blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Wednesday, November 20, 2013

Pope Francis: Let us take care of our elderly

November 21 - The Feast of the Presentation of the Blessed Virgin Mary --- Mary is Greater than the Church --- & --- Mt 12:46-50 - Who IS my Mother ?





O God, Who didst will that on this day
the blessed ever Virgin Mary,
the dwelling-place of the Holy Ghost,
should be presented in the temple:
grant, we beseech Thee,
that through her intercession,
we may be made worthy to be presented in the temple of Thy glory.
Through our Lord Jesus Christ, Thy Son,
Who liveth and reigneth with Thee
in the unity of the Holy Ghost, one God,
world without end.
Amen.




Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija - 21 ta' Novembru








.











Readings:
1st: zec 2:14-17
Resp: luk 1:46-55
Gsp: mat 12:46-50










https://www.youtube.com/watch?v=8uRMadb9khs







NOVEMBER 21 - The Presentation of the Blessed Virgin Mary 
Evanġelju Medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal:"Dawn, araw, huma ommi u ħuti!" 

--- My mother and my brothers are anyone who does the will of my Father in heaven --- 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew 

F'dak iż-żmien, [Mt:12:46] Kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. [Mt:12:47] Xi ħadd qallu: "Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk ."[Mt:12:48] Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: "Min hi ommi? U min huma ħuti?" 

[Mt:12:49] Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: "Dawn, araw, huma ommi u ħuti. [Mt:12:50] Għax kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi." 


Il-Kelma tal-Mulej 
R/. Tifħir lilek Kristu

================


Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 21 ta' Novembru



21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 

Tifkira Obbligatorja

 

Qari I

Żak 2, 14-17

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija

 

ajjat bil-ferħ u nfexx fil-hena, bint Sijon, għaliex arani ġej biex ngħammar f’nofsok din kelma tal-Mulej, u kotra kbira ta’ ġnus jingħaqdu dakinhar mal-Mulej; u huma jkunu l-poplu tiegħi. U jiena ngħammar f’nofsok; imbagħad inti tagħraf li l-Mulej tal-eżerċti bagħatni għandek.

   

U l-Mulej jieħu lil Ġuda bħala sehmu mill-wirt fl-art imqaddsa, u jerġa’ jaħtar ’il Ġerusalemm. Żommu s-skiet quddiem il-Mulej, intom il-ħajjin kollha, għax hu stenbaħ mill-għamara mqaddsa tiegħu!

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Salm Responsorjali

Lq 1:46-55

 

R/. Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja ’l Bin il-Missier etern!

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

Iva, minn issa ’l  quddiem  kull nisel jibda jsejjaħli hienja. R/.

 

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien

fuq dawk li jibżgħu minnu. R/.

 

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,

xerred ’il dawk li huma mkabbra f’qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b’kull ġid ’il min hu bil-ġuħ,

u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn. R/.

 

Ħa ħsieb Israel qaddej tiegħu,

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

bħalma wiegħed ’il missirijietna 

b’risq Abraham u nislu  għal dejjem. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Lq 1: 28

 

R/. Hallelujah.

Hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha. 

R/. Hallelujah.

 

Evanġelju

Mt 12: 46-50

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

 

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.”

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Tifħir lilek Kristu.

 

 

 

 

.

Tuesday, November 19, 2013

The Symphony and the Static



Spirit Juice Studios is proud to present our first video filmed completely on the RED Epic camera. The visual is a collection of images that communicate the very essence of Fr. Pontifex's new album "The Symphony and The Static". The Overture, the title of this track on the album, is the introduction to an album that is full of many different sounds, ideas and thoughts that speak about the tension and drama of human life. We all experience the tension of joy and pain, hope and sadness, and peace and violence.

Sometimes life is harmonious and makes so much sense and other times it seems very chaotic and we struggle to find meaning in our suffering. The symphony is constantly lifting us up but the static tries to pull us down. Fr. Pontifex writes from the unique perspective of a Catholic priest, one who has experienced and walked with people through many different monumental events in life. It truly is a unique album that is worth listening to.
 

Luke 21:5-19 - 33rd Sunday in the Liturgical Year C


Reflections for the XXXIII Sunday, Year C in Ordinary Time

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2019-11/sunday-reflection-vatican-news0.html



 ----------------------------------------------
 
 



IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 33 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Jekk tibqgħu sħaħ sal-aħħar issalvaw ħajjitkom.
Lq 21, 5-19


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:21:5] kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b'ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: [Lq:21:6] "Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx."

[Lq:21:7] U huma staqsewh u qalulu: "Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x'se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?" [Lq:21:8] Qalilhom: "Araw li ma titqarrqux. Għax għad jiġu ħafna f'ismi u jgħidu, 'Jien hu,' u, 'Iż-żmien wasal.' Tmorrux warajhom! [Lq:21:9] Meta tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u taqlib fil-pajjiżi, tinħasdux għax jeħtieġ li l-ewwel jiġri dan, iżda t-tmiem ma jasalx minnufih."

[Lq:21:10] Mbagħad qalilhom: "Għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, [Lq:21:11] l-art titheżheż bil-kbir, f'ħafna bnadi jkun hemm il-ġuħ u mard li jittieħed, u fis-sema jidhru ħwejjeġ tal-biża' u sinjali ta' l-għaġeb.

[Lq:21:12] Imma qabel dan kollu jixħtu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f'idejn il-mexxejja  tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f'ismi. [Lq:21:13] Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. [Lq:21:14] U żommu sewwa f'moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, [Lq:21:15] għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista' jiqaflu jew imerih. [Lq:21:16] U jittradukom saħansitra l-ġenituri tagħkom u ħutkom u qrabatkom u ħbiebkom, u lil xi wħud minnkom joqtluhom, [Lq:21:17] u kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi. [Lq:21:18] Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx. [Lq:21:19] Jekk tibqgħu sħaħ sa l-aħħar issalvaw ħajjitkom!


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




.

<>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <><