blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Palm Sunday Yr A - Mt 21:1-11 -- Jesus Comes to Jerusalem as King - Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm - Ħadd il-Palm - Sena A

Saturday, April 12, 2014

Palm Sunday Yr A - Mt 21:1-11 -- Jesus Comes to Jerusalem as King - Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm - Ħadd il-Palm - Sena A



21. Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm
(Mk 11,1-11 ; Lq 19,28-38 ; Ġw 12,12-16)

[Mt:21:1] Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn  l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli [Mt:21:2] u qalilhom: "Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli. [Mt:21:3] Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh, 'Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa' jibgħathom lura.' [Mt:21:4] Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal,
                     [Mt:21:5] 'Għidu lil bint Sijon:
                     Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek,
                     ġwejjed, riekeb fuq ħmara
                     u fuq felu, ferħ ta' bhima tat-tagħbija.'

[Mt:21:6] Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù; [Mt:21:7] ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom. [Mt:21:8] Għadd kbir ta' nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq. [Mt:21:9] Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajjtu u jgħidu: "Hosanna lil Bin David! Mbierek min ġej f'isem il-Mulej ! Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!" [Mt:21:10] Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet. "Dan min hu?" bdew jgħidu. [Mt:21:11] U l-folol weġbuhom: "Dan hu l-profeta Ġesù minn Nazaret tal-Galilija."