MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Saturday, April 12, 2014
Palm Sunday Yr A - Mt 21:1-11 -- Jesus Comes to Jerusalem as King - Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm - Ħadd il-Palm - Sena A
21. Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm
(Mk 11,1-11 ; Lq 19,28-38 ; Ġw 12,12-16)
[Mt:21:1] Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli [Mt:21:2] u qalilhom: "Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli. [Mt:21:3] Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh, 'Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa' jibgħathom lura.' [Mt:21:4] Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal,
[Mt:21:5] 'Għidu lil bint Sijon:
Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek,
ġwejjed, riekeb fuq ħmara
u fuq felu, ferħ ta' bhima tat-tagħbija.'
[Mt:21:6] Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù; [Mt:21:7] ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom. [Mt:21:8] Għadd kbir ta' nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq. [Mt:21:9] Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajjtu u jgħidu: "Hosanna lil Bin David! Mbierek min ġej f'isem il-Mulej ! Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!" [Mt:21:10] Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet. "Dan min hu?" bdew jgħidu. [Mt:21:11] U l-folol weġbuhom: "Dan hu l-profeta Ġesù minn Nazaret tal-Galilija."
Friday, April 11, 2014
Jn 11:45-56 -- The Plot to Kill Jesus - Ftehim kontra Ġesù
Ftehim kontra Ġesù
(Mt 26, 1-5 ; Mk 14, 1-2 ; Lq 22, 1-2)
[Ġw:11:45] Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. [Ġw:11:46] Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x'kien għamel Ġesù. [Ġw:11:47] Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: "X'sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. [Ġw:11:48] Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna." [Ġw:11:49] Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: "Intom ma tafu xejn. [Ġw:11:50] Anqas ma intom tqisu li jaqblilkom jekk imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu."
[Ġw:11:51] Issa dan ma qalux minn moħħu, imma billi dik is-sena inzerta kien il-qassis il-kbir, huwa kien imnebbaħ u ħabbar li Ġesù kellu jmut għall-ġens tiegħu, [Ġw:11:52] u mhux għall-ġens tiegħu biss, imma wkoll biex jiġbor ġemgħa waħda l-ulied ta' Alla li kienu mxerrdin. [Ġw:11:53] Minn dak in-nhar 'il quddiem bdew jiftiehmu bejniethom biex joqtluh.
[Ġw:11:54] Ġesù ma għaddiex aktar bid-dieher f'nofs il-Lhud, imma telaq minn hemm lejn il-kampanja qrib id-deżert, f'belt jisimha Efrajm, u qagħad hemmhekk mad-dixxipli tiegħu.
[Ġw:11:55] Kien wasal l-Għid tal-Lhud,u ħafna nies mill-kampanja telgħu Ġerusalemm qabel l-Għid għar-riti tal-purifikazzjoni. [Ġw:11:56] Huma fittxew lil Ġesù, u bdew jgħidu bejniethom fit-tempju: "Intom x'taħsbu? Tgħid, jitla' għall-festa?"
L-omelija ta' P. Charlo' Camilleri fil-festa ta' Sant'Agata - 9 ta'Frar
L-omelija ta' P. Charlo' Camilleri O. Carm. fil-festa ta' Sant'Agata vergni u martri, il-Knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat Malta fid-9 ta' Frar 2014
Devotional Memorial, The Blessed Virgin Mary at the Cross of Our Lord - Jn 19:25-27 -- Tifkira - Marija Addolorata ħdejn is-Salib tal-Mulej
FRIDAY, THE FIFTH WEEK IN LENT - IL-ĠIMGĦA TAL-ĦAMES ĠIMGĦA TAR-RANDAN
[Ġw:19:25] Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. [Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek." [Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.
[Ġw:19:25] Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. [Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek." [Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.
.
Subscribe to:
Posts (Atom)