blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Saturday, April 05, 2014

Jn 11:1-45 -- I am the resurrection and the life - Jien hu l-qawmien u l-ħajja --- + Reflection




IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 5 OF LENT

--- The Death of Lazarus ---

Evanġelju   ( jew il-forma l-qasira: Ġw 11, 3-7.17.20-27.33b-45 )

Jien hu l-qawmien u l-ħajja.

Ġw 11, 1-45



Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann



F’dak iż-żmien, [Ġw:11:1] kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, ir-raħal ta' Marija u oħtha Marta. [Ġw:11:2] Marija kienet dik li dilket il-Mulej b'żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b'xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien ħuha. [Ġw:11:3] Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: "Mulej, ara, ħabibek marid." [Ġw:11:4] Meta sama' l-aħbar Ġesù qal: "Din m'hijiex marda  tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta' Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta' Alla."



[Ġw:11:5] Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru. [Ġw:11:6] Meta sama' li dan marad, baqa' jumejn oħra fejn kien, [Ġw:11:7] u mbagħad qal lid-dixxipli: "Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija." [Ġw:11:8] Qalulu d-dixxipli: "Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa' sejjer hemm?" [Ġw:11:9] Weġibhom Ġesù: "M'hux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi binhar, ma jitfixkilx, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta' din id-dinja. [Ġw:11:10] Imma jekk jimxi billejl, jitfixkel, għax ma jkollux dawl." [Ġw:11:11] Qalilhom hekk, u mbagħad issokta jgħidilhom: "Ħabibna Lazzru rieqed; iżda ħa mmur u nqajjmu."



[Ġw:11:12] Qalulu  d-dixxipli: "Mulej, jekk inhu rieqed, jiġifieri se jfiq." [Ġw:11:13] Iżda Ġesù kien tkellem mill-mewt tiegħu, u huma ħaduha li kien qalilhom fuq l-irqad ta' meta wieħed ikun bin-ngħas. [Ġw:11:14] Mbagħad qalilhom ċar u tond: "Lazzru miet. [Ġw:11:15] U jiena nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemm, ħalli temmnu. Iżda ejjew immorru sa ħdejh." [Ġw:11:16] Tumas, mlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: "Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu."



[Ġw:11:17] Meta wasal, Ġesù sab li Lazzru kien ġa ilu erbat ijiem fil-qabar. [Ġw:11:18] Betanja kienet qrib Ġerusalemm, xi ħmistax-il stadju 'l hemm minnha. [Ġw:11:19] Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. [Ġw:11:20] Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. [Ġw:11:21] Marta qalet lil Ġesù: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. [Ġw:11:22] Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek." [Ġw:11:23] Ġesù qalilha: "Ħuk jerġa' jqum!" [Ġw:11:24] Qaltlu Marta: "Jiena naf li jerġa' jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum." [Ġw:11:25] Qalilha Ġesù: "Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix; [Ġw:11:26] u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti dan?" [Ġw:11:27] "Iva, Mulej," weġbitu, "Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta' Alla, dak li ġie fid-dinja."



[Ġw:11:28] Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt l-ilsien qaltilha: "L-Imgħallem hawn, u qiegħed isejjaħlek." [Ġw:11:29] Dik, malli semgħetha, qamet minnufih u marret ħdejh. [Ġw:11:30] Ġesù kien għadu ma daħalx fir-raħal, imma baqa' fejn kienet ġiet tiltaqa' miegħu Marta. [Ġw:11:31] Il-Lhud li kienu d-dar ma' Marija biex ifarrġuha, kif rawha tqum malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajjluha sejra lejn il-qabar biex toqgħod tibki hemm.



[Ġw:11:32] Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu nxteħtet f'riġlejh, tgħidlu: "Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut." [Ġw:11:33] Ġesù, kif ra lilha tibki u l-Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll, ħass ruħu mqanqal u tħawwad ħafna. [Ġw:11:34] "Fejn qegħedtuh?" staqsiehom. Huma weġbuh: "Mulej, ejja u ara." [Ġw:11:35] U Ġesù beka. [Ġw:11:36] Għalhekk il-Lhud qalu: "Ara kemm kien iħobbu!" [Ġw:11:37] Iżda xi wħud minnhom qalu: "Ma setax dan il-bniedem, li fetaħ għajnejn l-agħma, jagħmel ukoll li dan ma jmutx?"



[Ġw:11:38] Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb' oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. [Ġw:11:39] Ġesù qal: "Neħħu l-blata." Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: "Mulej, issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet." [Ġw:11:40] Qalilha Ġesù: "Ma għedtlikx li jekk inti temmen, tara l-glorja ta' Alla?" [Ġw:11:41] Mbagħad neħħew il-blata. Ġesù rafa' għajnejh 'il fuq u qal: "Missier, nroddlok ħajr li smajtni. [Ġw:11:42] Kont naf li inti dejjem tismagħni, imma għedt dan minħabba n-nies li hawn madwari, biex huma jemmnu li inti bgħattni." [Ġw:11:43] Kif qal hekk, għajjat b'leħen għoli: "Lazzru, oħroġ!" [Ġw:11:44] U dak li kien mejjet ħareġ, b'idejh u riġlejh infaxxati u b'maktur ma' wiċċu. Ġesù qalilhom: "Ħollulu l-faxex u ħalluh imur."



[Ġw:11:45] Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih.





Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu




Reflection:
http://www.mycatholic.com/reflections/2014-096.html

"Do you believe?" –John 11:26

In two weeks, everyone in the world who goes to Mass on Easter will be challenged to reject Satan, all his works, and all his empty promises. We reject Satan because we believe in the Father, the Son, and the Holy Spirit. The Holy Spirit guides us to all truth (Jn 16:13), including faith in "the holy catholic Church, the communion of saints, the forgiveness of sins, the resurrection of the body, and life everlasting." The last word in the great renewal of the baptismal promises is "the resurrection of the body and life everlasting."

In two weeks, Jesus is going to say to us as He said to Martha: "I am the Resurrection and the Life" (Jn 11:25). He will ask us: "Do you believe this?" (Jn 11:26) By God's grace, we will be able to answer: "Yes, Lord...I have come to believe that You are the Messiah, the Son of God" (Jn 11:27). If we believe Jesus is the Messiah and the Son of God, we believe He is the Resurrection and the Life, Who will open our graves (Ez 37:12), raise our bodies from the dead, and give us life everlasting.

Fix your eyes on the risen Son (see Heb 12:2). See Jesus dying on the cross, and rising from the dead. Jesus, Who raised Lazarus from the dead, will give us the faith to believe in Him, renew our baptismal promises, and thereby rise from the dead to life everlasting.
PRAYER:               Father, whatever it takes, increase my faith greatly in the next two weeks.
PROMISE:            "If the Spirit of Him Who raised Jesus from the dead dwells in you, then He Who raised Christ from the dead will bring your mortal bodies to life also, through His Spirit dwelling in you." –Rm 8:11
PRAISE:                Praise You Jesus, the crucified Resurrection and the Life! You are "the Author of Life" (Acts 3:15). "All life, all holiness comes from You."






.

Friday, April 04, 2014

GOSPEL - Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ... Il-Missierna Parti 1 & 2 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)


Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ...


- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 1 OF LENT
- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 11 IN ORDINARY TIME

[Mt:6:7] Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. [Mt:6:8] Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x'teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. [Mt:6:9] Mela itolbu hekk:
                            'Missierna, li inti  fis-smewwiet,
                            jitqaddes ismek,
                            [Mt:6:10] tiġi saltnatek,
                            ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
                            [Mt:6:11] Ħobżna ta' kuljum agħtina llum.
                            [Mt:6:12] Aħfrilna dnubietna,
                            bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
                            [Mt:6:13] U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
                            iżda eħlisna mid-deni.'

[Mt:6:14] Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. [Mt:6:15] Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.





******************************


Il-Missierna Parti 1 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)






Il-Missierna Parti 2 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)

















.

Pope\'s Mass: Prophets are always persecuted, at times even the Church

Jn 7:40-53 -- Division Over Who Jesus Is - Il-fehmiet tan-nies fuq Ġesù


SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 4 OF LENT
Evanġelju
Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?
Ġw 7, 40-53


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, [Ġw:7:40] meta xi wħud semgħu kliem  Ġesù, alu: "Tassew dan hu l-Profeta." [Ġw:7:41] Oħrajn qalu: "Dan hu l-Messija." Iżda xi wħud qalu: "Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? [Ġw:7:42] Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta' David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?" [Ġw:7:43] Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih.

[Ġw:7:44] Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu.  [Ġw:7:45] L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: "Dan kif ma ġibtuhx magħkom? [Ġw:7:46] L-għases qalulhom: "Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!" [Ġw:7:47] Qabżu l-Fariżej u qalulhom: "Intom ukoll tqarraqtu? [Ġw:7:48] Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih? [Ġw:7:49] Imma dawn x'qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!"

[Ġw:7:50] Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom: [Ġw:7:51] "Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma' lilu stess ħalli tkun taf x'inhu jagħmel?" [Ġw:7:52] U huma qalulu: "M'intix int ukoll mill-Galilija, hux? Fittex fl-Iskrittura, ħalli tara li ebda profeta ma jqum mill-Galilija!" [Ġw:7:53] U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.




... "No One Ever Spoke the way this man does" ...








During the coronavirus pandamic - March 2020
Homily in Maltese

Ġw 7:40-53 -- OMELIJA - mill-Quddiesa mill-Kurja tal-Arċisqof – 28 ta’ Marzu, 2020, 0930am












.