blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, July 19, 2013

AUGUST 4 - St John Mary Vianney --- 4 ta' Awwissu- Festa ta' San Ġwann Marija Vianney, Patrun tal-kappillani u tas-Sacerdoti


Read in:-
https://en.wikipedia.org/wiki/John_Vianney







Saint John Vianney - Cure of Ars







Saint John Vianney --- THE CURÉ OF ARS IN HIS CATECHETICAL INSTRUCTIONS
https://www.ewtn.com/library/CATECHSM/CATARS.HTM
 





Living Your Faith - Saint John Mary Vianney





THE GOSPEL
Aug 4 - St J M Vianney -- Mt 9:35-10:1 -- The Workers Are Few - Ġesù jħoss għan-nies -- 4 t'Awissu

Ġesù jħoss għan-nies
[Mt:9:35] Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu. [Mt:9:36] Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. [Mt:9:37] Mbagħad qal  lid-dixxipli tiegħu: "Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. [Mt:9:38] Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu."
10. Ġesù jagħżel it-Tnax
[Mt:10:1] Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.


> > > > > > > > > > > >



4 ta' Awwissu- Festa ta' San Ġwann Marija Vianney, Patrun tal-kappillani u tas-Sacerdoti

Tfulija


Bin Mattew u Maria, imwielda Beluse, familja ta' bdiewa, Ġan Battista Marija Vianney kien ir-raba' wild minn sitta, u twieled ftit mili 'l bogħod minn Lyons. Fl-1793, meta Ġan Mari
ja kellu biss sebgħa snin, saċerdot maħrub sab kenn fid-dar tas-Sur Pierre u hemm bil-moħbi beda jagħti servizz reliġjuż lill-Insara tal-madwar. Hawn iċ-ċkejken Ġan Marija beda jagħraf l-importanza u l-bżonn tas-saċerdot fil-komunità. Għaraf id-differenza ta’ qabel meta kienu mingħajr saċerdot u issa li minkejja li fil-moħbi għandhom saċerdot li jista’ jgħinhom fil-prattika reliġjuża tagħhom u jwasslilhom il-kelma ta’ Alla. Kien f’dan iż-żmien li beda jħoss li Alla qiegħed isejjaħlu lilu wkoll għal din il-vokazzjoni hekk nobbli u ta’ servizz għal oħrajn. Ta’ 13-il sena rċieva l-Ewwel Tqarbina bil-moħbi fir-razzett ta’ missieru waqt li l-ħaddiema baqgħu jaħdmu bħas-soltu biex ma jiġbdux l-attenzjoni tal-Awtoritajiet Rivoluzzjonarji.

Fl-1804, meta kellu 18-il sena wera lil missieru x-xewqa li jsir qassis. Sa dan iż-żmien kien jaħdem fir-razzett ta’ missieru. Sentejn wara, beda jattendi skola żgħira li Abbè Balley kien fetaħ għall-abbatini. Fl-1809 ġabruh bil-lieva, iżda wara ftit ħarab.

Diffikultajiet biex isir saċerdot

Ir-Rivoluzzjoni Franċiża ntemmet u ġie ffurmat trattat mal-Knisja. B’hekk il-qassisin reġgħu tħallew iwettqu ħidmiethom fil-beraħ. Ġammari Vianney daħal is-seminarju ta' 27 sena. L-istudju fis-seminarju sabu tqil wisq. Kien isibha diffiċli ħafna li jiftakar dak li kien jistudja. U billi ma setax jaqbad il-Latin ma setax jifhem x’kienu jgħidu l-għalliem jew iwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom.I żda qalb id-diffikultajiet li kellu fl-istudju, kellu devozzjoni kbira lejn il-Verġni Mbierka. Kien jistudja bix-xbieha tal-Madonna quddiemu u b’kunfidenza u b’fidi vera lejha kien jgħidilha: “Għad inġibha żewġ.”

Iżda wara l-ewwel term talbuh jitlaq. Kien imdejjaq u diżappuntat għall-aħħar. Abbè Balley, għenu jkompli jistudja. Imma Vianney weħel fl-eżami ta’ qabel l-ordinazzjoni. Iżda f’eżami privat li sarlu ħareġ car li l-kwalitajiet morali tiegħu kienu jpattu bil-kbar għal kull nuqqas li seta’ kellu fil-memorja jew fil-ħila akkademika. Wieħed mill-eżaminaturi nstema’ jgħid minn taħt l-ilsien, "X’se nagħmlu b’dan il-ħmar?" u Ġann Marija li semgħu qallu li Sansun b’xedaq ta’ ħmar kien qatel elf Filistew, aħseb u ara x’jista’ jagħmel Alla bi ħmar sħiħ! Ġie ordnat qassis nhar it-13 ta’ Diċembru 1815.

Kurat ta' Ars


Tliet snin wara għażluh kurat jew kappillan ta’ Ars, raħal żgħir imwarrab ta' 370 ruħ kollox, fejn iżda l-fama tiegħu ta’ konfessur u direttur tal-erwieħ għamlitu magħruf mad-dinja kollha. Għall-Knisja fi Franza Ars kien qisu s-Siberja. Meta bagħtu Ars, il-Vigarju Ġenerali qallu: “Ma tantx hemm imħabba f’dik il-parroċċa - inti trid titfa’ xi ftit fiha.”

Dun Ġanmari bla telf ta’ żmien telaq lejn Ars, post li lanqas biss kien jaf fejn kien jinsab. Wara li staqsa għad-direzzjoni, beda jterraq lejn Ars. Wara mixja twila jilmaħ tfajjel jirgħa n-nagħaġ. Dun Ġannmari ġibdel lejh u xħin laħqu qallu: “Taf fejn jinsab Ars?” “Dażgur li naf,” kien pront wieġbu t-tfajjel. “Jien hemm noqgħod.” “Mela tista’ tgħidli minn fejn ngħaddi biex nasal hemm?” staqsieh il-kurat. It-tfajjel ragħaj, spjegalu bil-qalb kollha liema kienet l-aħjar triq li kellu jieħu sabiex jasal bla dewmien fir-raħal ta’ Ars. Dun Ġanmari, waqt li rringrazzjah, qallu: “Int għidtli kif minn hawn nasal Ars u jekk inti tixtieq jien nurik kif minn Ars tasal il-Ġenna!” Meta tfaċċa quddiemu r-raħal ta’ Ars, il-kurat il-ġdid waqaf għal ftit mumenti jħares lejn dik l-art tal-missjoni l-ġdida. Minnufih huwa niżel għarkopptejh u għal ftit mumenti talab lil Alla, “O Alla għinni f’dan ix-xogħol kbir li għandi li nsalva l-erwieħ ta’ dawk fdati f’idejja.”

X’ħin wasal f’Ars, l-ewwel ma staqsa fejn hi l-knisja. Malli daħal fiha, isib knisja abbandunata - kienet ilha ma tintuża aktar minn sena. Xħin ra s-sitwazzjoni tal-knisja, iddeċieda li immedjatament jirranġaha kif jista’. Fi ftit ħin huwa naddaf u pprepara kif seta’ għall-ewwel quddiesa tiegħu fir-raħal ta’ Ars. Il-qanpiena ċkejkna tal-knisja, wara sena ta’ silenzju bdiet iddoqq biex tagħti l-aħbar li ġie l-kurat il-ġdid u li kien ser ikun hemm quddies mill-ġdid. Iżda meta ħareġ biex iqaddes, ħa l-ikbar qatgħa ta’ ħajtu. Tnejn biss kienu ġew biex jipparteċipaw fil-quddiesa. Seta’ jobsor x’kien ġara. Wara sena bla kurat, il-qalb tal-poplu kienet birdet u drat bla prattika reliġjuża.

Quddiem din l-indifferenza Dun Ġanmari f’dik l-ewwel quddiesa tiegħu f’Ars, barra li offrieha għall-poplu kollu ta’ Ars, talab l-għajnuna t’Alla biex isaħħaħlu l-fidi u jgħinu ma jaqtax qalbu f’din il-ħidma ġdida. Wara l-quddiesa beda jgħid waħdu x’jiswa li jirranġa l-knisja tal-ġebel jekk il-poplu jibqa’ indiffernenti għal dak li hu spiritwali. Għalhekk iddeċieda li jagħti ħinu, saħħtu u kull enerġija biex iressaq il-poplu lejn Alla. Minn dak il-ħin beda jfittex u jistħarreġ fejn kienu jmorru n-nies u fejn kienet qalbhom. Sab li l-biċċa l-kbira tan-nies wara x-xogħol kienu jintefgħu fil-ħwienet tax-xorb u jibqgħu hemm sa tard bil-lejl jixorbu u jilgħabu. F’dik is-sena li kien ilhom mingħajr kurat, il-ħwienet tax-xorb kienu żdiedu ħafna ma’ Ars kollu.

L-ewwel ma pprova jagħmel kien li jibni kuntatt mal-merħla tiegħu. Daħħalha f’rasu li jżur kull dar fil-parroċċa. Kien jimxi fl-għelieqi, dejjem bil-brevjar f’idu u bil-kappell (li kważi qatt ma kien jilbsu) taħt għabtu, jitkellem mal-bdiewa fuq l-għalqa, it-temp, il-familja biex jirbaħ ir-rieda tajba tagħhom. Fuq kollox kien jitlob ħafna. Il-ħajja tiegħu kienet waħda ta’ penitenza kbira. Is-sodda tiegħu kienet l-art għax malli wasal Ars qabad is-saqqu u tah lil xi ħadd dil-bżonn. Kien idum bla ikel għal ħafna ġranet. Il-ftit ikel tiegħu kien patata, kultant bajda mgħollija u speċi ta’ kejk ċatt iebes magħmul minn dqiq, melħ u ilma. Iżda dan il-faqar kien iżommu għalih.

Dun Ġannmari beda jinnota li meta l-kbar kienu jmorru fil-ħwienet tax-xorb, it-tfal kienu jħalluhom id-dar waħedhom jew jiġġerrew barra fit-toroq jew fil-pjazza tar-raħal b’konsegwenza li setgħu jidħlu f’partita nkwiet kemm materjali u kif ukoll morali. Quddiem din l-indifferenza tal-ġenituri ddecieda li jibda l-missjoni tiegħu mat-tfal. Għalkemm mhux kulħadd għoġbitu din l-idea iżda xorta sab xi nies li kkoperaw miegħu u jafdaw lil uliedhom f’idejh. Lil dawn it-tfal beda jagħtihom kull xorta ta’ edukazzjoni u minn kull xorta ta’ għajnuna li seta’ jipprovdilhom. B’din l-għajnuna beda bil-mod il-mod dieħel il-ġewwa fil-qalba tal-familji. Beda wkoll jagħmel minn kollox biex isib il-ħin addattat li jkellem il-ġenituri. Minn hawn beda jara iżjed xi problemi kellhom dawn il-familji, minn dawn iż-żjarat tal-familji issa seta’ jifhem aħjar il-kawża għaliex dawn kienu jispiccaw fil-ħwienet tax-xorb. Il-kawża principali kienet il-ħarba tal-problemi li kellhom fil-familja, u bla ma kienu jafu kienu qegħdin iżidu aktar problemi mhux biss fil-familja imma anke fuq ix-xogħol.

Is-sidien tal-ħwienet tax-xorb innotaw li fil-ħwienet tagħhom ix-xogħol beda jonqos ġmielu. Ħafna mill-ħwienet żgħar tax-xorb li kienu mxerdin mar-raħal kellhom jgħalqu. Is-sidien tal-ħwienet il-kbar wara li kienu keċċew xi ħaddiema bdew jibżgħu li fl-aħħar jaslu huma wkoll li jkollhom jagħlqu l-ħwienet tagħhom. L-iżjed li nkwetahom kien mhux li keċċew xi ħaddiema imma għax ma baqgħux idaħħlu flus bħal qabel. Għalhekk dawn ftiehmu bejnithom u marru irrabjati għand il-Kurat ta’ Ars, jgħedduh li jekk se jkompli sejjer hekk kien ser jispiċċa ħażin. Iżda hu dejjem kien ikun lest bit-tweġiba soda tiegħu: “Jien qatt ma jien se nħalli d-dmirijiet tiegħi”. X’ħin dawn is-sidien raw li kien kollu ta’ xejn it-tgħeddid li għamlulu, bdew ifittxu mezz ieħor kif jistgħu jeħilsu minnu. Bdew jibagħtu akkużi qarrieqa lill-Kurja, bil-ħsieb li l-Isqof jemmen xi ftit minnhom u jkeċċieh minn Ars. Għalkemm l-Isqof ma emminx dawn l-akkużi, Ġanmari sar jaf b’dawn l-akkużi li kienu qegħdin jintbagħtu l-Kurja u tant sewwed qalbu li ddeċieda li jitlaq għax ħaseb li jekk in-nies ma jriduhx. Jagħmel x’jagħmel mhux se joħroġ ġid. Iżda xħin ġie biex jitlaq folla kbira ta’ nies ippakkjat il-pjazza u t-toroq ta’ Ars b’tali mod li ma setax jgħaddi. Meta ra dan intebaħ li mhux veru in-nies ma jriduhx bħala Kurat iżda biss dawk l-erba’ tal-ħwienet tax-xorb li ma riduhx. Għalhekk mhux biss iddeċieda li jibqa’ iżda li jaħdem iżjed u in-nies min-naħa tagħhom wegħduh li jagħtuh aktar għajnuna.

Meta ra din il-ħeġġa kollha tal-poplu imtela b’iżjed ħeġġa u entużjażmu minn qabel u beda jaħdem iżjed mal-poplu biex iwettaq il-proġetti li kellu f’moħħu. Bil-flus li ġabar u b’għajnuna li diversi irġiel rawh bena binja kbira għat-tagħlim b’mod speċjali għat-tfajliet, u b’hekk seta’ jagħtihom għajnuna mhux biss spiritwali iżda wkoll fil-ħtiġijiet ta’ ħajjithom. Għalkemm kellu diversi proġetti materjali, l-appostolat ma abbandunah qatt. Anzi iżjed ma għadda iż-żmien aktar beda isir magħruf min-nies ta’ irħula oħra u bdew imorru għal pariri għandu b’mod speċjali fil-qrar. Il-konfessjunarju ta’ dan il-kappillan qaddis beda jiġbed numru bla għadd ta’ midinbin li kienu jersqu għal-konverżjoni. Huwa kien idum iqarar is-sigħat bla waqfien.

Wieħed professor imsemmi ipprova jwaqqgħu għaċ-ċajt iżda l-Kurat bl-għajnuna ta’ Alla għenu jagħraf sewwa lilu nnifsu. Meta għaraf l-istat ħażin tiegħu l-professur Maissant mhux biss talab maħfra iżda niżel għarkupptejh u mimli umilta’ beda jitlob u bidel ħajtu. Mhux biss konverżjonijiet saru f’riġlejn San Ġwannmari Vianney iżda ukoll ħafna mirakli li ġagħlu lil ħafna ibiddlu ħajjithom u jikkonvertu billi jersqu aktar lejn Alla u t-tagħlim tiegħu.

Il-Prietki tiegħu

Fiż-żmien ta’ wara r-Rivoluzzjoni Franciża, l-injoranza religjuża kienet fl-aqwa tagħha. Il-Kurat għamel minn kollox biex jiġġildilha. Iżda l-prietki kienu ta’ prova kbira għalih: il-memorja tiegħu kienet batuta wisq. Kien iqatta’ ljieli sħaħ fis-sagristija żgħira tiegħu jipprova jitgħallem bl-amment l-omelija tal-Ħadd. Ġieli dam 7 sigħat biex jitgħallimha. L-omelija kien iwassalha b’ħeġġa kbira, ħafna drabi b’vuċi u b’ton għoli, b’tali mod li kien jispiċċa għajjien mejjet meta jasal fi tmiemha. Darba meta staqsewh għaliex kien jgħajjat ħafna waqt li jippriedka wegibhom li “meta nipprietka nkun qed inkellem lil nies li jidhru torox jew reqdin, iżda fit-talb nitkellem ma’ Alla li mhuwiex trux.” Kuljum fis-sitta ta’ filgħodu kien ilaqqa’ t-tfal fil-knisja biex jgħallimhom il-katekiżmu. Ħadem kemm felaħ u rnexxielu li jipperswadi lin-nies iqaddsu l-jum tal-Ħadd li qabel ma wasal hu kien jum ta’ xogħol bħall-ġranet l-oħra. Il-Kurat fetaħ skola b’xejn għall-bniet li iktar tard saret boarder. Iktar tard beda jdaħħal biss tfal abbandunati bħala boarders. Kien jemmen ħafna fil-Providenza t'Alla.

Qdusija

Imdorri bl-eħrex penitenzi, ibbumbardjat b’eluf ta’ penitenti u allegatament attakkat mix-xitan (tant li darba jingħad li ħaraqlu s-sodda), dan il-qaddis kbir wera paċenzja kbira. Jingħad li kien jagħmel l-għeġubijiet, fosthom li joħroġ ix-xjaten min-nies, kien maħbub mill-folol, iżda baqa’ jżomm sempliċità tat-tfal. Darba l-isqof wasal bla mistenni f’Ars u libbes il-muzzetti ta’ kanonku lill-Kurat li xejn ma ħassu komdu bih u qagħad il-ħin kollu jissielet biex ineħħih. Ma għaddewx wisq ġranet qabel ma biegħu u kiteb lill-isqof biex jirringrazzjah għax daqshekk kellu bżonn flus biex ilesti opra tal-Knisja. Jibqa’ meqjus sal-ġurnata tal-lum bħala x-xbieha ħajja tal-qassis umli marbut biss mal-Qalb ta’ Ġesù.

Kien jisma’ l-qrar ta’ nies minn mad-dinja kollha għal 16-il siegħa kuljum. Ħajtu kienet mimlija b’opri ta’ karità u mħabba. Anke midinbin kbar kienu jikkonvertu sempliċiment bil-kelma tiegħu. Ir-raħal minsi ta’ Ars sar magħruf ma’ kullimkien bl-eluf ta’ pellegrini li bdew ġejjin, tant li kellu jitwaqqaf booking office speċjali f’Lyons biex jikkontrolla t-traffiku lejn dan ir-raħal żgħir. Iżda l-Kurat kemm -il darba kien ittentat li jħalli Ars. Sforz l-umiltà tiegħu kien iħossu li ma jistħoqqlux ikun kappillan. Ħalla r-raħal tliet darbiet iżda dejjem reġa’ lura. Fl-1851 talab lill-isqof biex jirriżenja. Kien jgħid: “Ma tafx x’jiġifieri tgħaddi mill-kura tal-erwieħ għat-tribunal ta’ Alla.”

Miet fl-4 t’Awissu 1859 u ġie kanonizzat fl-1925 mill-Papa Piju XI u erba’ snin wara fil-festa tiegħu ntgħażel mill-Knisja bħala l-qaddis patrun tal-qassisin.

Fl-1959, l-ewwel ċentinarju minn mewtu, Papa Ġwanni XXIII ħareġ enċiklika fuq San Ġwann Marija Vianney bl-isem Sacerdotii Nostri Primordia.

F'Ġunju 2009, fil-150 sena anniversarju minn mewtu, Papa Benedettu XVI iddikjara l-2009-2010 bħala s-Sena tas-Saċerdoti, sena li bdiet u għalqet fil-Festa tal-Qalb ta' Ġesù.




> > > > > > > > > > > >



Saint John Vianney - Life and Homlies

https://www.youtube.com/playlist?list=PL58CE53C36B76BE74







150th anniversary of the death of the Cure of Ars, Saint John Vianney






 

> > > > > > > > > > > >
 




The Wizard Of Heaven - Le Sorcier Du Ciel (Holy Family studios film) - The life of St. Jean Vianney  

https://www.youtube.com/watch?v=GOFXIWRnCek





.

Danila Castelli : 69th cure of Lourdes recognized as miraculous by a Bishop


Published on 18 Jul 2013
Danila Castelli, born on 16 january 1946, wife and family mother, has lived a more or less normal life until the age of 34 when she started having spontaneous and severe blood pressure hypertensive crisis. In 1982 some Rx and ultrasound tests detect a right para-uterine mass and a fibromatous uterus. Danila is operated for hysterectomy and annexectomy. In november 1982 she undergoes partial pancreatectomy. A scintigraphy the following year proves the existence of «pheochromocytoma » (a tumor that secretes high amounts of catecholamines) in the rectal, bladder and vaginal region. More surgical interventions follow in the attempt to stop the triggers to the crisis until 1988 but with no bettering at all. In may 1989, during a pilgrimage to Lourdes, Danila gets out of the Baths where she had been immerged and she feels an extraordinary feeling of wellbeing. Shortly after she reported to the Lourdes Office of Medical Observations (Bureau des Constatations Médicales de Lourdes) her instantaneous alleged cure. After five meetings (1989, 1992, 1994, 1997 and 2010) the Bureau certified the cure with an unanimous vote : «  Mrs Castelli was cured, in a complete and lasting way, from the date of her pilgrimage to Lourdes -- 21 years ago -- of the syndrome she had suffered and with no relation with the treatments and the surgeries she received ». Danila Castelli has since gone back to an absolute normal life. The CMIL (Lourdes International Medical Committee) in it's annual meeting of 19 november 2011 in Paris has certified that the cure « remains unexplained according to current scientific knowledge ». On June 20th 2013 Monsignor Giovanni Giudici, Bishop of Pavia, the diocesis where Danila Castelli lives, has declared the « prodigious-miraculous » character and the value of « sign » of this cure. It is the 69th cure of Lourdes recognized as miraculous by a Bishop.

Feast of the Most Precious Blood of Jesus



The Lamb's Blood


St Chrysostom says "The Blood of Christ seals the lips of everyone who receives it in Holy Communion"

MAY THE HOLY EUCHARIST BE PRAISED AND ADORED IN EVERY MOMENT IN ALL THE TABERNACLES OF THE WORLD




.