blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: VOX MICHAELIS - miktubha minn San Ġorġ Preca

Saturday, October 02, 2010

VOX MICHAELIS - miktubha minn San Ġorġ Preca


 


Vox Michaelis - miktubha minn San Ġorġ Preca

Ħalli jiftakar Satana li hu għandu l-eżistenza minn Alla l-aktar għoli*
u li ħadd ma jista’ jkun bħal dan l-aktar għoli; Ebda qawwa ma tista’ tnaqqas mill-Glorja ta’ dejjem ta’ Ġesù Kristu *


Iben ta’ Dak li jista’ kollox u tal-Verġni Marija; Ħtija tassew ħienja mill-ħażen ta’ Satana lill-ewlenin ġenituri tagħna l-bnedmin*
kienet dik li għamlet lil Iben ta’ Alla nnifsu ħuhom; Satana ma jistax jaqla' l-paċi u l-mistrieħ, bl-ebda sforz *
lanqas jekk ifarrak il-qaddejja ta’ Alla nfushom; Id-dwejjaq tar-ruħ u t-tbatija tal-ġisem magħmula lill-bniedem mill-mibgħeda ta’ Satana *
huma kawża ta’ glorja akbar; Dak li qal ma nservix,*
bil-ħażen u t-taħwid tiegħu jwassal biex jitwettqu l-ġudizzji ta’Alla li ħadd ma jista’ jifhem; Tifħir, Unur u Glorja għal dejjem ta’ dejjem lil Alla waħdu *
li jilqa’ lill-umli u jkeċċi lill-kburin. Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.


Sliem O San Mikiel
Sliem O Prinċep Qawwi,
Sliem O Ħarries tagħna
Itlob ‘l Alla għalina

--------------------------------

Dan l-artiklu sar bil-kollaborazzjoni tas-Sur Joseph Fenech, socju tal-Muzew u prezentatur tal-programm Magazine fuq Radju Maria.

http://www.freewebs.com/archangelmike/sangorgpreca.htm




.