blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Quddiem Ġesù Sagramentat --- Riflessjoni dwar l-imħabba perfetta ta' ALLA, għal kulħadd

Tuesday, April 14, 2009

Quddiem Ġesù Sagramentat --- Riflessjoni dwar l-imħabba perfetta ta' ALLA, għal kulħadd

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 




IVA ĠESÙ huwa ħaj magħna, u jibqa' jiġri warajna sa l-aħħar nifs ta' ħajjitna, għax ma jrid lil ħadd jitlef l-imħabba li għandU għal kull wieħed u waħda minna. X'imħabba ġenwina ! Lil kulħadd l-istess. X'ma tbiddilx ħajtek għaliH !!


Min jista' jibdilni għal aħjar daqs Alla ?


Min jissaportini daqs Alla ?


Min jistennieni daqs Alla ?


Min iħenn għalija daqs Alla ?


Min jagħder in-nuqqas ta' ħila tiegħi, daqs Alla ?


Min jara li hemm potenzjal fija, daqs Alla ?


Min għandu sabar daqs Alla ?


Min jixtieqli l-ġid, daqs Alla ?


Min għandu fiduċja fija daqs Alla ?


Min jafdani daqs Alla ?


Min iżommni f'sensija, nqis l-konsegwenzi t'għemili minn QABEL, daqs Alla ?


Min jgħallimni ngħożż id-dinjità ta' persunti, daqs Alla ?


Min jeħlisni mill-irbit u l-ġenn tal-frugħa, daqs Alla ?


Min jgħallimni nagħraf il-pożittiv f'ħajti, daqs Alla ?


Min japprezzani kif jien, daqs kemm japprezzani Alla ?


Min jagħraf ħsibijieti u l-intenzjonijiet t'għemili, daqs Alla ?


Min jafni iżjed milli naf lili nnifsi jien, daqs kemm jafni Alla ?


Min QATT ma jgħajja jismani ? Int biss O Alla

Min QATT ma jaqta' qalbu minni ? Int biss O Alla

Min QATT ma jgħajjarni bil-fallimenti tiegħi, bid-djufijiet tiegħi, bid-difetti tiegħi ? Int biss O Alla ... u INTI Alla li ħlaqtni biex niġi ngawdiK fil-Ġenna.


Min jipprovdili s-saħħa, l-faraġ, il-kalma, il-wens, il-ħeġġa u rassenjazzjoni ta' kull ma' ngħaddi minnu f'ħajti ... Int biss O Alla.

Min iħobbni daqseK O Alla ?


Min jaħfirli, inaddafni u jinsa l-passat tiegħi, daqseK O Alla ?


Min jgħallimni l-verità u s-sewwa BISS, daqseK O Alla ?


Min jgħallimni naħseb f'ħaddiehor, daqseK O Alla ?


Min jimlini b'kuraġġ ta' sur, daqs kemm timlini INT O Alla ?


Lil min insib biex ifarraġni u jibnini mill-ġdid, fid-diżgrazzji, fit-tentazzjonijiet, fil-qtiegħ il-qalb, fl-iżolament, fil-mard, fid-diżappunti ta' din ħajti, daqs kemm tikkonslani, tfarraġni u tibnini mill-ġdid, fis-sod ... INT O ALLA ?  



Niġi quddiemeK, nħares lejK, anke b'għajnejja magħluqa, lejn ix-xbiegħa tal-Ewkaristija kkonsagrata... u, mingħajr ma niftaħ fommi, tgħattini bil-paċi tal-glorja tiegħeK ! F'dak il-kwiet, mingħajr ma jkun jaf ħadd, Int O Alla tibnili l-ħajti - mterrtqa' bl-anzjetajiet, bil-beżgħat, bix-xogħol, bit-tmaqdir, bin-nuqqas ta' fiduċja fis-setgħa tiegħeK, bil-vojt li nħoss kull tant; bin-nuqqas ta' fiduċja fija nnifsi...X'qawwa toħrog minneK O Ħobz tal-ħajja, x'mirakli tagħmel miegħi, kif tibdilli n-niket f'ferħ, kif ninsa' t-thewdin ta' moħħi hekk kif nkun quddiem il-preżenza umli imma ta' forza immaġinabbli tiegħeK.....iva dan kollu meta nafda' kollox TOTALMENT fiK !

Tkun ħajti, skont ir-rieda mqaddsa tiegħeK O Trinità Ħanina. Ammen.

.