blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: MIR-RIT TAL-QUDDIESA - TALBA EWKARISTIKA II TAR-RIKONĊILJAZZJONI

Saturday, March 15, 2025

MIR-RIT TAL-QUDDIESA - TALBA EWKARISTIKA II TAR-RIKONĊILJAZZJONI

MIR-RIT TAL-QUDDIESA






************

TALBA EWKARISTIKA II TAR-RIKONĊILJAZZJONI

Prefazju 

O Alla, Missier li tista’ kollox, 
b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, 
inroddulek ħajr u nfaħħruk 
għall-ħidma tiegħek fid-dinja. 

Għalkemm il-bnedmin jinsabu mifruda minn xulxin 
minħabba l-ġlied u t-tilwim bejniethom, 
aħna nafu, għax ġarrabnieh, li inti tbiddel il-fehma tal-bnedmin 
biex jerġgħu jinħabbu bejniethom. 

L-Ispirtu qaddis tiegħek iqanqal il-qlub 
biex dawk li kienu għedewwa ta’ xulxin 
jerġgħu jinħabbu bejniethom, 
dawk li kienu wieħed kontra l-ieħor jieħdu b’idejn xulxin, 
u l-popli kollha jfittxu li jkunu ħbieb. 

Bil-qawwa tiegħek 
dawk li jħobbu l-paċi jwaqqfu l-ġlied, 
jirbħu l-mibegħda bil-maħfra 
u jpattu d-deni bil-ġid. 

Għalhekk jeħtieġ li aħna nroddulek ħajr 
u nfaħħruk mal-kori kollha ta’ l-anġli, 
li qatt ma jehdew ixandru l-kobor tiegħek u jgħidu:

Kulħadd iwieġeb:

Qaddis, qaddis, qaddis ….

Iċ-ċelebrant prinċipali
 
Missier ħanin, int li taħkem fuq kull setgħa, 
aħna nberkuk b’Ibnek Ġesù Kristu, Sidna, 
li ġie fostna f’Ismek. 
Hu l-Kelma li biha l-bnedmin isalvaw, 
l-id li inti tagħti lill-midinbin, 
it-triq li minnha jaslilna s-sliem tiegħek. 

O Alla, Missier tagħna lkoll, 
meta aħna tbegħedna minnek, 
inti reġġajtna għandek b’Ġesù Kristu Ibnek, 
li tajtu għall-mewt 
biex aħna nitħabbu miegħek u nħobbu ’l xulxin.

Il-Konċelebranti flimkien 

Għalhekk aħna u niċċelebraw il-ħbibierija miegħek, 
li ħejja Kristu għalina, 
nitolbuk biex tqaddes bil-barka ta’ l-Ispirtu tiegħek dawn
l-offerti, aħna u qegħdin nagħmlu dak li ordnalna Ibnek 

Hu meta wasal biex jagħti ħajtu ħa jsalvana, 
waqt li kien fuq il-mejda ma’ l-Appostli tiegħu, 
ħa f’idejh il-ħobż, 
raddlek il-ħajr, bierek, 
qasam, ta lid-dixxipli tiegħu u qal: 







.

No comments: