MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Sunday, January 13, 2013
The Baptism of the Lord -- The Gospel --- YEAR A, YEAR B, YEAR C --- L-Evanġelju - Il-Magħmudija ta' Ġesù
Numbered Among Sinners - Published on Jan 8, 2017
The Baptism of The Lord
Feast
If the Solemnity of the Epiphany is celebrated on Sunday, and falls on 7th or 8th January, the feast of the Baptism of the Lord is transferred to the following Monday. Before the Gospel one Reading is read.
Year A --- Mt 3:13-17 -- The Baptism of Jesus - Il-magħmudija ta' Ġesù --- Sena A
[Mt:3:13] Mbagħad ġie Ġesù mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu. [Mt:3:14] Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: "Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?" [Mt:3:15] Ġesù qallu: "Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu." Mbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.
[Mt:3:16] Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala' mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta' Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu.[Mt:3:17] U mis-smewwiet instama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi."
YEAR B - Mk 1:7-11 -- John the Baptist and Jesus's Baptism - Ġwanni l-Battista u l-Magħmudija ta' Ġesù - Sena B
F’dak iż-żmien, [Mk:1:7] Ġwanni l-Battista kien ixandar u jgħid: "Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. [Mk:1:8] Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu."
[Mk:1:9] U ġara li f'dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. [Mk:1:10] U minnufih hu u tiela' mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; [Mk:1:11] u mis-smewwiet instama' leħen: "Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi."
Year C - Lk 3:15-16. 21-22 -- The Baptism of the Lord - Il-Magħmudija ta' Ġesù - Sena C
[Lq:3:15] Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. [Lq:3:16] Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: "Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar.
[Lq:3:21] Ġara li, wara li tgħammed il-poplu kollu, Ġesù tgħammed ukoll u, waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu, [Lq:3:22] u niżel l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura ta' ħamiema. U mis-sema ġie leħen jgħid: "Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi."
Feast of the Baptism of the Lord
FEAST OF THE BAPTISM OF THE LORD
VITAE SPIRITUALIS IANUA
========================================================
--- The season of Ordinary Time starts on the day after this feast ---
SEE ALSO - When does the Christmas season end ? Is it December 26 ? January 6 ? February 2 ?
--- https://aleteia.org/2020/01/06/when-does-the-christmas-season-end/
.
Thursday, January 10, 2013
Lk 5:12-16 -- Jesus Heals a Man With Leprosy - Ġesù jfejjaq wieħed lebbruż
http://www.youtube.com/watch?v=2vLGuu9gw4g
Ġesù jfejjaq wieħed lebbruż
(Mt 8, 1-4 ; Mk 1, 40-45)
[Lq:5:12] Darba kien qiegħed f'belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: "Mulej, jekk trid, tista' tfejjaqni." [Lq:5:13] Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: "Iva, irrid; kun imfejjaq," u minnufih il-lebbra marritlu. [Lq:5:14] Ġesù widdbu u qallu: "Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosè, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt." [Lq:5:15] Il-fama tiegħu bdiet aktar tixtered, u folol kbar ta' nies kienu jmorru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. [Lq:5:16] Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb.
.
Lk 4:14-22a -- ...Jesus returned to Galilee... - Il-bidu tal-ministeru ...
THE GOSPEL - Thursday after Epiphany or January 10th
http://www.youtube.com/watch?v=lo3QeNBSqZw
Il-bidu tal-ministeru ta' Ġesù fil-Galilija
(Mt 4, 12-17 ; Mk 1, 14-15)
[Lq:4:14] Ġesù, bil-qawwa ta' l-Ispirtu, reġa' mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma' dawk l-inħawi kollha, [Lq:4:15] għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta' kulħadd.
In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù
(Mk 13, 53-38 ; Mt 6, 1-6)
[Lq:4:16] U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
[Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
għax hu kkonsagrani,
Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
nrodd il-ħelsien lill-maħqurin
[Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.'
[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu." [Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu......
.