GĦAŻLA FAVUR ŻWIEĠ DEJJIEMI
Għeżież,
F’dan il-Ħames Ħadd tal-Għid, il-Mulej irregalalna Kelma tiegħu li trid iddawwalna fl-għażla tagħna għal Sidna Ġesù Kristu, fi ħdan il-Knisja Kattolika: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier, jekk mhux permezz tiegħi” (Ġw 14, 6).
Il-Mulej qiegħed jgħidilna li dak li lkoll nixtiequ – li mmorru għand Alla l-Missier – irridu norbtuh ma’ Persuna, li hu Sidna Ġesù Kristu. Għal min hu Kristjan, m’hemmx triq oħra li twasslu għand il-Missier. Kull wieħed u waħda minna rridu nagħżlu lil Ġesù bħala l-Verità: dak li jgħid hu huwa l-veru valur tal-affarijiet li hemm madwarna. Irridu narawhom mill¬-għajnejn tiegħu. Irridu nagħżlu lil Ġesù’ bħala t-Triq biex naslu għal din il-Verità. Toroq oħra ma jwasslux! Meta nagħmlu dawn l-għażliet, imbagħad, nindunaw u nduqu l-Ħajja vera għalina l-bnedmin.
Aħna nixtiequ li anki f’dan ir-Referendum dwar id-divorzju, u għalhekk dwar iż-żwieġ, aħna lkoll niġu mmexxijin minn dan il-kliem ta’ Ġesù.
Huwa f’dan id-dawl li aħna qegħdin ngħaddulkom din l-Ittra Pastorali qabel ir-Referendum.
Permezz tar-Referendum li ser isir ftit ġranet oħra, qed niġu msejħa biex bħala ċittadini, permezz tal-vot, nesprimu l-konvinzjoni tagħna dwar iż-żwieġ.
Mhux sew li dan l-appell jaqa’ f’widnejn torox. Ma nistgħux nibqgħu indifferenti. Ma jurix sinjal ta’ maturita ċivika u kristjana min jagħzel li ma jiħux sehem f’dan ir-Referendum li jittratta suġġett daqshekk importanti.
Iż-żwieġ u l-familja huma esperjenza għal qalbna ħafna u hawn qbil fis-soċjetà li hemm bżonn ninvestu aktar għat-tisħiħ tagħhom. Iż-żwieġ u l-familja huma l-qafas naturali meħtieg, kemm biex persuna tgħix u tikber f’ambjent ta’ mħabba ġenwina, kif ukoll għal binja ta’ soċjetà b’saħħitha. L-esperjenza tgħallimna li dan huwa sewwasew li titlob id-dinjità tal-bniedem.
Hu għalhekk, għax taqbel mad-dinjità tal-bniedem, li Ġesù jgħallimna li ż-żwieġ, min-natura tiegħu, għandu rabta dejjiema.
Meta din l-esperjenza tal-imħabba fiż-żwieġ u l-familja tmur ħażin, fil-qlub jinfetħu ġerħat li ma jagħlqux malajr. Ilkoll nafu persuni mweġġgħa għax iż-żwieġ tagħhom ma rnexxiex. Nassigurawkom li l-karba tagħhom inħossuha f’qalbna, ir-Rgħajja Spiritwali tagħkom, bħalma hija fil-qalb ta’ Alla. Fl-istess waqt, wieħed japprezza li ħafna minn dawn il-persuni separati, meta jitkellmu dwar iż-żwieġ tagħhom, jistqarru li jiddispjaċihom ħafna li ż-żwieġ tagħhom falla. Dan ifisser li min hu mġarrab, għalkemm batut, ħafna drabi jikkonferma kemm iż-żwieġ veru għandu jkun l-għożża tagħna bħala nazzjon. B’imħabba lejn dawk li qegħdin ibatu, u lejn il-ġenerazzjonijiet futuri, irridu naraw flimkien kif nibnu kundizzjonijiet aħjar għaż-żwieġ u l-familja li jistgħu jnaqqsu dawn il-weġgħat.
Il-mistoqsija li qed jagħmel ir-Referendum, dwar jekk irridux li d-divorzju jsir parti mil-liġijiet ta’ pajjiżna, hija mistoqsija li se jkollha effett fuq iż-żwieġ fih innifsu u tolqot l-imġiba tagħna ċ-ċittadini u l-ġid komuni ta’ pajjiżna. Iċ-ċittadin għandu jagħti tweġiba mdawla mir-raġuni.
Iżda, fil-qafas ta’ dak li qed ngħidu, iċ-ċittadin kattoliku għandu kontribut speċjali x’joffri. It-tagħlim ta’ Ġesù Kristu, kif espress u mwassal mil-liġi morali mxandra mill-Knisja, ma jħallilniex dubju li d-divorzju huwa soluzzjoni ħażina li fuqha ma tistax tibni soċjetà stabbli. Soċjetà bi żwieġ stabbli tfisser tnaqqis fin-numru ta’ dawk li jbatu fis-soċjetà tagħna tal-ġejjieni; hija sinjal ta’ mħabba lejn il-ġenerazzjonijiet futuri. Hekk it-twemmin nisrani jixħet aktar dawl fuq il-verità dwar in-natura taż-żwieġ.
Fid-dawl ta’ dan kollu, għalhekk, huwa dmir tagħna bħala Rgħajja Spiritwali li nfakkru lill-poplu ta’ Alla u lil dawk kollha ta’ rieda tajba li kull meta fil-pajjiż issir sejħa biex iċ-ċittadini juru l-fehma tagħhom permezz tal-vot, bħal fil-kaz ta’ dan ir-Referendum, huwa dmir morali li wieħed jitfa’ l-vot liberu tiegħu. Aktar ma d-deċiżjoni tkun dwar valuri li qatt ma nistgħu inpartuhom, bħalma huwa fil-każ ta’ żwieġ dejjiemi, aktar tikber il-gravità morali ta’ dan id-dmir.
L-għażla tagħna f’dan ir-Referendum titlob ħafna ħsieb għax iġġorr magħha responsabbiltà kbira. Hija deċiżjoni li ser ikollha effetti mhux biss fuq il-preżent, imma wkoll fil-futur. Permezz tal-vot tiegħu, iċ-ċittadin ser jibni jew iħott. Għażla favur żwieġ dejjiemi hija att ta’ fiduċja fil-familja mibnija fuq rabta ta’ mħabba li ma tinħallx bir-rieda tal-bniedem; filwaqt li għażla favur id-divorzju twassal lejn aktar tifrik taż-żwieġ u l-familja, u allura anki tal-valur u l-kwalità tal-ħajja. Ilkoll se nġorru l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħna.
Quddiem dan ir-Referendum, in-nisrani ma jistax ma jagħmilx il-mistoqsijiet fundamentali li kull nisrani jrid jagħmel fl-għażliet importanti li jieħu, dejjem b’referenza lejn Sidna Ġesù Kristu. Bil-Magħmudija, in-Nisrani sar ta’ Ġesù u għażel li jimxi warajh. Għalhekk:
• l-għemejjel tan-nisrani dejjem isiru quddiem Sidna Gesù Kristu u f’konfront mat¬tagħlim tiegħu. Anki d-deċiżjoni fuq il-vot tar-Referendum trid issir f’dan id-dawl: li jien quddiem Ġesù se jkolli nagħti kont għall-għażla tiegħi;
• l-għemejjel tan-nisrani dejjem isiru fid-dawl tal-missjoni li hu laqa’, flimkien mal-insara kollha, mingħand il-Mulej Ġesù: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba”. Għan-¬nisrani kull għemil huwa okkażjoni biex jagħti s-sehem tiegħu ħalli t-tagħlim ta’ Ġesù jitwettaq fis-soċjetà tal-bnedmin li l-Missier tant iħobb. Anki l-vot fir-Referendum, għan-nisrani huwa okkażjoni biex iwettaq dan. Għalhekk, kull wieħed u waħda minna l-insara, aħna msejħin biex fil-vot nagħrfu okkażjoni biex nieħdu sehem fil-missjoni tal-Mulej Ġesù dwar iż-żwieġ u l-familja. M’għandniex nitilfu din l-okkażjoni minħabba nuqqas ta’ interess jew nuqqas ta’ ħeġġa.
Nirrikmandaw li kull nisrani jitlob l-għajnuna tas-Sema, bl-interċessjoni tal-Madonna, Sultana tal-familji, biex f’din is-siegħa hekk importanti, fid-direzzjoni li ser nagħtu liż-żwieġ u lill-familja f’pajjiżna, aħna nagħmlu għażla skont ir-rieda ta’ Alla.
Insejħu fuqkom il-barka ta’ Alla.
+ PAWLU CREMONA O.P. - Arċisqof ta’ Malta
+ MARIO GRECH - Isqof ta’ Għawdex
+ ANNETTO DEPASQUALE - Isqof Titulari ta’ Aradi
MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Monday, May 23, 2011
Saturday, April 09, 2011
THE POWER OF THE PRAYER OF THE ROSARY - The powerful prayer of exorcism - Father Gabriel Amorth
Beautiful Reasons for praying the Rosary even more often
Father Gabriel Amorth, Chief Exorcist of the Vatican writes:
One day a colleague of mine heard the devil say during an exorcism:
"Every Hail Mary is like a blow on my head. If Christ-ians knew how powerful the Rosary was, it would be my end."
The secret that makes this prayer so effective is that
The Rosary is both prayer and meditation. It is addressed to the Father, to the Blessed Virgin, and to the Holy Trinity, and is a meditation centered on Christ.
Please enunciate each word of the Rosary clearly and distinctly. Do not trample on the heels of the words of anyone with your words. Do not speak over the leader if you are following or the respondent if you are leading the Rosary. Remember that they also are having a conversation with Mary Our Mother and it is not polite to speak when someone else is speaking.
In the case of the public Rosary there are only two people speaking: the leader and the respondents. Each is speaking to the Blessed Mother and listening carefully to her response within their hearts as they meditate on the scene before them in their consideration of the mystery being spoken of and interpreted and translated into their lives.
Spread this powerful prayer of exorcism, the Rosary, which contains the Our Father, the Perfect Prayer, prayed five times in the recitation of each set of the Rosary's Mysteries, backed up by the powerful prayers of Our Mother who prays with us as we pray 53 Hail Mary's.
When you pray Holy Mary, Mother of God, pray for us sinners now....., the Blessed Mother comes instantly to your side to pray with you. And she does not come alone. She brings angels with her. And not just one or two for she is the Queen of Angels, so choirs of angels come with her. And she and Jesus are joined at the heart and cannot be separated so she brings Jesus with her. And Jesus cannot be separated from the Trinity so He brings the Father and the Holy Spirit with Him. And where the Holy Trinity is, all of creation is, and you are surrounded by such beauty and light as you cannot imagine in this life.
Your Mother comes as Our Lady of Grace with her hands outstretched. Rays of Light emit from her hands piercing your body, healing you and filling you with graces. This is your inheritance which was poured out from the heart of Jesus on the Cross, when the centurion pierced His Heart with the spear, into the only pure vessel ready to receive such graces at that time, Your Mother.
Now as you pray the Rosary, or even just recite one Hail Mary, you receive your portion of these graces.
He also said at this time, "Anyone who goes to Mary and prays the Rosary cannot be touched by Satan."
Is it any wonder that anyone who prays the Rosary from the heart is so blessed and protected, and powerful in their prayers for others ?
http://www.catholicbooks.net/?p=455
.
Friday, April 01, 2011
What it is and how to pray it --- LITURGY OF THE HOURS - LITURĠIJA TAS-SIGĦAT -TEACHING THE MASS - THE CATHOLIC LITURGICAL CALENDAR
https://www.usccb.org/prayer-and-worship/liturgical-year-and-calendar
The liturgical year is made up of six seasons:
- Advent - four weeks of preparation before the celebration of Jesus' birth
- Christmas - recalling the Nativity of Jesus Christ and his manifestation to the peoples of the world
- Lent - a six-week period of penance before Easter
- Sacred Paschal Triduum - the holiest "Three Days" of the Church's year, where the Christian people recall the suffering, death, and resurrection of Jesus
- Easter - 50 days of joyful celebration of the Lord's resurrection from the dead and his sending forth of the Holy Spirit
- Ordinary Time - divided into two sections (one span of 4-8 weeks after Christmas Time and another lasting about six months after Easter Time), wherein the faithful consider the fullness of Jesus' teachings and works among his people
The mystery of Christ, unfolded through the cycle of the year, calls us to live his mystery in our own lives. This call is best illustrated in the lives of Mary and the saints, celebrated by the Church throughout the year. There is no tension between the mystery of Christ and the celebration of the saints, but rather a marvellous harmony. The Blessed Virgin Mary is joined by an inseparable bond to the saving work of her Son, and the feasts of all the saints proclaim the wonderful works of Christ in his servants and offer the faithful fitting examples for their imitation. In the feasts of Mary and of the saints, the Paschal Mystery of Christ is proclaimed and renewed.
Seasons, saints, and celebrations during the liturgical year are laid out in a yearly liturgical calendar.
===============================
===============================
===============================
--- It ends in NOVEMBER on Sunday - the Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of the Universe.
--- It starts on the next Sunday, the first SUNDAY of ADVENT...
LITURGICAL CALENDAR
CYCLE OF READINGS DURING THE LITURGICAL YEAR
download
----------------------------------------------------------------------------------
------------------------------------------------------------------------------
search for yearly liturgical calendar in Maltese
LAIKOS - ORDO
-------------------------------------------------
(In Maltese - Information about the Liturgical Year)
Nixtieq nistaqsi dwar is-Sena Liturgika
Is-sena tal-Knisja
nsejħulha “is-Sena Liturġika”. Bħalma l-kalendarju fih erba’ staġuni, tnax-il
xahar u tnejn u ħamsin ġimgħa u jinkludu festi nazzjonali u festi pubbliċi, il-Kalendarju
tal-Knisja fih ukoll il-mod tiegħu kif iqassam is-sena. Għandu ż-żminijiet
liturġiċi tiegħu: l-Avvent, il-Milied, ir-Randan, it-Tridu tal-Għid il-Kbir, żmien
l-Għid u ż-żmien ta’ matul is-sena.
Is-sena Liturġika
tibda fl-ewwel Ħadd tal-Avvent. Dan jibda erbat iħdud qabel il-25 ta’ Diċembru,
il-jum li fih niċċelebraw il-Milied. L-aħħar jum tas-sena tal-Knisja hija
l-festa ta’ Kristu Sultan.
L-għan tas-sena
Liturġika mhix biex inkejlu l-ġranet u s-snin, imma biex niċċelebraw u nifhmu
aktar il-misteru ta’ Ġesù Kristu, mill-Inkarnazzjoni tiegħu sat-Tlugħ fis-Sema,
imbagħad Għid il-Ħamsin u l-istennija għall-miġja tal-Mulej fil-glorja. L-azzjonijiet il-kbar li jsiru kuljum
fil-Liturġija huma il-quddies u l-Liturġija tas-Sigħat. Fihom aħna naħsbu u nimmeditaw il-Misteru
tal-Għid minn aspetti differenti. Dan isir billi, għal-Liturġija tagħha,
il-Knisja tagħżel siltiet mill-Kotba Mqaddsa biex jinqraw waqt il-quddiesa kif
ukoll siltiet oħra mill-kitbiet tal-Missirijiet tal-Knisja jew qari ieħor
spiritwali biex flimkien ma’ siltiet mill-Kotba Mqaddsa jinqraw waqt it-talb
tal-Uffiċju Divin - Divine Office
Il-Liturġija
tas-Sigħat - Liturgy of the Hours
Brevjar - Breviary
Daily updated - Brevjar (laikos.org)
L-Uffiċċju Divin,
jew il-Brevjar, hu talb u qari li l-Knisja trid li l-insara jitolbu kuljum.
Is-saċerdoti, id-djakni u r-reliġjużi kollha għandhom obbligu li jgħidu dan
it-talb kuljum. Dan huwa magħruf ukoll bħala l-Liturġija tas-Sigħat għax huwa
mqassam biex jintalab f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.
It-talbiet
prinċipali tal-Liturġija tas-Sigħat huma dawk li jsiru filgħodu u
fil-għaxija. Ta’ filgħodu magħruf bħala
it-Tifħir ta’ sbiħ il-jum propju għax biha n-nisrani jagħti bidu għall-ġurnata
tiegħu. It-talb ta’ filgħaxija, li huwa
magħruf bħala l-Għasar jintalab ma’ nżul ix-xemx, meta l-jum ikun qed
jintemm. Minbarra dawn it-talbiet
prinċipali hemm talbiet oħra li huma iqsar li jintalbu f’ħinijiet differenti
tal-jum. Hemm ukoll dak li huma magħruf
bhala l-Uffiċcju tal-qari b’siltiet mill-Kotba Mqaddsa u l-aħjar siltiet minn
awturi spiritwali. L-aħħar talb ta’
qabel l-irqad huwa it-Talb ta’ għeluq il-jum magħruf ukoll bħala
l-Kompieta. Fit-talbiet kollha hemm
Salmi u Kantiċi ta’ tifħir lill-Alla.
Il-Quddiesa
Qari tal-Quddiesa
>>> Il-Quddiesa (laikos.org) <<
Fil-quddiesa ikun
hemm żewġ qari fil-ġranet ta’ kuljum u tliet qari fil-ħdud u l-festi.
B’dan il-mod
il-Knisja tistedinna naħsbu fuq il-ġrajjiet importanti fl-istorja
tas-Salvazzjoni tagħna, tistabilixxi l-ġranet speċjali meta niċċelebraw dawn
il-ġrajjiet u turina l-imporatnza tagħhom fil-kuntest tal-Misteru tal-Għid.
Hekk l-aktar ġrajjiet importanti bħal l-Għid u l-Milied inssejħilhom “Solenità”.
Dawk ta’ anqas importanza
insejħulhom “Festi”. F’xi ġranet oħra tista’ ssir “Tifkira” li kultant tkun
ukoll “Obligatorja”. B’dawn hija tfakkar qaddisin li b’ħajjithom taw xhieda
kbira tal-fidi. Meta ma jkunx hemm xi Solenità, Festa jew Tifkira, allura nsejħulha
“Ferja”. Iżda ċ-ċelebrazzjonijiet
liturġiċi kollha tal-Knisja, anke dawk li fihom infakkru l-Madonna jew qaddisin
huma ċċentrati fuq Kristu u l-Misteru tiegħu tal-Għid.
Il-qari tal-Ħdud hu
mqassam fuq tliet snin, imsejħin Sena A, Sena B u Sena Ċ. Matul is-Sena A
naqraw il-Vanġelu skont San Mattew, fis-Sena B naqraw minn San Mark u fis-Sena
Ċ naqraw minn San Luqa. San Ġwann jinqara fi żmien l-Għid. Biex tkun taf
f’liema sena qegħdin, għodd in-numri (digits)
tas-sena, iddividi bi 3 u ara x’jifdal (remainder)
Jekk jifdal 1 mela tkun Sena A, jekk jifdal 2 tkun Sena B, jekk jidħol
eżatt tkun Sena Ċ. Attent, mhux kemm-il darba jidħol imma kemm baqa’ remainder.
Eżempju għas-sena 2013: 2+0+1+3 = 6. Iddividi 6 bi 3 u jidħol eżatt bla
remainder. Allura sena Ċ.
Eżempju ieħor għas-sena 2014: 2+0+1+4 = 7.
Iddividi 7 bi 3. Fadal remainder
ta’ 1. Mela Sena A.
Eżempju ieħor għas-sena 2015: 2+0+1+5 = 8. Iddividi 8 bi 3. Fadal remainder ta’ 2. Mela Sena B.
Matul il-ġimgħa
naqraw siltiet oħra mill-Kotba Mqaddsa. Dawn imqassmin fuq sentejn Sena I u
Sena II. Fuq medda ta’ sentejn jinqraw l-partijiet importanti kollha tal-Kotba
Mqaddsa. Biex tkun taf liema qari qegħdin naqraw, ara is-sena (eg 2013). Jekk
hi bil-fard, mela Sena I, jekk hi biż-żewġ, mela Sena II.
Ir-Rit tal-Quddiesa
( In Maltese - When to sit, stand and kneel
during Holy Mass )
Nixtieq nistaqsi
dwar kif għandna noqogħdu fil-quddiesa
Kuluri wżati fil-Quddies
Fiċ-ċelebrazzjonijiet
tagħha, il-Knisja tuża kuluri għall-ilbies tas-saċerdoti. Fl-Avvent u r-Randan
tuża l-vjola. Fil-Għid, il-Milied u l-festi tuża l-abjad, minbarra fil-festi
tal-Martri, f’Għid il-Ħamsin (Pentekoste), Ħadd il-Palm, u l-Ġimgħa l-Kbira li
fihom tuża l-aħmar. F’jiem oħra matul is-sena tuża l-aħdar.
(In Maltese - Information about the colours in Mass)
Nixtieq nistaqsi dwar il-kuluri fil-Quddiesa
Pope Francis' homily: Mass is "God's time"
TEACHING THE MASS (with narration)
https://www.youtube.com/watch?v=H5nzAxPY0Wo
Żminijiet
differenti fis-Sena Liturġika
L-Avvent hu żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied. Fih erba’ ġimgħat. Fil-qari tal-Liturġija, il-Knisja tistedinna naħsbu fuq it-tieni miġja ta’ Kristu fl-aħħar tad-dinja. Hu biss fl-aħħar Ħadd li l-Knisja tibda tkellimna fuq il-ġrajjiet tal-Milied.
Il-Milied hu ż-żmien li fih niftakru fuq l-Inkarnazzjoni, it-twelid u t-tfulija ta’ Ġesù. Dan jintkuli l-festa ta’ Marija Omm Alla fl-ewwel tas-sena, l-Epifanija, u s-Sagra Familja.
L-Ewwel Parti taż-Żmien
ta’ matul is-Sena: Dawn huma bejn tmiem żmien
il-Milied u l-bidu tar-Randan. Jibda bil-festa tal-Magħmudija ta’ Kristu.
Ir-Randan hu żmien ta’ preparazzjoni għall-akbar festa tal-Knisja
li hu l-Għid il-Kbir. Fih 40 jum u 6 iħdud. Matul ir-Randan, naqraw l-aktar
ġrajjiet importanti fl-Istorja tas-Salvazzjoni, ibda mill-ħolqien. Jibda b’Ras ir-Randan u jispiċċa f’Sibt il-Għid.
L-Għid il-Kbir jiġi fl-ewwel Ħadd wara l-ewwel qamar kwinta
tar-rebbiegħa (wara l-21 ta’ Marzu). Dan jista’ jiġi bejn it-22 ta’ Marzu u
l-25 ta’ April. Din il-festa hija importanti ħafna u ndumu niċċelebrawha 7
ġimgħat, li jissejħu l-Ħdud tal-Għid. 50 jum wara l-Għid niċċelebraw Għid
il-Ħamsin magħruf ukoll bħala Pentekoste.
Wara nerġgħu nkomplu
bil-Ħdud ta’ Matul is-Sena. B’kollox hemm 34, u jintuża l-aħdar. L-aħħar
Ħadd tkun il-festa ta’ Kristu Sultan.
Qari tal-Quddies għall-żminijiet u jiem differenti matul is-Sena Liturġika
><> ><> ><>
THE LITURGY OF THE HOURS
In ORDINARY TIME there are 34 weeks in the Liturgical Year of the Roman Catholic Church.
THE LITURGY OF THE HOURS is divided into FOUR WEEKS CYCLE. To know which week you should read, you divide by 4: Example if we are in Monday of the 33rd week in Ordinary Time, the result will be 8 remainder 1 - so we read Monday of the first week. When there is no remainder, read the day's prayers in week 4.
THE BREVIARY - The Liturgy of the Hours
>>> >>> >>>
The Liturgy of the Hours: What it is and how to pray it
Liturgical Year, Cycles, Seasons, Colours
In English -
http://divineoffice.org/general-instructions/
Divine Office
https://divineoffice.org/welcome/
http://www.usccb.org/prayer-and-worship/liturgy-of-the-hours/index.cfm
Universalis ...
http://www.universalis.com/calendar.htm
>>> >>> >>>
IL-BREVJAR - Il-Liturġija tas-Sigħat għal kull jum fis-sena
https://brevjar.knisja.mt/
&
https://www.laikos.org/librerija_sorsi_liturgija_sighat.htm
|
a) FIS-SOLENNITAJIET: Dejjem jingħadu l-ewwel u t-tieni għasar
Kollox jittieħed mill-Propju jew mill-Komun.
Is-Salmi tat-Tifħir ta’ Sbieh il-jum ikunu dejjem tal-Ħadd ta' l-ewwel ġimgħa
b) IL-FESTI: Ma għandhomx l-ewwel għasar. Mill-bqija, kollox jingħad bħal fis-Solennitajiet.
IL-FESTI TAL-MULEJ, jekk jaħbtu l-Ħadd, ikollhom ukoll l-ewwel għasar.
c) Meta t-Tifhir ta’ Sbieħ il-Jum jew il-Għasar isiru fil-Quddiesa, l-innu jingħad jew tas-Siegħa li tkun tmiss, jew jittieħed mill-ktieb tal-kant.
Is-Salmi tal-Liturġija tas-Siegħat jingħadu fil-bidu tal-Quddiesa, waqt li titħalla barra l-Lezzjoni Qasira tal-Liturġija tas-Siegħat, bir-responsorju tagħha.
d) FIL-ĠRANET FERJALI: Il-Preċi (interċessjonijiet) jistgħu jingħadu minnflok it-Talba tal-Fidili.
Wara t-Tqarbin, għat-Tifħir tas-Sbieħ il-Jum jingħad il-Benedictus, bl-antifona; waqt li għall-Għasar tingħad il-Magnificat, bl-antifona tagħha.
TAGĦRIF MEĦUD MILL-KTIEB - IT-TALBA TAN-NISRANI
><> ><> ><>
BIL-MALTI
NITOLBU
FREE APPS - and these work without wifi !
from Fr. Walter Vassallo ofm
><> ><> ><>
GENERAL INSTRUCTION OF THE LITURGY OF THE HOURS |
Congregation for Divine Worship |
116. Proper antiphons are given for each of the psalms of morning prayer and evening prayer during the Easter triduum, on the days within the octaves of Easter and Christmas, on the Sundays of the seasons of Advent, Christmas, Lent, and Easter, on the weekdays of Holy Week and the Easter season, and from the 17th to the 24th of December.
====================
147. During Advent, following an ancient tradition, passages are read from Isaiah in a semicontinuous sequence, alternating in a two-year cycle. In addition, the Book of Ruth and certain prophecies from Micah are read. Since there are special readings from 17 to 24 December (both dates included), readings for the Third Week of Advent which fall on these dates are omitted.
.
Subscribe to:
Posts (Atom)