blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mk 9:30-37 -- Jesus Predicts His Death a Second Time - It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien

Monday, February 24, 2014

Mk 9:30-37 -- Jesus Predicts His Death a Second Time - It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien



- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 7 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR B, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME


It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien
(Mt 17, 22-23 ; Lq 9, 43-45)


Evanġelju
Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin.
Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu jkun qaddej ta’ kulħadd.
Mk 9, 30-37


Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli [Mk:9:30] għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, [Mk:9:31] għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: "Bin il-bniedem se jingħata f'idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt." [Mk:9:32] Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh.

[Mk:9:33] Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: "X'kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?" [Mk:9:34] Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien  l-akbar. [Mk:9:35] Mbagħad qagħad bilqiegħda, sejjaħ it-Tnax, u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta' kulħadd."

[Mk:9:36] U ressaq lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: [Mk:9:37] "Kull min jilqa' wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' mhux lili, imma lil dak li bagħatni."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



============


Exercising self control to God's glory  



============
The First Should Be Last  









.