blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: April 2009

Friday, April 17, 2009

2 Corinthians 4:7-10 & Ephesians 6:11-18

[2 Kor 4:7] Dan it-teżor qiegħed għandna f'ġarar tal-fuħħar, ħalli b'hekk jidher sewwa li l-kobor ta' din il-qawwa ġej minn Alla, u mhux minna.[2 Kor 4:8] Aħna minn kullimkien ninsabu magħfusin, iżda m'aħniex mgħattnin; mħassbin, iżda ma għandniex qalbna maqtugħa;[2 Kor 4:9] ippersegwitati, iżda m'aħniex abbandunati; mixħutin ma' l-art, iżda m'aħniex meqrudin.[2 Kor 4:10] F'ġisimna dejjem inġorru l-mewt ta' Ġesù, biex f'ġisimna tidher ukoll il-ħajja ta' Ġesù.

2 Cor 4:7-10 --- 7 But we have this treasure in jars of clay to show that this all-surpassing power is from God and not from us. 8 We are hard pressed on every side, but not crushed; perplexed, but not in despair; 9 persecuted, but not abandoned; struck down, but not destroyed. 10 We always carry around in our body the death of Jesus, so that the life of Jesus may also be revealed in our body.
======================================================

[Efes 6:11] Ilbsu l-armatura ta' Alla biex tkunu tifilħu tieqfu għat-tnassis tax-Xitan.[Efes 6:12] Għax il-ġlieda tagħna m'hijiex kontra d-demm u l-laħam, imma kontra s-Setgħat, kontra l-Qawwiet, kontra l-Prinċpijiet ta' din id-dinja ta' dlamijiet, kontra l-ispirti ħżiena li jgħammru fil-wisa' tas-smewwiet.[Efes 6:13] Għalhekk ħudu fuqkom l-armatura ta' Alla, ħalli tkunu tistgħu tieqfu fi żmien il-ħażen, u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, żżommu weqfin.[Efes 6:14] Żommu sħiħ, mela, ħażżmu ġenbejkom bil-verità, ilbsu l-kurazza tal-ġustizzja,[Efes 6:15] u xiddu riġlejkom bil-ħeġġa ta' l-Evanġelju tas-sliem;[Efes 6:16] ħudu f'idejkom it-tarka tal-fidi; li biha tistgħu titfu l-vleġeġ kollha tan-nar tal-Ħażin;[Efes 6:17] ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni u aqbdu x-xabla ta' l-Ispirtu li hi l-kelma ta' Alla.[Efes 6:18] Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b'kull xorta ta' talb u f'kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin kollha

Ephesians 6:11-18 --- 11 Put on the full armor of God so that you can take your stand against the devil's schemes. 12 For our struggle is not against flesh and blood, but against the rulers, against the authorities, against the powers of this dark world and against the spiritual forces of evil in the heavenly realms. 13 Therefore put on the full armor of God, so that when the day of evil comes, you may be able to stand your ground, and after you have done everything, to stand. 14 Stand firm then, with the belt of truth buckled around your waist, with the breastplate of righteousness in place, 15 and with your feet fitted with the readiness that comes from the gospel of peace. 16 In addition to all this, take up the shield of faith, with which you can extinguish all the flaming arrows of the evil one. 17 Take the helmet of salvation and the sword of the Spirit, which is the word of God. 18 And pray in the Spirit on all occasions with all kinds of prayers and requests. With this in mind, be alert and always keep on praying for all the saints.


.

Tuesday, April 14, 2009

Quddiem Ġesù Sagramentat --- Riflessjoni dwar l-imħabba perfetta ta' ALLA, għal kulħadd

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 




IVA ĠESÙ huwa ħaj magħna, u jibqa' jiġri warajna sa l-aħħar nifs ta' ħajjitna, għax ma jrid lil ħadd jitlef l-imħabba li għandU għal kull wieħed u waħda minna. X'imħabba ġenwina ! Lil kulħadd l-istess. X'ma tbiddilx ħajtek għaliH !!


Min jista' jibdilni għal aħjar daqs Alla ?


Min jissaportini daqs Alla ?


Min jistennieni daqs Alla ?


Min iħenn għalija daqs Alla ?


Min jagħder in-nuqqas ta' ħila tiegħi, daqs Alla ?


Min jara li hemm potenzjal fija, daqs Alla ?


Min għandu sabar daqs Alla ?


Min jixtieqli l-ġid, daqs Alla ?


Min għandu fiduċja fija daqs Alla ?


Min jafdani daqs Alla ?


Min iżommni f'sensija, nqis l-konsegwenzi t'għemili minn QABEL, daqs Alla ?


Min jgħallimni ngħożż id-dinjità ta' persunti, daqs Alla ?


Min jeħlisni mill-irbit u l-ġenn tal-frugħa, daqs Alla ?


Min jgħallimni nagħraf il-pożittiv f'ħajti, daqs Alla ?


Min japprezzani kif jien, daqs kemm japprezzani Alla ?


Min jagħraf ħsibijieti u l-intenzjonijiet t'għemili, daqs Alla ?


Min jafni iżjed milli naf lili nnifsi jien, daqs kemm jafni Alla ?


Min QATT ma jgħajja jismani ? Int biss O Alla

Min QATT ma jaqta' qalbu minni ? Int biss O Alla

Min QATT ma jgħajjarni bil-fallimenti tiegħi, bid-djufijiet tiegħi, bid-difetti tiegħi ? Int biss O Alla ... u INTI Alla li ħlaqtni biex niġi ngawdiK fil-Ġenna.


Min jipprovdili s-saħħa, l-faraġ, il-kalma, il-wens, il-ħeġġa u rassenjazzjoni ta' kull ma' ngħaddi minnu f'ħajti ... Int biss O Alla.

Min iħobbni daqseK O Alla ?


Min jaħfirli, inaddafni u jinsa l-passat tiegħi, daqseK O Alla ?


Min jgħallimni l-verità u s-sewwa BISS, daqseK O Alla ?


Min jgħallimni naħseb f'ħaddiehor, daqseK O Alla ?


Min jimlini b'kuraġġ ta' sur, daqs kemm timlini INT O Alla ?


Lil min insib biex ifarraġni u jibnini mill-ġdid, fid-diżgrazzji, fit-tentazzjonijiet, fil-qtiegħ il-qalb, fl-iżolament, fil-mard, fid-diżappunti ta' din ħajti, daqs kemm tikkonslani, tfarraġni u tibnini mill-ġdid, fis-sod ... INT O ALLA ?  



Niġi quddiemeK, nħares lejK, anke b'għajnejja magħluqa, lejn ix-xbiegħa tal-Ewkaristija kkonsagrata... u, mingħajr ma niftaħ fommi, tgħattini bil-paċi tal-glorja tiegħeK ! F'dak il-kwiet, mingħajr ma jkun jaf ħadd, Int O Alla tibnili l-ħajti - mterrtqa' bl-anzjetajiet, bil-beżgħat, bix-xogħol, bit-tmaqdir, bin-nuqqas ta' fiduċja fis-setgħa tiegħeK, bil-vojt li nħoss kull tant; bin-nuqqas ta' fiduċja fija nnifsi...X'qawwa toħrog minneK O Ħobz tal-ħajja, x'mirakli tagħmel miegħi, kif tibdilli n-niket f'ferħ, kif ninsa' t-thewdin ta' moħħi hekk kif nkun quddiem il-preżenza umli imma ta' forza immaġinabbli tiegħeK.....iva dan kollu meta nafda' kollox TOTALMENT fiK !

Tkun ħajti, skont ir-rieda mqaddsa tiegħeK O Trinità Ħanina. Ammen.

.

Wednesday, April 01, 2009

Ephesians 4:26 -- Don't Give Away Your Power


“And don’t sin by letting anger control you. Don’t let the sun go down while you are still angry” (Ephesians 4:26, NLT).

Do you realize how much energy it takes to be bitter or hold a grudge? We only have a certain amount of energy for each day. If we use it for the wrong purposes, focused on the negative, dwelling on who hurt us, we’re not going to have the energy we need for the right purposes. We’re not going to make the best decisions. We’re not going to be as creative. We’re not only doing ourselves a disservice, but we’re doing our family and our friends a disservice. Remember, you can’t control what people do or say. You can only control yourself. If you’re allowing others to upset you, then you are giving away your power. The Scripture says, “Don’t let the sun go down on your anger.” The reason many people have no joy or enthusiasm is because they go to bed every night with anger and unforgiveness. When you go to bed like that, with a cluttered mind, focused on the negative, you wake up with the same negative emotions. Don’t let anger and unforgiveness block God’s blessing in your life. Choose to let those things go so you can live in the peace, joy, and power the Lord has for you.

A PRAYER FOR TODAY
Heavenly Father, today I am releasing every negative thing that has happened to me. I’m forgiving every person who has hurt me. I’m forgiving myself for mistakes I’ve made and releasing every disappointment so that I can live in Your peace and victory. In Jesus’ Name. Amen.