Do Catholics pray to the dead?
- Bible verses mentioned in video - in the Maltese language.
- Is-Siltiet imsemmija fil-video, mill-Bibbja, bil-Malti:
- APOKALISSI 5:8 -- u kif ħa l-ktieb, marru jinxteħtu quddiem il-Ħaruf l-erba’ Ħlejjaq Ħajjin, u wkoll l-erbgħa u għoxrin Xiħ; kull wieħed minnhom kellu ċetra u xi bwieqi tad-deheb mimlija bl-inċens, li huma t-talb tal-qaddisin
- APOKALISSI 8:3 -- U ġie anġlu ieħor, b’ċensier tad-deheb, u qagħad ħdejn artal; u tawh ħafna inċens biex joffrih mat-talb tal-qaddisin kollha fuq l-artal tad-deheb ta’ quddiem it-tron.
- LUQA 20:37-38 -- 37 U li l-mejtin iqumu, Mosè wkoll urieh, fir-rakkont tax-xitla tal-għollieq, għax lill-Mulej isejjaħlu Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb. 38 Issa hu mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin, għax għalih kulħadd jgħix.”
- DEWTERONOMJU 18:9-14 -- 9 “Meta inti tidħol fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik, titgħallimx timxi fuq id-drawwiet koroh ta’ dawn il-ġnus. 10 Ma għandu jkun hemm ħadd f’nofsok li jgħaddi min-nar lil ibnu jew lil bintu, lanqas min jeħber, min jitkixxef il-ġejjieni, 11 min jagħmel il-magħmul u s-sħarijiet, min isejjaħ l-erwieħ, min jobsor u jistħarreġ il-mejtin. 12 Għax mistkerrah quddiem il-Mulej kull min jagħmel dawn il-ħwejjeġ; u minħabba dawn id-drawwiet koroħ, il-Mulej, Alla tiegħek, se jkeċċihom minn quddiemek. 13 Kun perfett quddiem il-Mulej, Alla tiegħek. 14 Għax dawn il-ġnus li int se tkeċċi ’l barra, jisimgħu minn dawk li jobsru u jeħbru, imma lilek il-Mulej, Alla tiegħek, ma jħallikx tagħmel hekk.
- 1 TIMOTJU 2:1-5 -- 1 Nitolbok l-ewwel nett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd il-ħajr għall-bnedmin kollha; 2 għas-slaten, għal dawk kollha li għandhom xi awtorità, biex inkunu nistgħu ngħaddu ħajja fil-kwiet u fis-sliem, fit-tjieba u kif jixraq. 3 Dan hu tajjeb u jogħġob lil Alla s-Salvatur tagħna, 4 li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità. 5 Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesù
- APOKALISSI 19:10 -- U jiena nżilt f’riġlejh quddiemu u nxtħett nagħtih qima; iżda hu qalli: “Hekk le! Jiena qaddej bħalek u bħal ħutek li għandhom ix-xhieda ta’ Ġesù. Il-qima lil Alla tagħtiha.” Għax ix-xhieda ta’ Ġesù hi l-ispirtu tal-profezija.
- APOKALISSI 22:8-9 -- 8 Kont jiena stess, Ġwanni, li smajt u rajt dawn il-ħwejjeġ kollha. U, wara li smajthom u rajthom, inżilt quddiem l-anġlu li wrihomli biex nagħtih qima f’riġlejh, 9 imma qalli: “Hekk le! Jiena qaddej bħalek u bħal ħutek il-profeti, u bħal dawk li jħarsu l-kelmiet ta’ dan il-ktieb. Il-qima lil Alla agħtiha.”
============
Rumani 8:28 --- Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, ma’ dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu, f’kollox jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom