MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Monday, June 16, 2014
Year B - 7th Sunday in Eastertide - John 17:11-19 - Consecration to the Truth
[Ġw:17:11] U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f'ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. [Ġw:17:12] Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. [Ġw:17:13] Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi. [Ġw:17:14] Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma m'humiex tad-dinja, kif jiena m'iniex tad-dinja. [Ġw:17:15] Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin. [Ġw:17:16] Huma m'humiex tad-dinja bħalma jiena m'iniex tad-dinja. [Ġw:17:17] Qaddishom permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità. [Ġw:17:18] Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja. [Ġw:17:19] U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità.
Fr Ted Tyler
Consecration to the Truth (John 17, 11-19), B-1
Saturday, June 14, 2014
First Sunday after Pentecost - THE SOLEMNITY OF THE MOST HOLY TRINITY - IS-SOLENNITÀ TAT-TRINITÀ QADDISA - l-ewwel Hadd wara Pentkoste
THE INFINITE & HARMONIOUS LOVE IN UNITY
lil Alla li hu, u li kien, u li għad irid jiġi. Apok 1:8
The Church's "Deepest Vocation" | Damian Stayne
"IN THE NAME OF THE FATHER AND OF THE SON AND OF THE HOLY SPIRIT"
http://www.vatican.va/archive/ccc_css/archive/catechism/p1s2c1p2.htm
The Trinitarian Prayer of Elizabeth of the Trinity
http://ocarm.org/en/content/ocarm/trinitarian-prayer-elizabeth-trinity
THREE REALITIES
IN A PERFECT COMMUNITY
OF THREE DISTINCT PERSONS
click over the white rrow in video below and please wait for it to start
Sanctus et Benedictus (latin)
THE GOSPEL, YEAR A - Jn 3:16-18 -- The Solemnity of the Most Holy Trinity - Is-Solennità tat-Trinità Qaddisa
IN YEAR A - Jn 3:16-18 -- The Solemnity of the Most Holy Trinity - Is-Solennità tat-Trinità Qaddisa
Evanġelju
Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva.
Ġw 3, 16-18
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: [Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:17] Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. [Ġw:3:18] Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta' l-Iben il-waħdieni ta' Alla.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
THE GOSPEL, YEAR B - Mt 28:16-20 -- Go and make disciples of all nations - Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art.
- IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL, SOLEMNITY OF THE HOLY TRINITY --- 1st SUNDAY AFTER PENTECOST
Evanġelju
Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art.
Mt 28, 16-20
Għeluq tal-Evanġelju skont San Mattew
F' dak iż-żmien, [Mt:28:16] Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. [Mt:28:17] Kif rawh, nxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. [Mt:28:18] Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: "Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. [Mt:28:19] Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu, [Mt:28:20] u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
THE GOSPEL, YEAR C - Jn 16:12-15 -- The Spirit of truth will lead you to the complete truth - Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. L-Ispirtu jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL ON THE SOLEMNITY OF THE MOST HOLY TRINITY.
Evanġelju
Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. L-Ispirtu jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.
Ġw 16, 12-15
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:16:12] "Baqagħli ħafna ħwejjeġ x'ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. [Ġw:16:13] Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni. [Ġw:16:14] Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. [Ġw:16:15] Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
***
The Face of God
Trinity Sunday
Riflessjoni - It-Trinità Qaddisa (Fr Bernard Falzon MSSP)
Riflessjoni - Ikona ta' Trinita Qaddisa (Fr Martin Cilia MSSP)
Il-Missjoni tal-Knisja - 1
Fr Hayden jippriedka dwar Mt 28:16-20 (Hadd it-Trinita)
Il-Missjoni tal-Knisja - 2
Fr Hayden jippriedka dwar Mt 28:16-20 (Hadd it-Trinita)
.