingħand il-qassisin il-kbar biex jarresta lil dawk kollha li jsejjħu ismek."[Atti:9:15] Iżda l-Mulej wieġbu: "Mur, għax dan ir-raġel hu għodda magħżula minni biex iwassal ismi quddiem il-ġnus u s-slaten u quddiem ulied Iżrael. [Atti:9:16] Jien stess għad nurih kemm irid ibati minħabba f'ismi." [Atti:9:17] Ħananija telaq lejn id-dar ta' Ġuda, daħal, qiegħed idejh fuq Sawl u qallu: "Sawl, ħija, il-Mulej Ġesù, li deherlek fit-triq inti u ġej hawn, bagħatni biex terġa' tieħu d-dawl u timtela bl-Ispirtu s-Santu." [Atti:9:18] F'daqqa waħda waqa' bħal qxur minn għajnejh u raġa' beda jara. Mbagħad qam u tgħammed, [Atti:9:19] kiel xi ħaġa, u ħa r-ruħ.
[Atti:9:20] U malajr beda jxandar lil Ġesù fis-sinagogi u jgħid li dan hu l-Iben ta' Alla. [Atti:9:21] Kull min kien jisimgħu kien jistagħġeb u jgħid: "Dan m'huwiex dak li f'Ġerusalemm kien iħarbat lil dawk li jsejjħu dan l-isem? U m'hux għalhekk ġie hawn? M'hux biex jaqbadhom u jeħodhom marbuta għand il-qassisin il-kbar?" [Atti:9:22] Imma Sawl kull ma jmur kien jissaħħaħ u kien iħawwad lil-Lhud li kienu joqogħdu Damasku bil-provi li kien iġibilhom li Ġesù hu l-Messija.
Qari mill-Atti ta' l-Appostl - Il-Konverżjoni ta' Sawl
- Saul's Conversion

Ħsieb
L-Evanġelju li ħabbartilkom jiena mhuwiex evanġelju tal-bndemin. Għaliex jiena mhux mingħand bniedem irċevejtu jew tgħallimtu, imma kien irrivelat lili minn Ġesù Kristu.
(Gal. 1:11 -12) (Laikos)

************
Scott Hahn on the Conversion of St. Paul
************
ACTS 9:4
And falling to the ground, he heard a voice saying to him, “Saul, Saul, why are you persecuting me?”
ACTS 9:5
"Who are you, Lord?" Saul asked. "I am Jesus, whom you are persecuting," he replied.
2021 - Quddiesa u Rużarju miċ-Ċentru Vokazzjonijiet fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl - 25 ta' Jannar
Conversion of St Paul (1/25/17
Pope: How to unite the church
Readings for the Feast of THE CONVERSION OF ST. PAUL THE APOSTLE
Jan 25 - Homily: St. Paul's Daily Conversion
SAINT PAUL, APOSTLE TO THE GENTILES - THEOLOGIAN OF THE MERCY OF GOD
SAN PAWL, APPOSTLU TAL-ĠNUS - IT-TEOLOGU TAL-ĦNIENA TA' ALLA
SAN PAWL, APPOSTLU TAL-ĠNUS - IT-TEOLOGU TAL-ĦNIENA TA' ALLA
25 ta’ Jannar - Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl - Festa
--- Go out to the whole world; proclaim the Good News ---
Evanġelju
Mk 16, 15-18
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, [Mk:16:15] U qalilhom: "Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. [Mk:16:16] Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. [Mk:16:17] U dawn huma l-mirakli li jsieħbu 'l dawk li jemmnu: F'ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b'ilsna ġodda, [Mk:16:18] jaqbdu s-sriep b'idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.
Acts 9:1-22
Saul's Conversion
9:1 Meanwhile, Saul was still breathing out murderous threats against the Lord's disciples. He went to the high priest 2 and asked him for letters to the synagogues in Damascus, so that if he found any there who belonged to the Way, whether men or women, he might take them as prisoners to Jerusalem. 3 As he neared Damascus on his journey, suddenly a light from heaven flashed around him. 4 He fell to the ground and heard a voice say to him, "Saul, Saul, why do you persecute me?"
5 "Who are you, Lord?" Saul asked.
"I am Jesus, whom you are persecuting," he replied. 6 "Now get up and go into the city, and you will be told what you must do."
7 The men traveling with Saul stood there speechless; they heard the sound but did not see anyone. 8 Saul got up from the ground, but when he opened his eyes he could see nothing. So they led him by the hand into Damascus. 9 For three days he was blind, and did not eat or drink anything.
10 In Damascus there was a disciple named Ananias. The Lord called to him in a vision, "Ananias!"
"Yes, Lord," he answered.
11 The Lord told him, "Go to the house of Judas on Straight Street and ask for a man from Tarsus named Saul, for he is praying. 12 In a vision he has seen a man named Ananias come and place his hands on him to restore his sight."
13 "Lord," Ananias answered, "I have heard many reports about this man and all the harm he has done to your holy people in Jerusalem. 14 And he has come here with authority from the chief priests to arrest all who call on your name."
15 But the Lord said to Ananias, "Go! This man is my chosen instrument to proclaim my name to the Gentiles and their kings and to the people of Israel. 16 I will show him how much he must suffer for my name."
17 Then Ananias went to the house and entered it. Placing his hands on Saul, he said, "Brother Saul, the Lord—Jesus, who appeared to you on the road as you were coming here—has sent me so that you may see again and be filled with the Holy Spirit." 18 Immediately, something like scales fell from Saul's eyes, and he could see again. He got up and was baptized, 19 and after taking some food, he regained his strength. For several days he was with the disciples in Damascus, 20 and immediately he began to proclaim Jesus in the synagogues, saying, “He is the Son of God.” 21 All who heard him were amazed and said, “Is not this the man who made havoc in Jerusalem among those who invoked this name? And has he not come here for the purpose of bringing them bound before the chief priests?” 22 Saul became increasingly more powerful and confounded the Jews who lived in Damascus by proving that Jesus was the Messiah.
9. Il-konverżjoni ta' Sawl
[Atti:9:1] Sawl, li kien għadu bil-qawwa kollha jhedded bil-mewt lid-dixxipli tal-Mulej, mar għand il-qassis il-kbir [Atti:9:2] u talbu jagħtih ittri għas-sinagogi ta' Damasku, biex ikun jista' jaqbad l-irġiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej u jeħodhom marbuta Ġerusalemm. [Atti:9:3] Huwa u sejjer, kif qorob lejn Damasku, f'daqqa waħda idda madwaru dawl mis-sema. [Atti:9:4] Waqa' fl-art, u sama' leħen jgħidlu: "Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?" [Atti:9:5] Hu wieġeb: "Min int, Mulej?" u l-leħen wieġbu: "Jiena Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah. [Atti:9:6] Imma issa qum u idħol il-belt, u hemmhekk jgħidulek x'għandek tagħmel." [Atti:9:7] Dawk li kienu sejrin miegħu baqgħu mbikkma, billi kienu semgħu l-leħen imma ma raw lil ħadd. [Atti:9:8] Sawl qam mill-art, fetaħ għajnejh u ma sata' jara xejn. Mbagħad mexxewh minn idu u wassluh Damasku. [Atti:9:9] Dam tlitt ijiem ma jarax, u la kiel u lanqas xorob.
[Atti:9:10] F'Damasku kien hemm dixxiplu, jismu Ħananija. Deherlu l-Mulej u qallu: "Ħananija!" "Hawn jien, Mulej," wieġeb. [Atti:9:11] U l-Mulej qallu: "Qum u mur fit-triq li jgħidulha d-Dritta, u hemm, fid-dar ta' Ġuda, staqsi għal wieħed minn Tarsu, jismu Sawl. Dan qiegħed jitlob, [Atti:9:12] u ra f'dehra wieħed, jismu Ħananija, dieħel ħdejh u jqegħedlu idejh fuqu biex jerġa' jieħu d-dawl." [Atti:9:13] Ħananija wieġeb: "Mulej, jien smajt mingħand ħafna fuq dan ir-raġel, kemm għamel ħsara lill-qaddisin tiegħek f'Ġerusalemm. [Atti:9:14] U issa qiegħed hawn bis-setgħa mingħand il-qassisin il-kbar biex jarresta lil dawk kollha li jsejjħu ismek."[Atti:9:15] Iżda l-Mulej wieġbu: "Mur, għax dan ir-raġel hu għodda magħżula minni biex iwassal ismi quddiem il-ġnus u s-slaten u quddiem ulied Iżrael. [Atti:9:16] Jien stess għad nurih kemm irid ibati minħabba f'ismi." [Atti:9:17] Ħananija telaq lejn id-dar ta' Ġuda, daħal, qiegħed idejh fuq Sawl u qallu: "Sawl, ħija, il-Mulej Ġesù, li deherlek fit-triq inti u ġej hawn, bagħatni biex terġa' tieħu d-dawl u timtela bl-Ispirtu s-Santu." [Atti:9:18] F'daqqa waħda waqa' bħal qxur minn għajnejh u raġa' beda jara. Mbagħad qam u tgħammed, [Atti:9:19] kiel xi ħaġa, u ħa r-ruħ.
[Atti:9:20] U malajr beda jxandar lil Ġesù fis-sinagogi u jgħid li dan hu l-Iben ta' Alla. [Atti:9:21] Kull min kien jisimgħu kien jistagħġeb u jgħid: "Dan m'huwiex dak li f'Ġerusalemm kien iħarbat lil dawk li jsejjħu dan l-isem? U m'hux għalhekk ġie hawn? M'hux biex jaqbadhom u jeħodhom marbuta għand il-qassisin il-kbar?" [Atti:9:22] Imma Sawl kull ma jmur kien jissaħħaħ u kien iħawwad lil-Lhud li kienu joqogħdu Damasku bil-provi li kien iġibilhom li Ġesù hu l-Messija.
Qari mill-Atti ta' l-Appostl - Il-Konverżjoni ta' Sawl
- Saul's Conversion
Subscribe to:
Posts (Atom)