blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Thursday, October 22, 2015

AUGUST 10 - Feast of Saint Lawrence, deacon and martyr - 10 ta' AWWISSU - Festa ta' San Lawrenz Djaknu u Martri.















10 ta' Awwissu
Festa ta' San Lawrenz Djaknu u Martri.

San Lawrenz twieled fis-sena 226 AD ġewwa Huesca, Aragona. Il-ġenituri tiegħu Orientius u Patentia kienu nisel ta’ familja nobbli minn Aragona fi Spanja. Lorenzo trabba ġewwa Saragoza u meta kien tfajjel ċkejken irċieva s-sagramenti tal-Magħmudija, tat-Tqarbin u l-Griżma ta’ l-Isqof. Kellu jħalli art twelidu u jmur jghix Ruma wara li l-filosfu Grieg Sistu kien insista miegħu biex jitla’ miegħu Ruma ħalli jkun jista’ jkompli l-istudji tiegħu għas-saċerdozju u jagħti l-għajnuna tiegħu lill-Kristjani li kienu diga’ qed jiġu ppersegwitati. Wieħed mill-virtujiet kbar li ħaddan Lorenzo kien li jħobb il-paċi u kellu mħabba speċjali lejn il-proxxmu tiegħu l-aktar il-foqra u l-morda. Fl-eta’ ta’ 24 sena, barra minn dan ix-xogħol volontarju fost il-komunita', Lorenzo kien diġa beda jassisti lid-Djakni f’Ruma u meta laħaq il-Papa l-ġdid, Papa Luzju wara l-mewt tal-Papa Fabianu, dlonk laħħqu bħala wieħed mid-Djakni ta’ Ruma biek ikun jista jgħin aktar mill-qrib lill-foqra, l-morda u l-anzjani. Fis-sena 257 wara Kristu, sena biss qabel ingħata l-martirju, il-Papa Sistu ordnah Arċidjaknu ta’ Ruma. U f’daqqa waħda sab ruħu responsabbli minn sitt djakni ohra. Fl-istess sena l-Imperatur Lucinius Valeriano ħareġ editt li kien ta bidu għall-persekuzzjoni totali ta’ l-Insara prattikanti ta’ dak iż-żmien. Permezz ta’ dak l-editt, kellha tiġi kkonfiskata l-propjeta’ kollha u kull ċelebrazzjoni Kristjana fil-beraħ kienet ipprojbita. U kien proprju waqt funzjoni sagra f’katakombi li l-Papa Sistu II kien ġie arrestat u kkundannat għall-mewt. F’laqgħa qasira li kellu ma’ Lorenzo, il-Papa kien tah ordni biex ifittex iqassam it-tezori kollha tal-knisja lill-morda, foqra u persuni b’diżabilita’ biex jgħinuhom fil-bżonnijiet materjali tagħhom. Wara li obda mill-ewwel din l-ordni, Lorenzo kien jaf li t-tmiem tiegħu kien fil-qrib. F’kull katakombi li kien iżur biex iqassam il-ġid tal-knisja huwa kien jagħmel kuraġġ u jqawwi qalb l-insara kollha u jħeġġiġhom biex jitolbu dejjem lill-Alla l-ħaj. Huwa saħansitra kien jieħu l-okkażjoni biex ifejjaq bosta nies għomja u morda bil-pesta permezz tas-Sinjal tas-Salib. Lorenzo ġie arrestat wara li xi suldati kienu semgħuh jikkonferma mal-Papa Sistu u sitt Djakni li kien jieħu ħsieb, li x-xewqa tal-Papa li jitqassam il-ġid kollu tal-knisja ġiet imwettqa.
Wara li kien mitfugħ f’ċella taħt l-art jistenna s-sentenza tal-mewt, Lorenzo mhux talli ma qatax qalbu, talli ħa l-okkażjoni u kompla jippriedka l-fidi u jagħmel il-mirakli mal-priġuniera insara. Kien hawnhekk ukoll li rnexxielu jikkonverti lill-gwardjani tal-ħabs stess għal-fidi nisranija.
Meta sar jaf b’din l-‘ħsara’ kollha li Lorenzo kien qed jagħmel lill-Imperu Ruman, l-prefett ta’ Ruma Cornelius inkorla mhux ftit u ħalef vendetta. Huwa bagħat għal Lorenzo u bi skuża li kien se jeħilsu mill-mewt, huwa ordnalu biex jagħti l-ġid kollu li kellha l-knisja lil Ruma. Lorenzo talab lill-Prefett biex jingħata tlett ijiem biex jerġa’ jiġbor it-teżori kollha u jgħaddihom lill-Istat. Fit-tliet ijiem Lorenzo żar l-ifqar postijiet ta’ Ruma u ġabar numru kbir ta’ fqar u morda u ħadhom fil-loġġa tal Palazz. ‘Dawn huma t-teżori kollha tal-Knisja.’ L-Imperatur, b’rabja kbira, ikkundanna lil Lorenzo għall-martirju talli kien daħaq bl-awtorita’ u bl-aġir tiegħu kien insulta lill-Imperu Ruman.
Qabel ma miet fl-10 t’Awwissu tas-sena 258 AD fl-eta’ ta’ 32 sena, Lorenzo kellu jgħaddi minn sensiela ta’ kastigi ħorox biex forsi jbiddel fehemtu u jiċħad it-twemmin nisrani tiegħu. Fil-fatt jingħad li qabel intemmet ħajtu, Lorenzo sofra għaxar martirji kbar. Imma Lorenzo dejjem żamm sod u laqa’ kull martirju b’entużjażmu kbir u bħala grazzja mingħand Alla.
Il-kittieb Prudentius kien kiteb illi l-martirju kollu ta’ Lorenzo bla ebda dubju serva bħala preludju għat-tmiem tal-Paganiżmu Ruman. Kull min segwa l-martirju taż-żagħżugħ Lorenzo kien skanta bil-kuraġġ u l-eroiżmu li kien wera . Is-serenita’ u l-kalma li żamm waqt l-eħrex turmenti kienu l-kaġun ta’ bosta konverżjonijiet minħabba l-fatt illi dawn it-turmenti kienu meqjusa bħala l-eħrex fl-istorja ta’ Ruma pagana.

Santu Wistin jiddeskrivi lil San Lawrenz bħala ‘Il-Padrun tal-Knisja u l-Kampjun tal-Qaddisin kollha’.


--- mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar




St. Lawrence (Feast Day 10-Aug)





><>   ><>   ><>



IL-QARI TAL-QUDDIESA.

10 TA' AWWISSU. SAN LAWRENZ, DJAKNU U MARTRI  






THE GOSPEL

Jn 12:24-26 -- ...as a kernel of wheat.. - ...bħal mal-ħabba tal-qamħ trid taqa' fl-art u tmut..






Id-don tad-dmugħ 
Omelija fil-Festa ta’ San Lawrenz, Levita u MartriPjazza San Lawrenz, San Lawrenz
Is-Sibt 8 ta’ Awwissu 2020
L-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex

https://www.facebook.com/notes/diocese-of-gozo/id-don-tad-dmug%C4%A7/10158369776578476/


Marbuta mal-Festa ta’ San Lawrenz teżisti tradizzjoni antika li tinterpreta ċertu xrar li jaqa’mis-sema matul il-lejl bejn l-10 u l-11 ta’ Awwissu bħala “stilel” f’ġieħ il-Levita Martri Lorenzo. Imbagħad hemm oħrajn li f’dan ix-xrar jaraw “il-faħam” li jfakkarna fin-nar li fuqu tqiegħdet il-gradilja b’San Lawrenz marbuta magħha. Niftakar meta snin ilu,qabel ma ġejt fdat bil-ministeru ta’ Isqof tad-Djoċesi, f’jum il-Festa kont niġi f’din il-parroċċa u nisma’ lil Mons. Ġużepp Piscopo jgħidli li mas-sebħ tal-għada kien ser imur ifittex fl-għelieqi tal-madwar “il-faħam ta’ San Lawrenz”. Hemm oħrajn li jgħidu li dan ix-xrar huwa d-dmugħ ta’ San Lawrenz. Il-poeta Taljan Giovanni Pascoli għandu poeżija sabiħa fejn jitkellem dwar dan id-dmugħ ta’ San Lawrenz.
 
Naturalment hemm tifsira meteoroloġika għal dan il-fenomenu naturali. Dawn huma xrar magħruf bħala Perseid meteor shower, imma r-reliġjożità popolari tathom din it-tifsira marbuta ma’ San Lawrenz. Ħasra li minħabba t-tinġis tal-lejl minn dwal żejda, llum sar diffiċli li wieħed japprezza dan l-aspett tan-natura!
 
F’messaġġ li għamel liż-żgħażagħ meta kien fuq Vjaġġ Appostoliku fil-Filippini, il-Papa Franġisku qal sentenza li għandha tħassibna: “Id-dinja tal-lum jonqosha d-dmugħ. Jibku l-immigranti, jibku dawk li huma skartati, jibku dawk li ma humiex rispettati, imma dawk li ma jonqoshom xejn ma jafux jibku. Ċerti veritajiet tal-ħajja wieħed jista’ jarahom biss b’għajnejh imxarrba bid-dmugħ” (18 ta’ Jannar 2015). Fi kliem ieħor, bħal donnu għajnejna xxuttaw mid-dmugħ. Proprju f’dawn il-jiem iltqajt ma’ persuna li qaltli li ilha ħdax-il sena ma tibki! 
 
Tlifna d-don tad-dmugħ. Forsi għax nistħu nibku quddiem in-nies,għax naħsbu li l-biki huwa sinjal ta’ dgħufija. Imma drabi oħra ma nibkux għax fuq għajnejna hemm għamad li ma jħalliniex naraw la l-miżerja tal-umanità u lanqas il-ġmiel ta’ madwarna. Għax il-bniedem jibki mhux biss meta jkollu qalbu tqila bid-dwejjaq, imma wkoll meta qalbu tkun ser ittir bil-ferħ.
 
Fid-dawl ta’ dan, nixtieq nagħmel riflessjoni dwar id-dmugħ ta’ San Lawrenz. Għaliex naħsbu li San Lawrenz beka?
 
Huwa beka ma’ dawk li kienu jibku. Beka mal-morda – nafu li fejjaq diversi għomja; beka ma’ dawk li kienu fil-luttu għax tilfu lil xi ħadd għażiż tagħhom fil-persekuzzjoni; beka ma’ dawk li sabu ruħhom soċjalment diskriminati minħabba t-twemmin tagħhom; fuq kollox huwa beka mal-foqra abbandunati mill-istituzzjonijiet. Kif seta’ ma jinkisirx meta jara l-qalb insensittiva tal-kotra li kienu indifferenti quddiem it-tbatija ta’ dawk li ma kellhomx għaxja ta’ lejla?
Nistħajjel lil San Lawrenz jibki meta kien jara lil dawk l-Insara jħallu l-Knisja, jiċħdu lil Kristu biex iqimu lill-idoli. Kien żmien il-persekuzzjoni ta’ Valerjanu, u biex l-Insara jsalvaw ġildhom kienu jirrinunzjaw it-twemmin tagħhom (apostasija);biex jiksbu vantaġġ fis-soċjetà, kienu jinsew lil Kristu! Min jista’jfisser id-diżappunt tal-Levita meta sar jaf li Nsara li huwa kien jorbot fuqhom, kienu saru bħal qasba tixxejjer mar-riħ. Ma nistax nimmaġina lil Lorenzo ma jinkeddx meta ntebaħ lil kienu għosfru dawk li kienu tgħammdu, tqarbnu u ħadu l-Griżma; jinkeddquddiem dawk li għamlu mill-fidi tagħhom libsa fil-kexxun li tintlibes biss f’xi solennità jew festa patronali. In-nuqqas ta’ konvinzjoni, il-laxkezza morali, il-kompromessi mad-dinja, żgur li qabbżu d-demgħat lil San Lawrenz.
 
Nistħajjel lid-Djaknu Lawrenz jibki meta ra lill-Papa Sistu jittieħed għall-martirju. Kien hemm rabta qawwija bejnu u bejn il-Papa. Huwa beka mhux biss għax ra t-tmiem ta’ dak li kien sejjaħlu minn Spanja biex ikun l-Arċidjaknu tiegħu, imma wkoll għax ra li l-qawwa evanġelizzatriċi tal-Knisja kienet qed titnaqqa. L-għedewwa tal-Knisja kienu qed jeliminaw lill-ministri tal-Knisja u hekk bil-mod il-mod joħonqu l-vuċi tal-Vanġelu. Fi kliem ieħor, San Lawrenz beka għax ra l-Knisja tinħatt.
 
Aħna, devoti ta’ San Lawrenz, għandna din il-ħila li nibku quddiem fenomeni bħal dawn li semmejt? Nibku meta naraw lis-soċjetàtagħti daharha lil dawk li huma fil-bżonn? Nibku quddiem il-fatt li l-komunità Nisranija f’Għawdex qiegħda dejjem tiċkien? Taqbżilna demgħa meta naraw dejjem jonqos in-numru ta’ dawk li huma lesti li jagħtu ħajjithom biex jipprietkaw il-Vanġelu? Għall-grazzja ta’ Alla, il-komunità parrokkjali ta’ San Lawrenz qed trodd ħajr lil Alla għad-djaknu Andrew u sentejn ilu kellha saċerdot ġdid, Dun Michael. Imma n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet, anki missjunarji, huwa motiv ta’ tħassib għalina lkoll? Qed nirreferi wkoll għall-ħajja kkonsagrata reliġjuża (hawn Patri Gabrijel) u lajkali. Bħal donnu l-ħajja reliġjuża saret oġġett tal-arkeoloġija jew tal-mużew. F’dawn il-ħmistax-il sena għamilna passi żgħar biex noħolqu aktar spazju għall-ministeri lajkali, imma fadal ħafna xi jsir f’dan ir-rigward.
 
Billi, kif għedna, il-bniedem jibki wkoll bil-ferħ, nixtieq nikkontempla lil San Lawrenz jibki bil-ferħ.
 
Żgur li Lawrenz feraħ meta waqt li kien qed il-ħabs, il-Prefett Ipollitu, Luċillu, u Ruman, it-tlieta pagani, l-ewwel talbuh biex ikellemhom dwar ĠesùKristu, imbagħad talbuh il-Magħmudija. Dan huwa l-ferħ veru tal-komunità Nisranija – meta jirnexxilna nxennqu lil ħaddieħor jistaqsi dwar Ġesù, meta jirnexxilna nbejtu fil-qalb ix-xewqa għal Alla. Nistħajjel li dan huwa s-sodisfazzjon spiritwalili jġarrbu l-katekisti meta jakkumpanjaw liż-żgħar fil-mixja lejn is-sagramenti. F’Għawdex mhux daqshekk komuni li niltaqgħu ma’min jitlobna l-Magħmudija, imma żgur niġi wiċċ imb wiċċ ma’ diversi li,għalkemm tgħammdu meta kienu żgħar, illum għandhom bżonn jiskopru mill-ġdid xi tfisser il-Magħmudija. Huwa fatt li għalkemm il-kotra f’din il-gżira huma mgħammda, diversi nsew xi tfisser il-Magħmudija.
Nimmaġina lil San Lawrenz jibki bil-ferħ meta ra lill-Papa Sistu u lill-Insara l-oħrajn sejrin għall-maritrju b’rashom mgħollija. Ix-xhieda kuraġġjuża tagħhom imlietu bil-ferħ. Jekk, kif għidna,Lorenzo beka meta ra Nsara jwarrbu lil Kristu, ċertament li qalbu mtliet bil-ferħ quddiem l-imħabba qawwija li wrew il-martri. Jien konvint li hawn ħafna fostna li jafu x’inhu dan il-ferħ – li jifirħu meta jaraw persuni jagħtu xhieda tal-valuri tal-Vanġelu li xandrilna Ġesù. Ħafna drabi fil-moħbi, anki ta’ djarna, hemm Insara li proprju għax iħobbu lil Ġesù litteralment jissagrifikaw ħajjithom għall-oħrajn. Min jista’jżommilna d-dmugħ milli jaqbeż meta niltaqgħu ma’persuni li, għax huma “boloh għall-Bambin”, jagħmlu affarijiet tal-blieh, fis-sens li ma jirraġunawx skont il-loġika tad-dinja imma skont il-Vanġelu – bħal meta wieħed jaħfer lil min ikun weġġgħu!
 
Nistħajjel li San Lawrenz beka bil-ferħ meta ltaqa’ ma’ dik l-armla li tat kenn f’darha lil xi Nsara mfittxija mill-persekuturi. Minkejja li kienet armla u għalhekk b’mezzi limitati, u waħidha mingħajr sapport ta’ ħadd, hija tipprova ssalva l-ħajjiet anki jekk dan kien ifisser li jekk tinqabad, tlaqqatha magħhom. Kellha l-kuraġġ li tiftaħ il-bieb ta’ darha biex tilqa’lill-barrani. Din hija sfida tagħna llum. Ħafna drabi qed insibu l-barranin fl-ibħra ta’ madwarna. It-tentazzjoni hija li ma nagħtux kas tagħhom bir-riskju li jitilfu ħajjithom. Hemm ħafna propaganda qarrieqa għaddejja dwar id-dramma tal-immigranti. Huwa fatt li aħna għandna d-diffikultajiet u l-limiti tagħna u aħna fid-dmir li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha; huwa minnu li l-pajjiżi l-kbar ma jistgħux iħalluna waħidna f’din is-sitwazzjoni; imma ma nistgħux nonfħu fuq il-ġamar tar-razziżmu.
 
Jien konvint li l-wasla tal-istatwa rrestawrata ta’ San Lawrenz imlitilkom għajnejkom bid-dmugħ bħalma bkew l-antenati tagħkom meta laqgħuh għall-ewwel darba 125 sena ilu. Bir-raġun, għax San Lawrenz huwa l-ġojjell u l-għożża tal-Lawrenzjani. Minn qalbi nawguralkom li bħala komunitàma titilfux il-ħila li tibku – li jkollkom id-dmugħ li jinżel fil-lejl ta’ San Lawrenz – dmugħ ta’ dulur imma wkoll ta’ ferħ. Jalla dan tal-aħħar jgħaddi bil-bosta lil tal-ewwel. Niftakru f’dak li jgħid wieħed mill-Missirijiet tal-Knisja,Xmun it-Teologu (949-1022): “Ma hemmx triq oħra barra dik tad-dmugħ biex tkun tista’tara l-misteru” (Inni 15, 259-260).




============================================================
============================================================



Aug 10 - Homily: St Lawrence Loving Detachment








.

Monday, October 12, 2015

A LITTLE JAZZ MASS by BOB CHILCOTT

 

 
1 KYRIE,
2 GLORIA,
3 SANCTUS,
4 BENEDICTUS AND HOSANNA
5 AGNUS DEI

(13-04-2014) Xiquets Cantors DIVISI, el Coro Cantart-DIVISI y la Coral DIVISI, dirigidos por José V. De Sousa, interpretan la Pequeña Misa de Jazz (A Little Jazz Mass) de Bob Chilcott en la Iglesia S. Miguel de los Reyes de Valencia-España acompañados al piano por Gema Morales, a la batería por Alfredo Salcedo y al contrabajo por Pau Albert.

 
                                               >>>            >>>            >>>
 
The Choir of St James performs Bob Chilcott's 'A Little Jazz Mass' at a Choral Eucharist and Procession for Pentecost, St James' Church, King Street, Sydney, on 12 June 2011.
A Little Jazz Mass - KYRIE


A Little Jazz Mass - GLORIA


A Little Jazz Mass - SANCTUS AND BENEDICTUS


A Little Jazz Mass - AGNUS DEI
  





 BOB CHILCOTT
http://bobchilcott.com/index.html




 
.