MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Friday, December 21, 2012
24th Dec - Midnight - Lk 2:1-14 -- The Birth of Jesus - It-twelid ta' Ġe...
http://www.youtube.com/watch?v=7xGldETBjpA
2. It-twelid ta' Ġesù Kristu
(Mt 1, 18-25)
[Lq:2:1] F'dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. [Lq:2:2] Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. [Lq:2:3] U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. [Lq:2:4] Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta' Nazaret, u tala' l-Lhudija, fil-belt ta' David jisimha Betlehem - għax hu kien mid-dar u l-familja ta' David - [Lq:2:5] biex jinkiteb flimkien ma' Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. [Lq:2:6] Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, [Lq:2:7] u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f'maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.
Ir-rgħajja u l-anġli
[Lq:2:8] F'dawk l-inħawi kien hemm xi rgħajja fir-raba', għassa mal-merħla tagħhom billejl. [Lq:2:9] U dehrilhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom, u qabadhom biża' kbir. [Lq:2:10] Iżda l-anġlu qalilhom: "Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. [Lq:2:11] Illum, fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. [Lq:2:12] U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura." [Lq:2:13] F'daqqa waħda ngħaqdu ma' l-anġlu għadd kbir ta' qtajja' tas-sema, ifaħħru lil Alla u jgħidu:
[Lq:2:14] "Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet,
u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!"
24th Dec -- Lk 1:67-79 -- Zechariah's Song - Il-profezija ta' Żakkarija
http://www.youtube.com/watch?v=TPtUKEMJ2Gg
Il-profezija ta' Żakkarija
[Lq:1:67] U Żakkarija, missieru, mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:
[Lq:1:68] "Mbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
[Lq:1:69] u waqqaf għalina qawwa ta' salvazzjoni
f'dar David qaddej tiegħu,
[Lq:1:70] bħalma wiegħed fl-imgħoddi
b'fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
[Lq:1:71] biex isalvana mill-għedewwa tagħna,
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
[Lq:1:72] B'hekk juri ħniena ma' missirijietna
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
[Lq:1:73] fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna:
li jagħtina l-grazzja
[Lq:1:74] li, wara li jeħlisna minn idejn l-għedewwa tagħna, naqduh bla biża', tul ħajjitna kollha,
[Lq:1:75] bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu ħajjitna kollha.
[Lq:1:76] U int, tfajjel,
tissejjaħ profeta ta' l-aktar Għoli,
għax tmur qabel il-Mulej
biex tħejjilu triqatu
[Lq:1:77] u tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni
Permezz tal-maħfra ta' dnubiethom,
[Lq:1:78] mogħtija mill-qalb ħanina ta' Alla tagħna,
li mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa;
[Lq:1:79] u jdawwal lil min jinsab
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt,
u jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem."
23rd Dec -- Lk 1:57-66 -- The Birth of John the Baptist - It-twelid ta' ...
http://www.youtube.com/watch?v=o017QiGDdO4
It-twelid ta' Ġwanni l-Battista
[Lq:1:57] Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. [Lq:1:58] Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. [Lq:1:59] Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, [Lq:1:60] imma qabżet ommu u qalet: "Le, iżda Ġwanni jkun jismu." [Lq:1:61] Qalulha: "Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!" [Lq:1:62] Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x'ried isemmih, [Lq:1:63] u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: "Ismu huwa Ġwanni." U kulħadd baqa' mistagħġeb. [Lq:1:64] Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, lsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar lil Alla. [Lq:1:65] U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża', u bdew ixandru dawn il-ġrajjiet kollha ma' l-għoljiet kollha tal-Lhudija, [Lq:1:66] u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f'qalbu u jgħid: "Mela x'għad ikun dan it-tifel?" U tassew, id il-Mulej kienet miegħu.
21st Dec -- Lk 1:39-45 -- Mary Visits Elizabeth - Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta
.
http://www.youtube.com/watch?v=2lUGApGRvQ0
Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta
[Lq:1:39] F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. [Lq:1:40] Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. [Lq:1:41] Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; [Lq:1:42] u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! [Lq:1:43] U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? [Lq:1:44] Għax ara, malli smajt f'widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. [Lq:1:45] Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!" .
http://www.youtube.com/watch?v=2lUGApGRvQ0
Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta
[Lq:1:39] F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. [Lq:1:40] Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. [Lq:1:41] Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; [Lq:1:42] u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! [Lq:1:43] U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? [Lq:1:44] Għax ara, malli smajt f'widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. [Lq:1:45] Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!" .
Subscribe to:
Posts (Atom)