blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Thursday, August 23, 2012

Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ --- Homily: God's Wedding Feast


Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ

- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 20 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 28 IN ORDINARY TIME


Evanġelju
Sejħu għall-festa lil kull min issibu.
Mt 22, 1-14


Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F'dak iż-żmien, [Mt:22:1] Ġesù raġa' qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: [Mt:22:2] "Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta' ibnu. [Mt:22:3] U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.

[Mt:22:4] U reġa' bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, 'Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.' [Mt:22:5] Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, [Mt:22:6] u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. [Mt:22:7] Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.

[Mt:22:8] Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu, 'Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta' min jistedinhom għaliha. [Mt:22:9] Mela morru f'salib it-toroq u sejjħu għall-festa lil kull min issibu.' [Mt:22:10] Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u  s-sala mtliet bin-nies għall-mejda.

[Mt:22:11] Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; [Mt:22:12] u qallu, 'Ħabib, dan kif dħalt hawn m'intix liebes għall-festa?' Dak tbikkem. [Mt:22:13] Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu, 'Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!'

[Mt:22:14] Għax ħafna huma l-imsejjħin, imma ftit il-magħżulin!"



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.




Homily - Fr. Ignatius explains the parable of the wedding feast, God's plan to build His church, and the marriage of Christ to His church.
Readings: Thursday in the 20th Week in Ordinary Time
1st: eze 36:23-28 (Year II)
Resp: psa 51:12-13, 14-15, 18-19 (Year II)
Gsp: mat 22:1-14

====================
====================
====================


HE DIDN'T HAVE ANYTHING TO SAY.
SUNDAY, 15 Oct 2023 - Homily of Fr. Michael O'Connor from Mass on October 15, 2023 at Our Lady of the Gulf Catholic Church in Bay St. Louis, MS

Referenced Readings:
Is 25:6-10a
Phil 4:12-14, 19-20
Mt 22:1-14










.
.

Monday, August 20, 2012

Mt 19:16-22 -- The Rich and the Kingdom of God - Iż-żgħażugħ għani


Iż-żgħażugħ għani
(Mk 10, 17-31 ; Lq 18,18-30)
[Mt:19:16] Resaq wieħed fuqu u qallu: "Mgħallem, x'għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?" [Mt:19:17] U Ġesù qallu: "Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti." [Mt:19:18] "Liema?" staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: "La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, [Mt:19:19] weġġaħ lil missierek u 'l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek." [Mt:19:20] Qallu ż-żagħżugħ: "Jiena dan kollu ħaristu; x'jonqosni iżjed?" [Mt:19:21] Wieġbu Ġesù: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja." [Mt:19:22] Iż-żagħżugħ kif sama' dan, telaq b'qalbu sewda, għax kien għani ħafna.

Tuesday, August 14, 2012

AUGUST 14 - St. Maximilian Mary Kolbe, Apostle of Mary - Gospel-- John 15:12-17 - Homily --- San Massimilian Marija Kolbe, Presbiteru u Martri (1894-1941) --- Militia of the Immaculata


or




St. Maximilian Mary Kolbe, Priest, Martyr at Auschwitz







St. Maximilian's Secret: Mary Revealed Each Next Right Step - Aug 14 - Homily - Fr Matthias




==========================================================



Rajmond, kif kien jismu l-qaddis qabel daħal reliġjuż, twieled Zdunska Wola fil-Polonja fl-1894.  Meta kien għadu żagħżugħ daħal mal-Franġiskani Konventwali u ħa l-isem ta’ Fra Massimiljan Marija.  Temm l-istudji tal-filosofija u t-teoloíija f’Ruma, fejn waqqaf il-Milizzja ta’ Marija Immakulata meta kien għadu student fil-kulleġġ internazzjonali ta’ l-Ordni f’Ruma.  Malli ordna saċerdot reġa’ lejn il-Polonja fejn intefa’ b’ħeġġa li ma bħalha fil-ħidma pastorali. Ħajtu tingħel għaliha għall-imħabba ħerqana li kellu lejn l-Immakulata u għall-appostolat Marjan.  Meta mar fil-missjoni tal-Ġappun, San Massimiljan  ħaddem kemm felaħ il-kelma u l-istampa għat-tixrid tal-Fidi Nisranija.  Meta mbagħad reġa’ lejn il-Polonja, huwa kompla l-ħidma Marjana fi Niepokalanow, il-Belt ta’ l-Immakulata, li waqqafha hu stess.  Fi zmien it-tieni gwerra dinjija kien arrestat u meħud fil-kamp ta’ Oswiecim (= Auschwitz).  Hemm, b’għemil għoli ta’ mhabba, offra ħajtu bi bdil ma’ dik ta’ wieħed mill-priġunieri sħabu, missier ta’ familja.  San Massimiljan temm ħajtu fil-bunker tal-mewt lejlet l-Assunta, fl-14 ta’ Awwissu 1941.  Fl-1971 il-Papa Pawlu VI kiteb lil Kolbe mal-Beati, filwaqt li fl-10 ta’ Ottubru 1982 il-Papa  Ġann-Pawl II kitbu mal-qaddisin martri, għad li bħala beatu kien meqjus b’konfessur, u għazlu bħala “patrun ta’ dażmenijiet imqallba.”  San Massimiljan huwa l-ewwel vittma ta’ l-aħħar gwerra li ngħatat il-ġieħ ta’ l-altari u ngħarfet bħala Martri ta’ l-Imħabba mill-Knisja Universali.
http://www.sanfrangisk.com/ - Qaddisin



************

OMELIJA mill-Isqof J. Galea Curmi 
- L-Evanġelju Ġw 15:12-17. San Massimiljanu Marija Kolbe OFM Conv.  (14 ta' Awwissu, 2020)



 ************


Fr. Lucian Krolikowski lived with St. Maximilian at Niepokalanów for 3 years. 
I lived With St. Maximilian Kolbe






Saint Maximilian Maria Kolbe OFM Conv. was a Polish Conventual Franciscan friar who volunteered to die in place of a stranger in the German death camp of Auschwitz, located in German-occupied Poland during World War II

The Story Of Saint Maximilian








TO JESUS THROUGH MARY IN THE SPIRIT OF ST. MAXIMILIAN KOLBE


                                                       
https://militiaoftheimmaculata.com/
                                                       




Militia of the Immaculata



OFFICIAL NAMEMILITIA OF THE IMMACULATA
ACRONYMM.I. (Militia Immaculatae)
ESTABLISHED1917
HISTORYM.I. was founded in Rome at the International College of the Conventual Franciscans - which at that time was the "St Bonaventure" Pontifical Theological Faculty -, by Father Maximilian Kolbe (1894-1941), a Conventual Franciscan and martyr of charity at Auschwitz who was beatified by Paul VI and canonised by John Paul II. Erected as a Pious Union on 2 January 1922 by the Vicariate of Rome through Cardinal Basilio Pompilj, M.I. was given special attention and care by the Popes in the course of its history. In a Brief issued on 18 December 1926, Pius XI granted it indulgences and privileges, and on 23 April 1927 it was elevated to the rank of a Primary Pious Union with the brief Die XVIII mensis Decembris. Under the altius moderamen of the Minister General of the Order of the Conventual Franciscan Friars Minor, and consistent with the Magisterium of the Church, the association grew and spread to different countries. On 16 October 1997 the Pontifical Council for the Laity decreed the Milizia dell’Immacolata to be an international association of the  faithful of Pontifical Right.
IDENTITYFather Kolbe presented M.I. as a "global vision of Catholic life in a new form, consisting of the link with our Lady of the Immaculate Conception, universal mediatrix with Jesus". The association sets out to promote the expansion of the Kingdom of God throughout the world through the work of our Lady of the Immaculate Conception, stimulating all to place themselves at her service in her mission as Mother of the Church. The focus of the spirituality and formation in M.I. is the consecration to Mary, which Father Kolbe intended as "transformation into her": a style of Christian life which achieves the extreme consequences of love. There are three key ideas: Mary Immaculate, love, and the mission, to provide formation which commits Christians to grow in an existential dimension  (the primacy of the vocation to holiness), an ecclesial dimension (love for the Church and bearing witness to the Catholic faith), a missionary vocation (Christian formation of consciences and the new evangelisation), and a cultural dimension (promoting life by serving people in the Franciscan manner of fraternity, joy, simplicity and hospitality). The specific areas of unity of M.I. are catechesis, town and city missions, religious instruction courses, updating, Marian culture, publishing, radio broadcasting and Informatics.
ORGANISATIONBy its nature, M.I. is a unitary association. The organisation comprises the Young Knights, the Youth Movement, and Adults. It is structured into three levels: M.I./1 is the movement, with no strict organisational structure where the members mostly act individually and spontaneously, according to the Founder’s original Project; M.I./2 is the movement broken down into groups, whose members work according to the official programmes of the movement; M.I./3 is the movement at its highest level, at which the Knights choose to fully and unconditionally give themselves to Mary Immaculate, devoted solely to her cause: in the missionary apostolate, in parish service, alone or in active or contemplative life communities, using all legitimate means. This rank is specific to the City of the Immaculate, the Executive Centres, and the Institutes inspired by Fr Kolbe. A significant presence of the association are those who suffer from sickness, poverty, marginalisation and disabilities. They form the M.I. under the Cross. So much suffering, offered as a gesture of consecration to Mary Immaculate enables the whole association to participate in the mystery of Christ’s redemption and renews the missionary effort. Although legally autonomous, at the pastoral level, all the institutes (secular and religious) inspired by Kolbe share the same aims and apostolic commitment: the Franciscan Sisters of the M.I., the Sisters Minor of Mary Immaculata, the Franciscan Sisters of the Militia of the Immaculata, the Franciscan Brothers of the Immaculata, the Missionaries-M.I., the Missionary Sister Crusaders of the Immaculata, the Kolbe Missionary Sisters of the Immaculata, the Kolbe  Teaching Missionaries.
MEMBERSHIPM.I. has over 3 million members in 48 countries as follows: Africa (7), Asia (5), Europe (25), North America (3), Oceania (1), and South America (7).
WORKSM.I. does not have any institutionalised works of its own. When necessary it provides voluntary services to meet specific environmental and social needs. For example, the social recovery of alcoholics and drug-addicts, and assisting AIDS sufferers, providing medical and nursing care in poor districts, humanitarian care for young needy mothers, literacy courses for adults, after-school activities, and parish catechesis. It systematically conducts evangelisation through the Rede Mariana de Rádio e Televisao at Santo André (São Paulo, Brazil), the printing shop and publishing centre Jardim da Imaculada at Cidade Ocidental (Brazil), the Marytown training and dissemination centre at Libertyville, Illinois (USA).
PUBLICATIONSMiles Immaculatae, a six monthly magazine of Marian culture and Kolbian formation. Founded by St Maximilian Kolbe, specifically for priests and pastoral workers, it is now the official organ of the International Centre. There are over 30 periodicals being published to support the apostolate of M.I. in different countries, the majority of which bear the name "Knight of the Immaculata", as an act of homage to the first one founded by Fr Kolbe in Poland (Rycerz  Niepokalanej) and subsequently in Japan (Seibo no Kishi).
WEB SITEhttp://www.mi-international.org
HEADQUARTERSCentro Internazionale Milizia dell’Immacolata
Via San Teodoro, 42/44 - 00186 Roma - Italy
Tel. [+39]066793828 - Fax 0669941017
Email: MIinternational@ofmconv.org
LOGO



Milizzja tal-Immakulata


Att ta' Konsagrazzjoni lil Vergni Marija Immakulata
Verġni bla tebgħa, Omm tiegħi Marija,
jiena nġeddidlek illum u għal dejjem
il-konsagrazzjoni tiegħi nnifsi
sabiex inti tiddisponi minni għal ġid ta' l-erwieħ.
Biss nitolbok, Sultana tiegħi u Omm il-Knisja,
li jien naħdem bil-fedeltà miegħek,
għall-miġja mixtieqa tas-Saltna
ta' Ġesù Kristu fid-dinja.
Noffrilek, għalhekk, O Qalb bla tebgħa ta' Marija,
it-talb, l-għemil u s-sagrifiċċji ta' dan il-jum...

(żid l-intenzjoni tax-xahar - skont is-sena)

O Marija,
imnissla minghajr dnub,
itlob għalina, li niġu għandek
u għal dawk li għandek ma jiġux,
l-aktar għall-għedewwa tal-Knisja Mqaddsa
u għal dawk li huma fdati lilek.




============



Satan's Ultimate Destruction
video from Fr Paul Nicholson 

click on white arrow in the centre for video to start
St. Maximilian Maria Kolbe, OFM CONV - The Founder

While still a student friar, not yet a priest, St. Maximilian Maria Kolbe, OFM CONV., founded the MI on October 16, 1917 in Rome, Italy. The MI today continues to follow the original charter he gave to it then.

The Original Charter of the Militia of the Immaculate

"She shall crush your head" (Gn 3:15). "You alone (Mary) have crushed all heresies in
the whole world" (former Office of the BVM).

"Modern times are dominated by Satan and will be more so in the future. The conflict with hell cannot be engaged by men, even the most clever. The lmmaculata alone has from God the promise of victory over Satan. However, assumed into heaven, the
Mother of God now requires our cooperation. She seeks souls who will consecrate themselves entirely to her, who will become in her hands effective instruments for the defeat of Satan and the spreading of God's kingdom upon earth."


O Mary,
conceived without sin,
pray for us who have recourse to thee
and for all who do not have recourse to you,
especially the enemies of the Church
and those recommended to you.













Jn 15:12-17 -- "New Commandment, love each other"- "Kmandament ġdid, ħobbu lil xulxin"


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:15:12] "Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. [Ġw:15:13] Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. [Ġw:15:14] Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. [Ġw:15:15] Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x'jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. [Ġw:15:16] Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa', ħalli kulma titolbu lill-Missier f'ismi, huwa jagħtihulkom. [Ġw:15:17] Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu




Aug 14 - Homily: St. Maximilian Mary Kolbe, Apostle of Mary  


Homily (18min) On this solemnity of St. Maximilian Mary Kolbe, Martyr of Charity, Apostle of Consecration to Mary, and patron of the Franciscans of the Immaculate and of our difficult century, Fr. Bonaventure preaches on his heroic life, whose zeal was always inspired by and led to incomprehensible heights by the Immaculate Virgin. Ave Maria!
Mass: St. Maximilian Kolbe - Solemnity
Readings:
1st: wis 3:1 9
Resp: psa 116:1017
2nd: 1jo 3:13 18
Gsp: joh 15:12 17


*******

O Immaculate, Queen of heaven and earth, Refuge of sinners and our most loving Mother, to whom God willed to entrust the entire order of mercy, I, an unworthy sinner cast myself at your feet, humbly begging you to be so good as to accept me wholly and completely as your possession and property, and to do with me, with my whole life, death and eternity, whatever pleases you.
If it pleases you, use my whole self without reserve to accomplish what has been said of you: "She will crush your head," (Gen. 3:15), and also: "You alone have destroyed all heresies in the whole world" so that I may become a useful instrument in your immaculate and most merciful hands for promoting and increasing your glory to the maximum in so many strayed and indifferent souls, and thus extend as much as possible the blessed Kingdom of the Most Sacred Heart of Jesus.
For wherever you enter, you obtain the grace of conversion and sanctification, since it is through your hands that all graces comes to us from the Most Sweet Heart of Jesus.Allow me to praise you, O most holy Virgin. Give me strength against your enemies.
                                                         St. Maximilian Kolbe

 *******





14 ta' Awwissu
Festa ta' San Massimiljan Marija Kolbe
Franġiskan Konventwal. (1894-1941)

Artiklu fuq San Massimiljan


L-Ordni Franġiskan, tul l-istorja tiegħu, dejjem ta lill-Knisja għadd kbir ta’ Reliġjużi għas-servizz tagħha. Fost dawn ir-reliġjużi, spikkaw uħud li għexu ħajja mill-aktar qaddisa, tant li l-Knisja ddikjarathom qaddisin. Wieħed minn dawk, li biex ngħidu hekk, għamel isem kbir lill-Ordni tagħna l-Patrijiet Franġiskani Konventwali, kien San Massimiljan Marija Kolbe. Raymond Kolbe (għax hekk kien jismu qabel daħal fl-Ordni) twieled Zduke Wola fil-Polonja fis-7 ta’ Jannar 1894. Huwa kien it-tieni wild minn familja ta’ ħamsa. Iben Julius u Maria mwielda Dabrowska. It-tfulija tiegħu kienet waħda normali, però nafu li l-familja tiegħu ma kinitx sinjura, għalhekk Raymond tgħallem sa minn ċkunitu li jikkuntenta ruħu, b’ dak li Alla jipprovdilu. Għalkemm ta’ tifel li kien, kien xi ftit jew wisq imqareb, sa minn ċkunitu dejjem kellu mħabba partikolari lejn il-Madonna.
Fl-1910 huwa beda n-Novizzjat mal-Franġiskani Konventwali fejn ingħata l-isem ta’ Fra Massimiljan Marija. Sena wara huwa għamel l-ewwel professjoni Religjuża tiegħu. Waqt li kien għadu student tal-Filosofija u t-Teologija f’Ruma fil-Kulleġġ Internazzjonali tal-Ordni, huwa waqqaf il-Milizzja ta’ Marija Immakulata, li għada ħajja sal-lum. Wara li ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’ April 1918 fil-Knisja ta’ Sant’Andrea della Valle f’ Ruma, huwa rritorna lejn il-Polonja fejn intefa’ b’ ruħu u ġismu għall-ħidma pastorali. Nafu li huwa marad serjament bit-tuberkolożi, marda li tant ħabbtitu matul ħajtu. Dan ma qatax qalb il-qaddis tagħna, tant li ħadem kemm felaħ biex ikompli jxerred id-devozzjoni lejn Marija permezz tal-Milizzja tal-Immakulata. Mill-kunvent fejn kien jgħix fi Grondo, li eventwalment sar ukoll stamperija, beda joħroġ ir-rivista “Il-Kavallier tal-Immakulata”. Ħa ħsieb li joħroġ ukoll rivista għat-tfal u din kienet bl-isem ta’ “Il-Kavallier Ċkejken”. Huwa xtaq ukoll li jibni kunvent kif ukoll belt u jiddedikahom lill-Immakulata. Għalhekk il-patrijiet ħallew Grondo u marru qrib Varsavja fejn bdew jibnu l-kunvent fuq xewqa u taħt id-direzzjoni ta’ Patri Massimiljan. Il-Kunvent semmewh Niepokalanov, li jfisser il-belt tal-Immakulata. Nafu li fi ftit snin sar l-akbar kunvent fid-dinja. Fl-1930 Niepokalanov kellha kulleġġ, sptar, stamperija, stazzjon tar-radju, ħanut għall-mastrudaxxi u ħajjata. Il-patrijiet kienu jkunu jafu xi sengħa partikolari diversa biex b’ hekk kienu jkunu ta’ għajnuna għall-poplu ta’ dik il-belt. Il-ħidma tiegħu huwa fetaħha wkoll billi mar il-Ġappun f’ Nagasaki, Malabar fl-Indja u s-Siberja fir-Russja. Nafu li kull fejn kien ma wassalx biss il-messaġġ Nisrani u Franġiskan, imma wkoll xerred kemm felaħ id-devozzjoni lejn il-Madonna. Però fis-sena 1936 minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu huwa kellu jirritorna lejn art twelidu. Fit-tieni gwerra dinjija li faqqgħet fl-1939, l-armata Nazista daħlet ukoll fil-Polonja, fejn il-kunvent ta’ Niepokalanov kien meħud min-Nazisti. Il-patrijiet ittieħdu l-Ġermanja fosthom Massimiljan, iżda nafu li dan inħeles fit-8 ta’ Diċembru tal-istess sena. Lura f’ Niepokalanov huwa bidel il-Kunvent f’ rifuġju għal tant Polakki li wħud minnhom kienu Lhud. Fis-17 ta’ Frar 1941 hu ġie arrestat u ttieħed fil-ħabs ta’ Pawiak f’ Varsavja. Hemm kellu jneħħi t-tonka Franġiskana u jilbes l-uniformi tal-priġunieri. Fit-28 ta’ Mejju tal-istess sena ħaduh fil-kamp tal-konċentrament Auschwitz u tawh in-numru 16670. Nafu li fil-forn ta’ dan il-kamp inħarqu aktar minn ħames miljun ruħ. F’ dan il-kamp Patri Kolbe bata ħafna.
Darba, ħarab wieħed mill-priġunieri li kien hemm fil-kamp. Il-liġi tal-kamp kienet tgħid li bi tpattija, kellhom jinqatlu 10 priġunieri oħra mill-istess kamp bil-ġuħ ‘fiċ-ċella tal-mewt’. Wieħed mill-priġunieri magħżula biex jinqatel bi tpattija għal dik il-ħarba, kien is-surġent Franġisk Gajowniczek. Dan kien miżżewweġ u kellu t-tfal. Dan l-imsejken beda jgħajjat u jibki u jgħid li mhux se jara aktar lil martu u lil uliedu u beda jsellmilhom għall-aħħar darba. Kien f’ dan il-mument li Patri Kolbe mar quddiem il-kmandant u talbu li jieħu post Franġisk Gajowniczek. Dan għamlu għax ma riedx li martu u wliedu jisfgħu iltiema f’ età daqshekk żgħira. Minnufih huwa, flimkien ma’ 9 oħra, ġew imneżżgħin minn ħwejjiġhom u tpoġġew f’ bunker fi Blokk 11 biex imutu bil-ġuħ u bil-għatx. Patri Kolbe biddel iċ-ċella tiegħu f’ Kappella u ta’ kuljum kien jinstema’ ħafna talb u kant. Nafu li wara ġimagħtejn, sitta minn sħabu kienu mietu u tlieta kienu mitlufin minn sensihom. Patri Kolbe biss kien għadu ħaj. Għalhekk temmewlu ħajtu b’ injezzjoni tal-velenu. Kien l-14 ta’ Awwssu 1941 lejlet il-festa tal-Assunzjoni tal-Madonna meta kellu 47 sena. L-aħħar kelmiet li nstema’ jgħid kienu “Ave Maria” Il-Papa Pawlu VI ddikjarah Beatu fis-17 ta’ Ottubru 1971 u l-Papa San Ġwanni Pawlu II ddikjarah Qaddis Martri fl-10 ta’ Ottubru 1982. Id-devozzjoni tiegħu permezz ta’ ħutu l-Patrijiet Maltin malajr inxterdet fi gżiritna wkoll. Insibu li fis-sena 1963 f’ Buġibba ġiet iddedikata għalih il-Knisja l-ġdida li kienet inbniet. Il-Milizzja tal-Immakulata hija ħajja f’ pajjiżna wkoll. Hija għadha xxerred id-devozzjoni lejn Marija Immakulata sal-ġurnata tal-lum.
Jalla San Massimiljan ikompli jqanqal fi qlubna mħabba sinċiera lejn il-Madonna u fuq kollox fuq l-eżempju tiegħu, ħafna jwieġbu għas-sejħa tal-Mulej għall-ħajja Konsagrata lilu.
 
mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 13 ta' Awwissu 2018






.