blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Sunday, August 12, 2012

AUGUST 15 - THE SOLEMNITY OF THE ASSUMPTION OF THE BLESSED VIRGIN MARY - IL-VERGNI MARIJA MTELLGHA S-SEMA, L-Assunta - 15 t'AWISSU


Velja tal-Għid tal-Assunta - 14.08.2024 Velja tal-Għid tal-Assunta mmexxija mill-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma u l-Kardinal Mario Grech Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta' Pinu, l-Għarb L-Erbgħa 14 ta' Awwissu 2024, fit-8.00pm


========================


Velja tal-Għid tal-Assunta, mmexxija mill-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Joe Alessandro ofmcap, minn fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Ta' Pinu f'Għawdex - 14.08.2022




***********************************



L-Affidament lill-Madonna ta' Pinu minn Mons Giovanni Cefai MSSP - 14 ta' Awwissu 2019
(Mons. Giovanni Cefai twieled iż‑Żebbuġ Għawdex fil‑5 ta’ Awwissu 1967 u ngħaqad mas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fl‑1984. L‑ordinazzjoni episkopali tiegħu saret fit‑22 ta’ Ġunju fil‑Katidral ta’ Arequipa, il‑Perù.)




14 ta’ Awwissu
Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema
Quddiesa tal-Vġili
 
 
Qari I                                                                 1 Kron 15, 3-4.15-16; 16,1-2
Qiegħdu l-arka ta’ Alla f’nofs it-tinda.
 
F’dak iż-żmien: David laqqa’ lill-poplu ta’ Iżrael kollu f’Ġerusalemm biex italla’ l-arka tal-Mulej f’postha li kien ħejja għaliha. U laqqa’ lil ulied Aron u lill-Leviti. U l-Leviti kienu l-ewwel li ġarrew l-arka ta’ Alla bil-lasti fuq spallejhom, kif kien ordna Mosè skond il-kelma tal-Mulej. U David ordna lill-kapijiet tal-Leviti li jqassmu lil ħuthom, il-mużiċisti bl-istrumenti tad-daqq - arpi, ċetri, ċnieċel - u jgħollu u jsemmgħu leħinhom għoli b’sinjal ta’ ferħ. U hekk ġiebu l-arka ta’ Alla u qegħduha f’nofs it-tinda li kien waqqaf għaliha David, u offrew sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem quddiem Alla. Meta kien offra s-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji tas-sliem, David bierek il-poplu b’isem il-Mulej,
 
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.  Irroddu ħajr lil Alla.
 
 
Salm Responsorjali                                                       S 131, 6-7.9-10.13-14
 
℟.  Qum, Mulej,int u l-Arka tal-qawwa tiegħek.
 
Araw, smajna bl-arka f’Efrata,
sibnieha fir-raba’ ta’ Ġagħar.
Ħa nidħlu fl-għamara tiegħu,
ninxteħtu quddiem il-mirfes ta’ riġlejh! ℟. 
 
Jilbsu l-ġustizzja l-qassisin tiegħek,
jgħajjtu bil-ferħ il-ħbieb tiegħek.
Minħabba f’David, il-qaddej tiegħek,
twarrabx wiċċ is-sultan, il-midluk tiegħek. ℟. 
 
Għax il-Mulej għażel ‘il Sijon,
u xtaqha tkun id-dar tiegħu:
“Hawn insib il-mistrieħ tiegħi għal dejjem!
Fiha rrid noqgħod, għax ħabbejtha! ℟. 
 
 
Qari II                                                                                   1 Kor 15, 54-57
Alla tana r-rebħa permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu.
 
Ħuti: Meta dak li jitħassar jilbes in-nuqqas ta’ taħsir, meta dak li jmut jilbes l-immortalità, mbagħad iseħħ dak li hemm miktub, “Inbelgħet il-mewt fir-rebħa. Fejn hi, ja Mewt, ir-rebħa tiegħek? Fejn hi, ja Mewt, in-niggieża tiegħek?” In-niggieża tal-mewt hi d-dnub, u l-qawwa tad-dnub hi l-Liġi. Niżżu ħajr lil Alla li tana r-rebħa permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għalhekk, ħuti għeżież, żommu sħiħ, titħarrkux; ħabirku dejjem fil-ħidma tal-Mulej. Kunu afu li l-ħidma tagħkom fil-Mulej m’hijiex għalxejn.
 
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.  Irroddu ħajr lil Alla.
 
Akklamazzjoni għall-Evanġelju                                           ara Lq 11:28
 
℟.  Hallelujah
Hienja dawk
li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla
u jħarsuha!
℟.  Hallelujah
 
 
Evanġelju                                                                                   Lq 11, 27-28
Hieni l-ġuf li ġiebek.
 
F’dak iż-żmien waqt li kien qed ikellem lin-nies, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!” Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jħarsuha!”
 
Il-Kelma tal-Mulej. 
℟.  Tifħir lilek, Kristu.










Omelija minn Mons Mario Grech 14 t'Awwissu 2019







******************************




Vigil & Day Readings
for the Feast of 

THE ASSUMPTION
OF THE BLESSED VIRGIN MARY

https://www.liturgies.net/saints/mary/assumption/mass.htm








==========================================
==========================================




Vigil to Our Lady of the Assumption at Ta' Pinu Sanctuary, Gozo - IL-VELJA TA' L-ASSUNTA, August 14, 2010





Veglia Ta` L- Assunta Knisja Ta` Pinu 14/08/10





=================================================================
=================================================================







Celebrated each year on August 15, the Feast of the Assumption of the Blessed Virgin Mary commemorates the death of Mary and her bodily assumption into Heaven. Because it signifies the Blessed Virgin's passing into eternal life, it is the most important of all Marian feasts and a Holy Day of Obligation.

The Feast of the Assumption of the Blessed Virgin Mary  is also known The Solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary, The Assumption of Mary Into Heaven, The Dormition of the Theotokos and The Falling Asleep of the Blessed Virgin Mary.

The Feast of the Assumption is a very old feast of the Church, celebrated universally by the sixth century. The feast was originally celebrated in the East, where it is known as the Feast of the Dormition, a word which means "the falling asleep." The earliest printed reference to the belief that Mary's body was assumed into Heaven dates from the fourth century, in a document entitled "The Falling Asleep of the Holy Mother of God." The document is written in the voice of the Apostle John, to whom Christ on the Cross had entrusted the care of His mother, and recounts the death, laying in the tomb, and assumption of the Blessed Virgin.
 

Prayer for the Assumption of the Blessed Virgin Mary

Almighty and everlasting God,

You have taken up body and soul

into the heavenly glory the Immaculate Virgin Mary,

Mother of Your Son: Grant, we beseech You,

that, ever intent upon heavenly things,

we may be worthy to be partakers of her glory.

Through Jesus Christ Your Son, our Lord,

who lives and reigns with You and the Holy Spirit,

One God, forever and ever.
Amen.


SANTA MARIJA 


What is the dogma of the Assumption of Our Lady?





Homily #1 on the Assumption, by Saint John Damascene










Il-Parroċċa Marija Addolorata , San Pawl il-Baħar





The basilica of the national shrine of the Blessed Virgin of ta' Pinu, in Gharb, Gozo




O Sanctissima

O sanctissima, o piissima
Dulcis Virgo Maria
Mater amata, intemerata
Ora, ora pro nobis

Tu solatium et refugium
Virgo Mater Maria
Quidquid optamus per te speramus
Ora, ora pro nobis

Dole languoris
Sana dolores
Ora, ora pro nobis

Virgo respice, Mater aspice
Audi nos, Maria
Tu medicina, optas divina
Ora, ora pro nobis
Ora, ora pro nobis




 -----------------------------------------------------------------------------------------------
AUGUST 15


Quddiesa fil-festa ta' Santa Marija, mill-Bażilika tal-Mosta - 15 t'Awwissu 2022



Into Heaven  






15 t'Awissu - IL-VERGNI MARIJA MTELLGHA S-SEMA
APOKOKALISSI 11, 19a; 12, 1-6a. 10ab.
SALM 44, 10bc. 11-12ab. 16.
1 KORINTIN 15, 20-26.
LUQA 1, 39-56.


Lk 1:39-56 -- Mary Visits Elizabeth - Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta


AUGUST 15 - SOLEMNITY OF THE ASSUMPTION OF THE BLESSED VIRGIN MARY.
Evanġelju
Lq 1: 39-56


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:1:39] F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. [Lq:1:40] Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. [Lq:1:41] Malli Eliżabetta semgħet 'il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; [Lq:1:42] u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Imbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! [Lq:1:43] U minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi? [Lq:1:44] Għax ara, malli smajt f'widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija qabżet u tqanqlet bil-ferħ fi ħdani. [Lq:1:45] Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma ntqalilha min-naħa tal-Mulej.”
[Lq:1:46] Imbagħad qalet Marija: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, 
[Lq:1:47] u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi, [Lq:1:48]għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja, [Lq:1:49] għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. [Lq:1:50] Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. [Lq:1:51] Hu wera l-qawwa ta' driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom. [Lq:1:52] Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. [Lq:1:53] Mela b'kull ġid 'il min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn. [Lq:1:54] Ħa ħsieb Israel qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu, [Lq:1:55] bħalma wiegħed lil missirijietna -  b'riżq Abraham u nislu għal dejjem."

[Lq:1:56] Marija baqgħet ma' Eliżabetta għal xi tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.







******************************



It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu 2017, fuq stedina tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, in-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, mexxa Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema. Il-Quddiesa kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof, il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, u numru ta’ saċerdoti. Din kienet l-ewwel okkażjoni għan-Nunzju Appostoliku biex jiltaqa’ mal-Insara Maltin.
L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – Fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta

Ilum fl-irxoxt ta’ Marija naraw il-glorja tal-Mulej u nemmnu fih

It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu 2017: Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema.

https://laikosblog.org/2017/08/15/ilum-fl-irxoxt-ta-marija-naraw-il-glorja-tal-mulej-u-nemmnu-fih/


************


It-Tlieta 15 ta’ Awwissu 2017. Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria.

https://laikosblog.org/2017/08/15/id-droga-hi-dargun-mirbuh/
It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu 2017: Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema.





******************************





Scott Hahn on the Assumption of the Blessed Virgin Mary





The Mother - The Ark of the New Covenant - the first tabernacle, the first missionary, the first disciple, the first apostle, was taken up to Heaven with body and soul and proclaimed Queen of Heaven and Earth by the Holy Trinity

AUGUST 15 - Assumption of the Blessed Virgin Mary, Mother of God
Impressive painting that reveals the ever-faithful humility of Our Lady: The face that shows the many difficult experiences you suffered; those hands that knew hard manual work; the hair that reveals the many years open to harsh elements and sorrows ... now glorified in Heaven united with the Holy Trinity, interceding for us, teaching us how to be grateful to Your Son JESUS, through your incessant revelations and apparitions !




==========================================
==========================================
==========================================


The Assumption is a Mystery


Pauline Books and Media Digital
Video published on 16 Aug 2019


=====================


Solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary


=========================================








.
.

Friday, August 10, 2012

The Grain of Wheat - John 12-24-26 ---&--- Homilies



 If a grain of wheat falls on the ground and dies, it yields a rich harvest






Aug 10 - Homily: Will Most People Be Saved?






God's SS Troops - Aug 10 - Homily - Fr Terrance






.

Thursday, August 09, 2012

August 9 - St. Teresa Benedicta of the Cross (Edith Stein), Virgin and Martyr --- 9 t'Awissu - St Benedetta tas-Salib - Edith Stein - Qari tal-Quddiesa

 

Edith Stein, donna del dialogo e della speranza - Published on 8 Aug 2018

Convertita al cristianesimo, non rinnegò l’appartenenza al popolo ebraico ma ne condivise la sorte. “Ebrea, filosofa, suora e martire” morì ad Auschwitz il 9 agosto del '42. Fu canonizzata da Giovanni Paolo II nel 1998 e il suo esempio rimane per noi fonte di continua ispirazione.






Edith Stein: An early athiest who died as a Carmelite religious in Auschwitz gas chamber - Published on Aug 9, 2016




SAINT TERESA BENEDICTA OF THE CROSS - CO-PATRONESS OF EUROPE










Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein)

Intervista ma' Patri Juan De Bono dwar Santa Tereża Benedetta tas-Salib - magħrufa wkoll b'isimha propja - Edith Stein.





      







Santa Teresa Benedetta tas-Salib - Edith Stein - (1891-1942) soru Karmelitana, martri.

http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php 
 
ta’ Awwissu
S. Tereża Benedetta tas-Salib
Festa

Qari I
Dan 7: 9-10. 13-14

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ħosegħa

Dan jgħid il-Mulej: Arawni, jiena lill-għarusa tiegħi neħodha fid-deżert, lil qalbha nkellem. Hemmhekk hi twieġeb bħal fi żmien żgħożitha, bħal fi żmien ħruġha minn ġo art l-Eġittu.

U għal dejjem ngħarrsek miegħi, ngħarrsek miegħi fis-sewwa, fil-ħaqq u t-tjieba u l-ħniena, b’rabta fidila jiena ngħarrsek miegħi, u tagħraf lill-Mulej.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.



Salm Responsorjali
44

R/. Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej!

Isma’, binti, ħares u agħti widen,
insa ’l ġensek u ’l dar missierek.
Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek;
u int, għax hu sidek, agħtih qima. R/.

Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar,
minsuġ bid-deheb ilbiesha.
Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha,
it-tfajliet li jingħatawlha bi sħaba. R/.

Jittieħdu b’għajjat ta’ ferħ u hena,
jidħlu fil-palazz tas-sultan.
Flok missirijietek jilħqu wliedek,
inti tqegħidhom kapijiet fuq l-art kollha. R/.
 
Akklamazzjoni għall-Evanġelju

R/. Hallelujah
Din hi xebba bil-għaqal, li l-Mulej sabha tishar; meta ġie l-Mulej, daħlet miegħu għall-festa tat-tieġ.
R/. Hallelujah

Mt 25:1-13 -- The parable of the ten virgins - Il-parabbola ta' l-għaxar xebbiet

Evanġelju
Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!
Mt 25:1-13

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: [Mt:25:1] "Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. [Mt:25:2] Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, [Mt:25:3] għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, [Mt:25:4] waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. [Mt:25:5] Il-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu..

[Mt:25:6] Imbagħad f'nofs ta' lejl instema' min jgħajjat, 'Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!' [Mt:25:7] Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. [Mt:25:8] Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin, 'Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.' [Mt:25:9] Qabżu l-għaqlin u qalu, 'Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.'

[Mt:25:10] Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu fis-sala, u l-bieb ingħalaq. [Mt:25:11] Sa fl-aħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu, ‘Mulej, Mulej, iftħilna! [Mt:25:12] Iżda hu weġibhom u qal, 'Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.' [Mt:25:13] Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.







Paul Wilbur - THE WATCHMAN 
- music video on Matthew 25:1-13 Gospel
https://www.youtube.com/watch?v=_AeQ6Sq_fEI





Saint Edith Stein Martyr of Auschwitz - Published on Aug 9, 2016






9 ta' Awwissu
Festa ta' SANTA TEREŻA BENEDETTA TAS-SALIB (EDITH STEIN),
Storja
Edith Stein magħrufa ukoll bħala Santa Tereża Benedetta tas-Salib kienet filosfa Ġermaniża-Lhudija li kkonvertiet għall-Kristjaneżmu u saret soru Tereżjana. Inqatlet fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz u fil-11 ta' Ottubru 1998 ġiet iddikjarata qaddisa tal-Knisja Kattolika. It-tifkira tagħha ssir fid-9 ta' Awwissu.
Edith Stein twieldet fi Breslau (dak iż-żmien parti mill-Ġermanja, illum fil-Polonja), fit-12 ta’ Ottubru 1891 f’familja Lhudija li kienu għadhom kemm emigraw minn Lublinitz, il-Polonja minħabba x-xogħol. Siegfried Stein kien jinnegozja fl-injam. Dak in-nhar li twieldet kien Jum it-Tpattija.
Missierha miet meta hija kellha sena u nofs minħabba xemxata li ħa fuq ix-xogħol. Ommha ħadet f'idejha x-xogħol tar-raġel. Edith, iż-żgħira minn sitta ħajjin, kellha karattru diffiċli. Rasha iebsa u jekk ma tgħaddix tagħha kienet tagħmel xenati kbar. Kienet ukoll brava ħafna, tant li kienet tixrobhom il-kotba. Minn mindu kienet ċkejkna, kienet tip li trid tifli kollox u ma toqgħodx kwieta qabel ma tasal għall-għeruq tal-affarijiet.
Għalkemm l-ambjent tal-familja kien reliġjuż ħafna, u ommha kienet Lhudija devota, meta kellha tlettax il-sena Edith ħasset li ma għandhiex titlob aktar għax ma baqgħetx temmen f'Alla. Ħasset li Alla mhux kapaċi jagħti twegiba serja għall-problemi tal-bniedem. Baqgħet hekk għal aktar minn tmien snin.
Intant l-iskola kienet sejra tajjeb ħafna. Ta' dsatax il-sena, daħlet fl-Università tal-belt fejn kienet tgħix, Breslau. Minn hemm għaddiet għall-Università ta' Göttingen. Mill-psikoloġija għaddiet għall-filosofija. Kienet waħda mill-ftit nisa li kienu jmorru l-Università dak iż-żmien. Hawnhekk iltaqgħet ma' Edmund Husserl, filosofu importanti tal-bidu tas-seklu. Dan Husserl kien beda moviment sħiħ ta' ħsieb li kien jinsisti fuq il-fatt li jeżistu veritajiet oġġettivi. Fil-ħajja mhux tagħmel dak li trid u dak li jogħġbok, bħallikieku l-kriterju li jmexxini hu l-pjaċir jew moħħi, imma hemm verità akbar u barra minni, li tiddetermina l-moralità tal-ħaġa fiha nnifisha. Edith ħassitha f'postha f'dan l-ambjent. Kellha moħħ filosofiku u analitku qawwi. "It-tfittxija tas-sewwa hi l-passjoni waħdanija tiegħi! "
Hawnhekk tiltaqa' mal-Professur Max Scheler. Lhudi li kkonverta għall-Knisja Kattolika, dan ibbaża l-filosofja kollha tiegħu fuq il-fidi. Hija l-fidi fi Kristu li tagħmilna bnedmin. Dan ir-raġunament ixxokja lil Edith li kienet għadha tħoss lil Alla l-bogħod mis-sistema mentali tagħha. "Nies li kont nagħmilha magħhom ta' kuljum, nies li jiena kont nammira, kienu qed jgħixu f'din id-dinja ġdida..."
Intant fil-1914 faqqgħet l-ewwel gwerra dinjija. Flimkien ma' xi wħud minn sħabha, Edith marret tgħin bħala infermiera tas-Salib l-Aħmar ġewwa sptar fl-Awstrija. Ommha qaltilha ċar u tond li ma ridithiex tmur "għaliex dawn is-suldati mhux biss huma morda imma huma mimlija qamel." Edith ddeċidiet : "Mela immur bla permess tiegħek!" Rieda tal-azzar li ma taqa’ għal ebda kompromess fejn tara ċar...
Fil-1917 tmur wara l-professur 'tagħha' Husserl fl-università ta' Freiburg. Mhux talli hekk, talli dan Husserl impressjonat bl-intelliġenza tagħha u bil-karattru tagħha ("Kollox fiha hu veru" stqarr darba ma' sieħbu) jaħtarha assistenta tiegħu. Intant iġġib id-dottorat fil-filosofija bit-teżi tagħha fuq l-mod kif ahna nħossu l-uġigħ tal-ieħor - "Il-Problema tal-Empatija".
L-istess sena imut fil-gwerra, il-ħabib tagħha Adolf Reinach. Meta hija marret biex tirranġa u tiġbor il-karti ta' dan l-professur assistent magħha, baqgħet imbellħa bl-atteġjament seren tal-mara żagħżugħa tiegħu, Anna. Stenniet li se ssib mara rassenjata u mfarrka. Issib mara mimlija tama fis-setgħa tas-Salib : "dan ifejjaq u jagħti l-ħajja lil kulħadd." Dan kien l-ewwel xaqq serju fis-sur tan-nuqqas ta' fidi tagħha. "Din kienet l-ewwel laqgħa tiegħi mas-Salib u s-setgħa li Alla jagħti lis-Salib lil min igorru."
Erba' snin wara dan is-sur iġġarraf għal kollox. Kienet għand il-ħbieb tagħha Theodor u Hedwig Conrad-Martius. Dawn ħarġu għal-lejl u hija u tqalleb il-kotba li kellhom fl-istudju tagħha, qabdet il-ktieb tal-ħajja ta’ Santa Tereża ta' Avila. Baqgħet imsammra. Kompliet taqra sa sbieħ il-jum. Malli spiċċatu, stqarret : "Din hi l-verità!" Fl-aħħar sabet dak li kienet ilha s-snin tfittex...
Ħames xhur wara, fl-ewwel tas-sena 1922, Edith tgħammdet fil-Knisja ta' San Martin ġewwa Bergzabern. Għażlet Tereza bħala isimha l-ġdid! Kellha tletin sena. Malli ommha saret taf, infaqgħet tibki. "Ma rrid ngħid xejn kontra tiegħu (Gesù)," qaltilha. "Forsi kien raġel tajjeb. Imma għaliex għamel lilu nnifsu Alla?!" Edith kellha tgħix il-fidi tagħha weħidha. Waħda biss minn ħutha, Rosa, aktar tard saret Nisranija.
Mill-ewwel wara l-magħmudija xtaqet tidħol soru tal-klawsura. Imma d-direttur tagħha, il-Kanonku Schwind, taha parir li aħjar l-ewwel issir midħla sewwa tal-ħajja Nisranija. Bdiet tgħallem f'kulleġġ tal-bniet ġewwa Speyer u fl-istess ħin taqleb għall-Ġermaniż ix-xogħlijiet tal-Kardinal Newman u tal-Patri Teologu Dumnikan San Tumas ta' Akwinu. Kompliet tikteb ukoll, u saret midħla sewwa tal-problematika tal-mara. Il-mara, kienet tirraġuna Edith, għandha vokazzjoni differenti minn dik tar-raġel.
Bdiet tirċievi ħafna stediniet ħalli titkellem f'diversi laqgħat u seminars. Il-mod profond u oriġinali kif kienet tippreżenta l-vokazzjoni tal-mara nisranija fis-soċjetà kontemporanja kien jimpressjona. Sabet ruħha titkllem f'ħafna bliet fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera.
Fil-1933 Adolf Hitler laħaq Kanċillier tal-Ġermanja. Il-persekuzzjoni, l-ewwel fina u moħbija u mbagħad kattiva u miftuħa kontra l-Lhud issa qabdet ritmu aktar sfrenat. Il-bibien kollha bdew jingħalqu għal Edith. Għalkemm ixxukjata u muġugħa ħafna minħabba din is-sitwazzjoni politika, Edith rat f'dan ukoll l-id providenzjali ta' Alla. Indunat li Alla qed isejħilha ħalli bħar-Reġina Ester tirriskja ħajjitha għal ġensha. Indunat ukoll li issa tista' twettaq il-ħolma li kienet ilha ġġorr ħdax il-sena. Issa setgħet tidħol Soru Tereżjana.
"Tassew nemmen li Alla aċċetta ħajti bħala offerta għal kulħadd. Hu importanti għalija li nżomm lir-Reġina Ester quddiem għajnejja u niftakar kif hi ġiet mifruda mill-poplu tagħha sewwasew biex tkun tista' tinterċedi għalihom quddiem is-sultan. Naf li jiena miniex ħlief Ester żgħira, fqira u bla siwi, imma l-fatt li s-Sultan li għażilni hu ħniena u tjubija bla tarf ifarraġni."
Il-ħajja ġdida tagħha fil-Karmelu ta' Kolonja, l-Ġermanja kienet taħlita ta' ferħ u taqbida. Ferħ ... "xi mindaqqiet tant kienet tidħak bil-qalb, li d-dmugħ kien jinżel minn għajnejha." Taqbida għaliex ma' kienet imdorrija issajjar, tnaddaf u taħsel! Mhux faċli tibdel l-orjentament ta' ħajtek ta' erbgħin sena.
Imma kienet kuntenta. Il-Provinċjal talabha tkompli tikteb. U hija hekk għamlet. Interessanti għal min 'għandu għajnejn biex jara' hu l-fatt li l-aħħar ktieb tagħha jismu : Ix-Xjenza tas-Salib. Studju fuq San Ġwann tas-Salib. Is-salib hu l-alfabett tan-Nisrani. Hu biss jagħmlek nies. Fil-vestizzjoni ħadet l-isem ta' Swor Tereża Benedetta tas-Salib jew Swor Tereża Imbierka mis-Salib.
"Id-dinja qiegħda taqbad. Il-ġlieda bejn Kristu u l-Anti-Kristu qed isseħħ issa fil-beraħ! Jekk inti tagħżel lil Kristu, din l-għażla tista' tiswielek ħajtek!" Kliem retoriku bla ebda valur prattiku? Illuzjoni poetika ta' min ma għandux x'jagħmel? Le, dan il-kliem kitbitu mara li kienet qed tara gwerra inġusta tfaqqa’ quddiem għajnejha. Il-Ġermanja kompliet sejra fil-programm tagħha li toħloq it-Tielet Reich (Saltna). F'dan ir-Reich ma kienx hemm post għal-Lhud u għad-dgħajfa. Il-Lhud bdew jiġu deportati, ħwienet magħluqa, drittijiet miċħuda. Biex tevita ħafna inkwiet lis-sorijiet sħabha, fil-bidu tas-sena 1938, xi ħbieb tal-kunvent ħadu bil-karozza bil-lejl lil Swor Tereża Benedetta ġewwa l-Olanda, fil-Monasteru ta' Echt. "Kienet firda iebsa għal kulħadd".
Ma ħaditx ħafna żmien biex tidra. Sorijiet ġodda, spirtu ġdid, ambjent ta' ħajja ġdida. "Dak li qegħedli s-salib fuq dirgħajja rnexxielu jagħmilhuli ħafif u ħelu!"
Imma l-qarnita tan-Nażi ma damitx ma ppenetrat ġewwa l-Olanda wkoll. U anke hawnhekk bdiet 'it-tisfija'. Swor Tereża Benedetta aktar bdiet tħoss l-urġenza li toffri lilha nnifisha lill-Qalb ta' Ġesù bħala tpattja b'risq paċi vera. San Pawl kien qal li n-Nisrani huwa msejjaħ "ħalli jtemm f'ġismu dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja." Din is-soru Lhudija ħasset li din hi l-vokazzjoni tagħha. Vokazzjoni ta' mħabba.
Id-daqqa tal-mannara waslet malajr. F'Lulju 1942 fil-knejjes kollha Kattoliċi inqrat Ittra Pastorali miktuba mill-Isqfijet fejn ikkundannaw l-mod barbaru li bih kienu qed jiġu ttrattati l-Lhud. Il-Reichskommissar Seyss-Inquart mill-ewwel irritalja. Billi beża' joħodha kontra l-ġerarkija Kattolika, ħadha kontra s-seba' mitt Lhud Kattoliku li kien hemm l-Olanda. Kollha għandhom jiġu deporati minnufih. Ebda' talba ta' ħniena ma għandha lanqas biss tiġi meqjusa!
Is-sorijiet tal-monasteru ta' Echt ma ndunawx mill-ewwel bil-gravità tal-qagħda tagħhom. L-Isqof assigurahom li mhu se jiġri xejn. Dik il-gimgħa stess, Swor Tereża Benedetta kienet qed tikteb lis-sorijiet tagħha ta' Kolonja fuq il-possibiltà li tmur l-Iżvizzera ma' oħtha. Imma il-bidu tat-tmiem kien wasal għal Edith. Ezatt gimgħa wara li nqrat din l-Ittra pastorali fil-Knejjes Kattoliċi, l-SS għamlu raid fejn arrestaw l-Lhud Kattoliċi kollha tal-Olanda.
Kien il-Ħadd 2 ta' Awissu 1942. Is-sorijiet Tereżjani kienu qed jagħmlu s-siegħa meditazzjoni li jagħmlu dejjem. Waslu l-SS u arrestaw lil Swor Tereża Benedetta u lil oħtha Rosa. "Ejja mmorru għal ġensna!" kienu l-aħħar kliem li qalet fil-Karmelu. Minn hemm tefgħuhom fuq vagun li s-soltu kienu jġorru fih l-annimali. Sebat ijiem wara waslu kollha Auschwitz ġewwa l-Polonja.
Kien filgħodu kmieni. Dawk li kienu għadhom b'saħħithom warrbuhom għax-xogħol iebes u esperimenti tal-mediċina. Dawk li kienu dgħajfa u morda ġegħluhom jinżgħu, tawhom ħwejjeġ oħra u mexxewhom mill-ewwel għal kmamar speċjali li kienu mimlijin pajpijiet tal-gas. L-aħħar xena li rat din is-soru kien l-uġigħ. Mietet iggassjata. Ġisimha ntrema f'fossa komuni. Kellha ħamsin sena.
Stein kienet ibbeatifika bħala martri fl-1 ta’ Mejju 1987, f’Cologne, il-Ġermanja minn Papa Ġwanni Pawlu II u kkanonizzata 11-il sena wara, fil-11 ta’ Ottubru 1998. Illum insibu diversi skejjel madwar id-dinja msemmijin għal Stein, fosthom f’Darmstadt, il-Ġermanja, f’Hengelo, l-Olanda, u Mississauga, Ontario, fil-Kanada. Fl-2009 twaqqaf bust tagħha f’Walhalla Memorial qrib Regensburg.
Hija waħda mis-sitt Qaddisin Patruni tal-Ewropa, flimkien ma’ San Benedittu, San Ċirillu u San Metodju, Santa Briġida tal-Isvezja u Santa Katerina ta’ Siena. Hija wkoll Patruna tal-Lhud ikkonvertiti u waħda mill-Patruni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.



mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 9 ta' Awwissu, 2017






.
.