blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Monday, February 24, 2014

Mk 9:30-37 -- Jesus Predicts His Death a Second Time - It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien



- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 7 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR B, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME


It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien
(Mt 17, 22-23 ; Lq 9, 43-45)


Evanġelju
Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin.
Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu jkun qaddej ta’ kulħadd.
Mk 9, 30-37


Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli [Mk:9:30] għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, [Mk:9:31] għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: "Bin il-bniedem se jingħata f'idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt." [Mk:9:32] Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh.

[Mk:9:33] Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: "X'kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?" [Mk:9:34] Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien  l-akbar. [Mk:9:35] Mbagħad qagħad bilqiegħda, sejjaħ it-Tnax, u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta' kulħadd."

[Mk:9:36] U ressaq lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: [Mk:9:37] "Kull min jilqa' wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' mhux lili, imma lil dak li bagħatni."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



============


Exercising self control to God's glory  



============
The First Should Be Last  









.

Mk 9:14-29 -- Jesus heals a boy possessed by an impure spirit - Ġesu jfejjaq tifel u jeħilsu -- Impatience -- Idle Hands Are The Devil's Open Door!




Ġesù jfejjaq tifel u jeħilsu mix-xitan
(Mt 17 ,14-21 ; Lq9, 37-42)

[Mk:9:14] Meta reġgħu ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b'kotra kbira ta' nies madwarhom, u xi kittieba jitlewwmu magħhom. [Mk:9:15] In-nies, kif rawh, lkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. [Mk:9:16] U hu staqsiehom: "Fuqiex qegħdin titlewwmu magħhom?" [Mk:9:17] U wieħed mill-kotra qallu: "Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem. [Mk:9:18] U kull fejn jaħkmu jsabbtu ma' l-art u hu joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu, jgħażżeż snienu u jibbies. Għedt lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh minnu, u ma kellhomx ħila." [Mk:9:19] "Ja nies bla fidi" qalilhom Ġesù,"kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli quddiemi." [Mk:9:20] U ressquhulu quddiemu. L-ispirtu, malli lemaħ lil Ġesù, beda jħabbtu 'l hawn u 'l hemm bir-ragħwa f'ħalqu. [Mk:9:21] "Xi kemm ilu jagħtih hekk?" staqsa Ġesù lil missieru."Minn ċkunitu," qallu, [Mk:9:22] "u sikwit ġie li tefgħu fin-nar u fl-ilma biex jeqirdu. Imma int, jekk tista' tagħmel xi ħaġa, għinna u ħenn għalina !" [Mk:9:23] "Jekk tista' !" qallu Ġesù. "Kollox jista' jkun għal min jemmen !" [Mk:9:24] Missier it-tifel minnufih beda jgħajjat u jgħidlu: "Jiena nemmen! Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi !" [Mk:9:25] Ġesù, meta ra l-kotra tiżdied, hedded bl-aħrax lill-ispirtu ħażin u qallu: "Ja spirtu mbikkem u trux, jiena nordnalek: oħroġ minnu, u la terġax tidħol fih, qatt iżjed !" [Mk:9:26] U filwaqt li qabad jixher u jħabbtu ħafna, ħareġ minnu, u t-tifel inxteħet għal mejjet, hekk li l-kotra tan-nies bdiet tgħid: "Miet !" [Mk:9:27] Imma Ġesù qabdu minn idu u qajjmu, u hu waqaf fuq saqajh. [Mk:9:28] Meta mbagħad Ġesù raġa' daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh rasu u rashom: "Għaliex ma rnexxilniex inkeċċuh?" [Mk:9:29] "Spirtu bħal dak," qalilhom,"ma jista' jitkeċċa b'xejn ħlief bit-talb."


Impatience  






Idle Hands Are The Devil's Open Door!