MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Sunday, April 13, 2014
Monday of Holy Week - Jn 12:1-11 -- Jesus Anointed at Bethany - Id-dilka ta' Ġesù f'Betanja --- & --- Speed: The Reason For Extraordinary Ministers of Holy Communion?
12. Id-dilka ta' Ġesù f'Betanja
[Ġw:12:1] Sitt ijiem qabel il-festa ta' l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. [Ġw:12:2] Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma' Ġesù. [Ġw:12:3] Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b'xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ. [Ġw:12:4] Ġuda l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal:[Ġw:12:5] "Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?" [Ġw:12:6] Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kull ma kienu jaqilgħu. [Ġw:12:7] Qallu Ġesù: "Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi. [Ġw:12:8] Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni."
Ftehim kontra Lazzru
[Ġw:12:9] Kotra kbira ta' Lhud saru jafu li hu kien qiegħed hemm, u marru mhux biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet. [Ġw:12:10] Għalhekk il-qassisin il-kbar ftiehmu li joqtlu lil Lazzru wkoll, [Ġw:12:11] għax minħabba fih ħafna mil-Lhud bdew jitilquhom u jemmnu f'Ġesù.
Focus on the Beatitudes...&...PALM SUNDAY: Mr. Gibson, Your Genius is Sorely Missed!
THE PATH (reflection on Palm Sunday 20th March 2016)
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -- - - - - - - - - - -
.
Saturday, April 12, 2014
Mt 26:14-27:66 -- The Passion of Our Lord Jesus Christ - Il-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu
It-tradiment
ta' Ġuda
(Mk14, 10-11 ; Lq 22, 3-6)
[Mt:26:14] Mbagħad
wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar [Mt:26:15]
u qalilhom: "Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?"
U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. [Mt:26:16] Minn dak
il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.
Ġesù
jagħmel l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli
(Mk14, 12-21 ; Lq 22, 7-14, 21-23 ; Ġw 13,
21-30)
[Mt:26:17] Fl-ewwel
jum ta' l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: "Fejn tridna
nħejjulek l-ikla ta' l-Għid?" [Mt:26:18] U hu qalilhom: "Morru
l-belt għand it-tali, u għidulu, 'Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet;
jien se nagħmel l-ikla ta' l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.' " [Mt:26:19]
Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid. [Mt:26:20]
Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, [Mt:26:21]
u waqt l-ikel qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se
jittradini."[Mt:26:22] Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull
wieħed minnhom beda jsaqsih: "Jaqaw jien, Mulej?" [Mt:26:23] U
Ġesù weġibhom: "Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi,
dak li se jittradini. [Mt:26:24] Bin il-bniedem imur kif hemm miktub
fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun
mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma
twieled xejn !" [Mt:26:25] Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u
qallu: "Jaqaw jien, Rabbi?" Wieġbu Ġesù: "Int qiegħed
tgħidu."
Il-twaqqif
ta' l-Ewkaristija
(Mk14,22-26 ; Lq 22, 15-20 ; Ġw 6, 51-58 ;
1 Kor 11, 23-25)
[Mt:26:26] Huma u
jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal:
"Ħudu, kulu, dan hu ġismi." [Mt:26:27] Mbagħad ħa l-kalċi
f'idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: "Ixorbu lkoll minnu, [Mt:26:28]
għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra
tad-dnubiet. [Mt:26:29] Ngħidilkom, li ma nerġax nixrob iżjed minn dan
il-frott tad-dielja sa dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta'
Missieri."
It-taħbira
taċ-ċaħda ta' Pietru
(Mk 14, 27-31 ; Lq 22, 31-34 ; Ġw 13,
36-38 ;16, 32)
[Mt:26:30] Kantaw
is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. [Mt:26:31] Mbagħad Ġesù
qalilhom: "Lkoll kemm intom se titħawwdu minħabba fija f'dan il-lejl; għax
hemm miktub, ‘Nidrob ir-ragħaj, u n-nagħaġ tal-merħla jitferrxu.’ [Mt:26:32]
Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom." [Mt:26:33]
Qabeż Pietru u qallu: "Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik, jiena ma
nitħawwad qatt." [Mt:26:34] Qallu Ġesù: "Tassew, ngħidlek, li
dal-lejl, qabel ma jidden is-serduk, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet." [Mt:26:35]
Qallu Pietru: "Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli mmut miegħek!" U
d-dixxipli l-oħra wkoll, kulħadd qal l-istess.
Ġesù
jitlob fil-Ġetsemani
(Mk 14, 32-42 ; Lq 22, 39-46 ; Ġw 18, 1)
[Mt:26:36] Mbagħad
Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f'qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal
lid-dixxipli: "Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob."
[Mt:26:37] U ħa miegħu lil Pietru u
ż-żewġ ulied ta' Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq. [Mt:26:38]
Mbagħad qalilhom: "Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru
miegħi." [Mt:26:39] Mexa kemmxejn 'il quddiem, nxteħet wiċċu fl-art
jitlob u jgħid: "Missier, jekk jista' jkun, biegħed minni dan il-kalċi!
Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int." [Mt:26:40] Ġie ħdejn
id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru: "Mela ma flaħtux tishru
siegħa waħda miegħi? [Mt:26:41] Ishru u itolbu biex ma tidħlux
fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef." [Mt:26:42]
Għat-tieni darba raġa' mar jitlob u qal: "Missieri, jekk dan il-kalċi ma
jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek." [Mt:26:43]
Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas. [Mt:26:44]
Ħalliehom, u raġa' mar jitlob għat-tielet darba, u qal l-istess kliem. [Mt:26:45]
Mbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: "Issa se torqdu u tistrieħu?
Ara, is-siegħa waslet, u Bin il-bniedem se jkun mogħti f'idejn il-midinbin. [Mt:26:46]
Qumu! Ejjew immorru! Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib!"
Ġesù
ttradut u arrestat
(Mk 14, 43-50 ; Lq 22,47-53 ; Ġw 18, 2-11)
[Mt:26:47] Kif kien
għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax, b'ġemgħa kbira ta' nies miegħu,
armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu. [Mt:26:48]
Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom: "Lil dak li
nbus, dak hu: aqbduh." [Mt:26:49] U minnufih resaq fuq Ġesù u
qallu: "Is-sliem għalik, Rabbi!" U biesu. [Mt:26:50] U Ġesù
qallu: "Ħabib, għalhekk ġejt int!" Huma resqu lejh, meddew idejhom
fuq Ġesù u qabduh. [Mt:26:51] Wieħed minn dawk li kienu ma' Ġesù ħareġ
idu u silet is-sejf, darab lill-qaddej tal-qassis
il-kbir u qatagħlu widintu. [Mt:26:52] Mbagħad Ġesù qallu: "Erġa'
daħħal sejfek f'postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered. [Mt:26:53]
Taħseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibgħatli issa stess aktar minn
tnax-il leġjun ta' anġli? [Mt:26:54] Iżda mbagħad kif isseħħ
l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?" [Mt:26:55] Fl-istess
waqt Ġesù qal: "Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten
biex taqbdu lili! Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju ngħallem, u ma
żammejtunix." [Mt:26:56] Iżda dan kollu ġara biex isseħħ il-kitba tal-profeti. Mbagħad id-dixxipli kollha telquh
u ħarbu.
Ġesù
quddiem il-kunsill tas-Sinedriju
(Mk 14, 53-65 ; Lq 22,54-55. 68-71 ; Ġw 18,
13-14. 19-24)
[Mt:26:57] Dawk li
qabdu lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ġa kienu nġabru
l-kittieba u x-xjuħ. [Mt:26:58] Pietru kien baqa' miexi warajh
mill-bogħod sal-palazz tal-qassis il-kbir; daħal ġewwa u qagħad bilqiegħda
mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-biċċa. [Mt:26:59]
Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz kontra Ġesù
bil-ħsieb li jagħtuh il-mewt, [Mt:26:60] iżda għalkemm resqu bosta
xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh. Fl-aħħar resqu tnejn [Mt:26:61] u
qalu: "Dan qal, 'Nista' nħott it-tempju ta' Alla u nerġa' nibnih fi tlitt
ijiem.' " [Mt:26:62] Il-qassis il-kbir qam u qallu: "Xejn ma
twieġeb? X'inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?" [Mt:26:63] Imma Ġesù
baqa' sieket. Mbagħad il-qassis il-kbir qabad u qallu: "Aħlifli fuq Alla
l-ħaj u għidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla." [Mt:26:64] Qallu
Ġesù: "Inti qiegħed tgħidu. U ngħidilkom ukoll: Minn issa ′l quddiem għad
taraw lil Bin il-bniedem bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta’ dak li jista’ kollox u
ġej fuq is-sħab tas-sema.” [Mt:26:65] Mbagħad
il-qassis il-kbir ċarrat ilbiesu u qal: "Din dagħwa! Xi ħtieġa għandna
iżjed ta' xhieda? Ara, smajtuha issa d-dagħwa! [Mt:26:66]
X'jidhrilkom?" Huma weġbuh u qalu: "Ħaqqu l-mewt !" [Mt:26:67]
Mbagħad beżqulu f'wiċċu u tawh bil-ponn,
u xi wħud tawh bil-ħarta [Mt:26:68] u qalulu: "Aqta' min tahielek,
Messija, din id-daqqa!"
Pietru
jiċħad lil Ġesù
(Mk 14,67-72 ; Lq 22, 56-62 ; Ġw 18, 15-18.
25-27)
[Mt:26:69] Intant
Pietru kien hemm barra bilqiegħda, fil-bitħa tal-palazz. U resqet fuqu waħda
qaddejja u qaltlu: "Int ukoll kont ma' Ġesù tal-Galilija." [Mt:26:70]
Imma hu ċaħad quddiem kulħadd u qal: "Anqas naf xi trid tgħid." [Mt:26:71]
Mbagħad warrab lejn il-bieb, lemħitu qaddejja oħra u qalet lil dawk li kienu
hemm: "Dan kien ma' Ġesù ta' Nazaret." [Mt:26:72] U raġa'
ċaħad u ħalef: "Jien ma nafux lil dan
il-bniedem!" [Mt:26:73] Wara ftit dawk l-istess nies resqu
lejn Pietru u qalulu: "Tassew, int ukoll wieħed minnhom, għax għandek
il-kisra ta' kliemek tikxfek." [Mt:26:74] Mbagħad qabad jisħet lilu
nnifsu u jaħlef: "Le, ma nafux lil
dan il-bniedem!" U minnufih is-serduk idden. [Mt:26:75] U Pietru
ftakar fil-kliem ta' Ġesù meta qallu li 'Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa
ċħadtni tliet darbiet.' U ħareġ 'il barra jibki biki ta' qsim il-qalb.
27. Ġesù
quddiem Pilatu
(Mk 15, 1 ; Lq 23, 1-2 ; Ġw 18, 28-32)
[Mt:27:1] L-għada
fil-għodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom biex
lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt. [Mt:27:2] Rabtuh u ħaduh magħhom biex
jagħtuh f'idejn Pilatu, il-gvernatur.
Il-mewt
ta' Ġuda
(Atti 1, 18-20)
[Mt:27:3] Mbagħad
Ġuda, it-traditur, meta ra li Ġesù kien ikkundannat, nidem u mar bit-tletin
biċċa tal-fidda għand il-qassisin il-kbar u x-xjuħ biex jerġa' jagħtihomlhom
lura; [Mt:27:4] u qalilhom: "Dnibt, għax ittradejt demm bla ħtija !"
Iżda huma qalulu: 'Aħna din x'inhi affari tagħna? Dak arah int !" [Mt:27:5]
Hu waddab il-flus fis-santwarju, telaq u mar tgħallaq. [Mt:27:6] Mbagħad
il-qassisin il-kbar ġabru l-flus minn hemm u qalu: "Dawn ma nistgħux
inqegħduhom ma' l-offerti, għax huma prezz tad-demm." [Mt:27:7]
Ftiehmu bejniethom, u b'dawk il-flus xtraw l-Għalqa ta' Ħaddiem il-Fuħħar, biex fiha
jidfnu l-barranin. [Mt:27:8] Kien għalhekk li dik l-għalqa ssemmiet
l-Għalqa tad-Demm, u hekk għadha magħrufa sa llum. [Mt:27:9] Mbagħad
seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija meta qal: 'U ħadu t-tletin
biċċa tal-fidda, il-prezz ta' dak li kien stmat bil-prezz mogħti minn ulied
Iżrael, [Mt:27:10] u tawhom għall-għalqa ta' ħaddiem il-fuħħar, kif
ikkmandani l-Mulej.'
Pilatu
jistaqsi lil Ġesù
(Mk15, 2-15 ; Lq 23, 3-5 ; Ġw 18, 28-38 ;
19, 4-16)
[Mt:27:11] Ġesù
waqaf quddiem il-gvernatur; u dan staqsieh: "Int is-sultan tal-Lhud?" U Ġesù wieġbu:
"Inti qiegħed tgħidu." [Mt:27:12] Iżda meta l-qassisin il-kbar
u x-xjuħ bdew jakkużawh, hu ma wieġeb xejn. [Mt:27:13] Għalhekk Pilatu
qallu: "M'intix tisma' kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek!" [Mt:27:14]
Iżda hu anqas għal akkuża waħda ma wieġeb, hekk li l-gvernatur baqa' mistagħġeb
ħafna.
Ġesù
kkundannat għall-mewt
(Mk 15, 6-15 ; Lq 23, 13-25 ; Ġw 18, 39-19,6)
[Mt:27:15] Nhar ta'
festa l-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil min iridu huma. [Mt:27:16]
Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf, jismu Barabba. [Mt:27:17]
Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: "Lil min triduni nitilqilkom, lil
Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-Messija!" [Mt:27:18] Għax hu
kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù f'idejh. [Mt:27:19]
Issa waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal, martu bagħtet tgħidlu:
"Qis li ma jkollokx x'taqsam ma' dan ir-raġel ġust, għax illum minħabba
fih batejt ħafna fil-ħolm." [Mt:27:20] Iżda l-qassisin il-kbar u
x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu 'l Ġesù. [Mt:27:21]
Il-gvernatur, mela, raġa' staqsiehom: "Lil min triduni nitilqilkom minnhom
it-tnejn?" "Lil Barabba." [Mt:27:22] Qalilhom Pilatu: "U
x'nagħmel b'Ġesù li jgħidulu l-Messija?" Weġbuh ilkoll: "Sallbu!“ [Mt:27:23] Hu
staqsiehom: "Imma x'għamel ħażin?" Huma aktar bdew jgħajjtu u jgħidu:
"Sallbu!" [Mt:27:24] Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien
għal xejn, anzi li aktarx kienet se tinqala' xi rewwixta, qabad, ħasel idejh
fl-ilma quddiem il-poplu u qal: "Jien m'iniex ħati ta' dan id-demm: dan
arawh intom !" [Mt:27:25] U l-poplu kollu qabeż u qal:
"Demmu fuqna u fuq uliedna !" [Mt:27:26] Mbagħad
telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.
Is-suldati
jżebilħu lil Ġesù
(Mk 15, 16-20, Ġw 19, 1-3)
[Mt:27:27] Mbagħad
is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil
sħabhom kollha. [Mt:27:28] Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur;
[Mt:27:29] qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk u qasba f'idu l-leminija,
nxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu:
"Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud!" [Mt:27:30] Beżqu fuqu, u
ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu. [Mt:27:31]
Mbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-mantar u xeddewlu ħwejġu.
Ġesù
msallab
(Mk15,21-32 ; Lq 23, 26-43 ; Ġw 19, 17-24)
U ħaduh magħhom biex isallbuh. Mt:27:32] Huma u
sejrin sabu raġel minn Ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib. [Mt:27:33]
Meta waslu f'post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa, [Mt:27:34]
tawh jixrob inbid b'taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu. [Mt:27:35]
Mbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti, [Mt:27:36]
u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu. [Mt:27:37] U qegħdulu
fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu, li kienet tgħid hekk, 'Dan hu Ġesù,
is-sultan tal-Lhud.' [Mt:27:38] Mbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin,
wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq
ix-xellug. [Mt:27:39] Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajjruh iċaqilqu
rashom [Mt:27:40] u jgħidu: "Int li tħott it-tempju u fi tlitt
ijiem terġa' tibnih, salva lilek innifsek jekk int l-Iben ta' Alla, u inżel
minn fuq is-salib!" Mt:27:41] Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew
jiddieħku bih mal-kittieba u x-xjuħ u jgħidu: [Mt:27:42] "Salva
oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta' Iżrael! Ħa jinżel issa
minn fuq is-salib u nemmnu fih! [Mt:27:43] Hu jafda f'Alla; ħa jeħilsu
issa, jekk iħobbu! Għax hu qal, 'Jiena Bin Alla.' " [Mt:27:44] U
bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li kienu msallbin miegħu.
Il-mewt
ta' Ġesù
(Mk 15,33-41 ; Lq 23, 44-49 ; Ġw 19, 28-30)
[Mt:27:45] Mis-sitt
siegħa 'l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa. [Mt:27:46]
U madwar id-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema
sabaqtani?" Jiġifieri, 'Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?' [Mt:27:47]
Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: "Lil Elija qiegħed
isejjaħ dan!" [Mt:27:48] U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad
sponża mimlija bil-ħall, waħħalha f'tarf ta' qasba u tah jixrob, [Mt:27:49]
waqt li l-oħrajn qalu: "Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah !" [Mt:27:50]
Imma Ġesù reġa' għajjat għajta kbira u radd ruħu.
[Mt:27:51]
U ara, il-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s'isfel; l-art
theżhżet, il-blat inqasam, [Mt:27:52] u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna
iġsma ta' qaddisin li kienu mietu, [Mt:27:53] li ħarġu mill-oqbra u wara l-qawmien tiegħu daħlu
fil-Belt imqaddsa u dehru lil bosta nies. [Mt:27:54] Iċ-ċenturjun u dawk
li kienu miegħu għassa ta' Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu,
mtlew b'biża' li ma bħalu u qalu: "Dan kien tassew Bin Alla!" [Mt:27:55]
Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod, dawk stess li kienu mxew wara
Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien għadu fil-Galilija: [Mt:27:56]
fosthom kien hemm Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied
Żebedew.
Id-difna
ta' Ġesù
(Mk 15, 42-47 ; Lq 23, 50-56 ; Ġw 19, 38-42)
[Mt:27:57] Xħin sar
fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien
sar dixxiplu ta' Ġesù; [Mt:27:58] mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta'
Ġesù. Mbagħad Pilatu ordna li jingħatalu. [Mt:27:59] Ġużeppi ħa l-ġisem
u keffnu f'liżar nadif, [Mt:27:60] qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien
ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq. [Mt:27:61]
Iżda Marija ta' Magdala u Marija l-oħra baqgħu hemm bilqiegħda biswit il-qabar.
L-għassa
mal-qabar
[Mt:27:62] L-għada,
jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija, il-qassisin il-kbar u l-Fariżej inġabru
għand Pilatu [Mt:27:63] u qalulu: "Sinjur, aħna ftakarna li dan
il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal, 'Wara tlitt ijiem inqum.' [Mt:27:64]
Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli
tiegħu jisirquh, u jgħidu lill-poplu, 'Qam mill-imwiet,' u hekk il-qerq
ta' l-aħħar ikun agħar minn ta' l-ewwel." [Mt:27:65] Qalilhom
Pilatu: "Għandkom l-għassa; morru ħarsuh tajjeb kif tafu." [Mt:27:66]
U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa' mħares sewwa, u ħallew
ukoll l-għassa miegħu.
Palm Sunday Yr A - Mt 21:1-11 -- Jesus Comes to Jerusalem as King - Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm - Ħadd il-Palm - Sena A
21. Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm
(Mk 11,1-11 ; Lq 19,28-38 ; Ġw 12,12-16)
[Mt:21:1] Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli [Mt:21:2] u qalilhom: "Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli. [Mt:21:3] Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh, 'Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa' jibgħathom lura.' [Mt:21:4] Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal,
[Mt:21:5] 'Għidu lil bint Sijon:
Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek,
ġwejjed, riekeb fuq ħmara
u fuq felu, ferħ ta' bhima tat-tagħbija.'
[Mt:21:6] Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù; [Mt:21:7] ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom. [Mt:21:8] Għadd kbir ta' nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq. [Mt:21:9] Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajjtu u jgħidu: "Hosanna lil Bin David! Mbierek min ġej f'isem il-Mulej ! Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!" [Mt:21:10] Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet. "Dan min hu?" bdew jgħidu. [Mt:21:11] U l-folol weġbuhom: "Dan hu l-profeta Ġesù minn Nazaret tal-Galilija."
Subscribe to:
Posts (Atom)