blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Monday, December 24, 2012

Liturġija tas-Siegħat - INNU - 24 ta' Diċ. - Fit-Tifħir ta' Sbieħ il-Jum

Il-profeti, b'leħen għoli,
ħabbru l-miġja tal-Messija
f’din id-dinja, biex jagħtina
grazzja, fidwa u salvazzjoni.

Riesaq issa l-jum mistenni
li l-ferħ tiegħu jimla ‘l qlubna;
nitħejjew għall-bxara t-tajba
tas-sebħ kbir li se jxandrilna.

Għax f’din l-ewwel miġja tiegħu
mhux b’kastig f’idejh ġej Kristu,
Imma biex il-ġrieħi jfejjaq,
ħalli jsalva dak li ntilef.

Iżda wkoll jinħtieġ li nishru,
għax ma jdumx ma jerġa’ jiġi
biex lil ħbiebu jrodd ħlas tajjeb
u jiftħilhom bieb is-saltna.

Għandna b’wegħda d-dawl ta’ dejjem,
li diġa nilmħuh iżernaq;
rajna l-kewkba tfeġġ fil-għoli
biex għas-sema tistedinna.

Kristu, temm ix-xewqa tagħna
li narawk kif int, ta’ Alla;
ħa tkun dehra li titfisser
b’għana ta’ tifħir għal dejjem. Ammen.

Sunday, December 23, 2012

24th Dec -- Lk 1:67-79 -- Zechariah's Song - Il-profezija ta' Żakkarija


http://www.youtube.com/watch?v=TPtUKEMJ2Gg
Il-profezija ta' Żakkarija
[Lq:1:67] U Żakkarija, missieru, mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:
[Lq:1:68] "Mbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
[Lq:1:69] u waqqaf għalina qawwa ta' salvazzjoni
f'dar David qaddej tiegħu,
[Lq:1:70] bħalma wiegħed fl-imgħoddi
b'fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
[Lq:1:71] biex isalvana mill-għedewwa tagħna,
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
[Lq:1:72] B'hekk juri ħniena ma' missirijietna
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
[Lq:1:73] fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna:
li jagħtina l-grazzja
[Lq:1:74] li, wara li jeħlisna minn idejn l-għedewwa tagħna, naqduh bla biża', tul ħajjitna kollha,
[Lq:1:75] bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu ħajjitna kollha.
[Lq:1:76] U int, tfajjel,
tissejjaħ profeta ta' l-aktar Għoli,
għax tmur qabel il-Mulej
biex tħejjilu triqatu
[Lq:1:77] u tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni
Permezz tal-maħfra ta' dnubiethom,
[Lq:1:78] mogħtija mill-qalb ħanina ta' Alla tagħna,
li mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa;
[Lq:1:79] u jdawwal lil min jinsab
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt,
u jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem."

"His appearance beyond human likeness" Isaiah 52:14


Dec 23 - Homily: The First Missionary of Christ, Our Lady










.