blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Year B - 7th Sunday in Eastertide - John 17:11-19 - Consecration to the Truth

Monday, June 16, 2014

Year B - 7th Sunday in Eastertide - John 17:11-19 - Consecration to the Truth




[Ġw:17:11] U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f'ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. [Ġw:17:12] Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. [Ġw:17:13] Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi. [Ġw:17:14] Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma m'humiex tad-dinja, kif jiena m'iniex tad-dinja. [Ġw:17:15] Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin. [Ġw:17:16] Huma m'humiex tad-dinja bħalma jiena m'iniex tad-dinja. [Ġw:17:17] Qaddishom permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità. [Ġw:17:18] Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja. [Ġw:17:19] U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità.


Fr Ted Tyler
Consecration to the Truth (John 17, 11-19), B-1