blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Luke 21:5-19 - 33rd Sunday in the Liturgical Year C

Tuesday, November 19, 2013

Luke 21:5-19 - 33rd Sunday in the Liturgical Year C


Reflections for the XXXIII Sunday, Year C in Ordinary Time

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2019-11/sunday-reflection-vatican-news0.html



 ----------------------------------------------
 
 



IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 33 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Jekk tibqgħu sħaħ sal-aħħar issalvaw ħajjitkom.
Lq 21, 5-19


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:21:5] kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b'ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: [Lq:21:6] "Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx."

[Lq:21:7] U huma staqsewh u qalulu: "Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x'se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?" [Lq:21:8] Qalilhom: "Araw li ma titqarrqux. Għax għad jiġu ħafna f'ismi u jgħidu, 'Jien hu,' u, 'Iż-żmien wasal.' Tmorrux warajhom! [Lq:21:9] Meta tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u taqlib fil-pajjiżi, tinħasdux għax jeħtieġ li l-ewwel jiġri dan, iżda t-tmiem ma jasalx minnufih."

[Lq:21:10] Mbagħad qalilhom: "Għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, [Lq:21:11] l-art titheżheż bil-kbir, f'ħafna bnadi jkun hemm il-ġuħ u mard li jittieħed, u fis-sema jidhru ħwejjeġ tal-biża' u sinjali ta' l-għaġeb.

[Lq:21:12] Imma qabel dan kollu jixħtu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f'idejn il-mexxejja  tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f'ismi. [Lq:21:13] Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. [Lq:21:14] U żommu sewwa f'moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, [Lq:21:15] għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista' jiqaflu jew imerih. [Lq:21:16] U jittradukom saħansitra l-ġenituri tagħkom u ħutkom u qrabatkom u ħbiebkom, u lil xi wħud minnkom joqtluhom, [Lq:21:17] u kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi. [Lq:21:18] Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx. [Lq:21:19] Jekk tibqgħu sħaħ sa l-aħħar issalvaw ħajjitkom!


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




.

<>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <>< <><