Vox Michaelis - miktubha minn San Ġorġ Preca
Ħalli jiftakar Satana li hu għandu l-eżistenza minn Alla l-aktar għoli u li ħadd ma jista’ jkun bħal dan l-aktar għoli.
Ebda qawwa ma tista’ tnaqqas mill-glorja ta’ dejjem ta’ Ġesù Kristu, Iben ta’ Dak li jista’ kollox u tal-Verġni Marija.
Ħtija tassew hienja mill-ħażen ta’ Satana, lill-ewlenin ġenituri tal-bnedmin kienet dik li għamlet l-Iben t'Alla nnifsu ħuhom.
Satana ma jistax jaqla' l-paċi u l-mistrieħ, b'ebda mod u b'ebda sforz, lanqas jekk ifarrak il-qaddejja t'Alla nfushom.
Id-dwejjaq tar-ruħ u t-tbatija tal-ġisem, magħmula lill-bniedem mill-mibgħeda ta’ Satana huma kawża ta’ glorja akbar.
Dak li qal: "ma nservix", bil-ħażen u t-taħwid tiegħu jwassal biex jitwettqu l-ġudizzji t'Alla li ħadd ma jista’ jifhem.
Tifħir, unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem lil Alla waħdu
li jilqa’ lill-umli u jkeċċi lill-kburin.
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
.