blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Thursday, October 06, 2022

QUDDIES - b'tifkira għat-trabi li twieldu kif ukoll li ma tweldux, li qegħdin quddiem Alla, kif ukoll f'moħħna u f'qalbna





Il-fehma tal-Papa għal Novembru 2024 (Għal min tilef lil xi ħadd minn uliedu)





For those who have lost a child – 
The Pope Video11 – November 2024 

The loss of a child may be the worst pain a father and mother can experience. There’s no word that could possibly describe such profound grief. Pope Francis asks us to join him in prayer this month precisely for those parents who have lost a child.

In the Video produced by the Pope’s Worldwide Prayer Network that accompanies his prayer intention, Pope Francis invites us to listen in a particular way to those fathers and mothers who suffer this heartbreaking loss – to listen to them and be near them with love, just like Jesus when he cared for the most vulnerable.

The Pope stresses how important it is that families support each other, with their faith which is a great pillar on which hope can be reborn.

🙏 “Let us pray that all parents who mourn the loss of a son or daughter find support in their community, and may receive peace of heart from the Spirit of Consolation.”

"What can we say to parents who have lost a child? How can we console them?

There are no words.

You see, when one spouse loses the other, they are a widower or a widow. A child who loses a parent is an orphan. There’s a word for that. But when a parent loses a child, there’s no word. The pain is so great, that there’s no word.

And it’s not natural to outlive your child. The pain caused by this loss is especially intense.

Words of encouragement are at times banal or sentimental, they’re not helpful. Spoken with the best intention, of course, they can end up aggravating the wound.

To offer comfort to these parents who have lost a child, we need to listen to them, to be close to them with love, to care responsibly for the pain they feel, imitating how Jesus Christ consoled those who were afflicted.

And those parents who are sustained by their faith can certainly find comfort in other families who, by suffering such a terrible tragedy as this, have been reborn in hope.

Let us pray that all parents who mourn the loss of a son or daughter find support in their community, and may receive peace of heart from the Spirit of Consolation."




Pope visits graves of children and the unborn




&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&



Qari tat-2 ta’ Ottobru – Tifkira tal-Anġli Kustodji Mqaddsa

QARI I
L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek.
Eżodu 23: 20-23a

Qari mill-Ktieb tal-Eżodu

Dan jgħid il-Mulej: “Arani, sa nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek fit-triq u jwasslek fil-post li jien ħejjejt. Qis li tagħtih wiċċ u tisma’ kliemu, la tmerihx, għax ma jaħfrilkomx dnubietkom, għax hu jkellimkom f’ismi. Jekk tisma’ sewwa minn kliemu u tagħmel kulma ngħidlek, jien inkun il-għadu tal-għedewwa tiegħek u neħodha ma’ min jeħodha miegħek. L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek u jwassalek għand l-Amurrin u l-Ħittin u l-Feriżżin u l-Kangħanin u l-Ħiwwin u l-Ġebusin, u jien neqridhom.”

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI
Salm 90

R/. L-anġli tiegħu jibgħatlek, biex iħarsuk!

Min jgħix għall-kenn tal-Għoli
min jgħammar għad-dell ta’ Dak li jista’ kollox,
hu jgħid lill-Mulej;
“Kenn tiegħi u qawwa tiegħi int,
Alla tiegħi, li fih nittama.” R/.

Għax hu jeħilsek mix-xibka tan-nassab,
u mill-mard tal-mewt.
Bir-rix tiegħu jgħattik,
u taħt ġwenħajh tistkenn. R/.

Ma tibżax mill-biża’ tal-lejl,
anqas minn vleġġa li tittajjar binhar,
minn pesta li tixtered fid-dlam,
jew minn marda li ġġib ħerba f’nofsinhar. R/.

Ebda deni ma jiġrilek,
ebda ħarsa ma tersaq lejn darek.
Għax l-anġli tiegħu jibgħatlek,
biex iħarsuk fi triqatek kollha. R/.

AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU
Salm 102: 21

R/. Hallelujah.
Bierku l-Mulej, eżerċti tiegħu kollha, qaddejja tiegħu,
li tagħmlu r-rieda tiegħu.
R/. Hallelujah.

EVANĠELJU
L-anġli tagħhom fis-sema dejjem jaraw wiċċ il-Missier.
Mt 18: 1-5.10

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.

U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, jkun jilqa’ lili. Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar: għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.”

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.

https://laikosblog.org/2023/09/04/qq_021024/


***********************************
***********************************
***********************************


2 t'Ottubru 2024 - Tifkira tal-Anġli Kustodji Mqaddsa,
QUDDIESA għat-trabi, dawk li twieldu, kif ukoll dawk li ma tweldux li qegħdin quddiem Alla, kif ukoll f'moħħna u f'qalbna



OMELIJA fit-Tifkira tal-Anġli Kustodji Mqaddsa - 02.10.2024



***********************************


QUDDIESA mill-Isqof Anton Teuma b'tifkira tat-trabi li ma tweldux - 03.10.2022

It-tbatija marbuta mat-telfa ta’ ħajja, speċjalment ta’ wild fil-ġuf, twassal lill-ġenituri biex jistaqsu lil Alla: “Imma int fejn int?” Imma l-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb tfakkarna li Ġesù hu dak li, bħal dak li niżel minn fuq il-bhima jdewwi l-ġrieħi tal-midrub, niżel mis-Sema biex iċċappas bit-tbatija umana.

Dan qalu l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma meta nhar it-Tnejn iċċelebra quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu li għaliha attendew ġenituri li tilfu t-tarbija tagħhom qabel twieldet. Iċ-ċelebrazzjoni ġiet organizzata għad-Djoċesi ta’ Għawdex mill-Komunità Anawim u Dar Ġużeppa Debono.

“M’hemmx tbatija akbar mit-telfa ta’ iben jew ta’ bint”, sostna l-Isqof, imma kompla jgħid li l-illużjoni li fil-ħajja mhux sa jkollna tbatija iktar iġġagħalna nbatu, u allura l-ewwel pass lejn il-fejqan hu l-aċċettazzjoni tar-realtà, iebsa kemm tkun iebsa.

Lanqas irridu nfittxu f’Ġesù xi ħadd li ħa jeħlisna mit-tbatija, qal l-Isqof, għax Alla “fil-pjan tiegħu għamel li t-tbatija tagħmel parti mill-ħajja tal-bniedem sakemm il-bniedem jasal biex jiltaqa’ miegħu fil-glorja”.

Dwar dak li jkun għaddej mill-qalb ta’ dawk li jsofru telfa kbira, l-Isqof semma żewġ emozzjonijiet qawwijin: is-sens ta’ ħtija u r-rabja. Is-sens ta’ ħtija ħafna drabi jkisser iżjed lill-persuna, ħaġa li “Alla ma jridx”, anzi “kontinwament jgħidilna: ‘Le, inti maħbub. Inti għandek valur, għandek dinjità’”. Hekk dan jista’ jkun “il-bidu ta’ xi ħaġa aktar sabiħa”.

Faċli wkoll li min iġarrab telfa jħoss vojt hekk kbir li jinbidel f’rabja, qal l-Isqof, u din tista’ tkun għalina nfusna jew għall-oħrajn. Imma anki din “ma twassal imkien”.

Sadattant, kompla l-Isqof ta’ Għawdex, “Alla ma jiħux għalih meta nirrabjaw għalih, anzi xi darba jkun hemm bżonn li nesprimu r-rabja tagħna miegħu”. Dan huwa xebbhu ma’ meta “t-tifel jew tifla tiegħek, jew ħuk jew oħtok, għax għandhom kunfidenza miegħek, jaffordjaw li jirrabjaw għalik għax jafu li mhux ser jitilfuk, jafu li inti ser tibqa’ tħobbhom anki jekk tirrabja għalihom”. L-importanti, qal, hu li fl-aħħar mill-aħħar nibqgħu f’komunikazzjoni ma’ Alla.

Hemm mod kif nistgħu naffrontaw it-tbatijiet tagħna, ikkonkluda l-Isqof Teuma, u dan hu li “naċċettaw li t-tbatija tagħmel parti mill-ħajja tagħna”. It-telfa se tibqa’, qal, imma “allaħares tibqa’ l-iktar ħaġa ċentrali ta’ ħajjitna” għax “inkunu qegħdin nikkastigaw lilna nfusna”.

Kien hawn li l-Isqof ħeġġeġ lil koppji li għaddew minn telfiet bħal dawn biex jieħdu ħsieb ta’ xulxin u tar-relazzjoni tagħhom, li kapaċi tkun f’riskju minħabba t-tbatija li jkunu għaddejjin minnha. Fetħilhom għajnejhom li jista’ “jdeffes denbu x-xitan bejn il-koppja”, għax jista’ jiġri li “wieħed jibda jwaħħal fl-ieħor jew wieħed ma jibqax jiflaħ għat-tgergir, għall-ilmenti, għall-biki tal-persuna l-oħra”.

L-Isqof temm billi qal li għajnuna kbira li tista’ tkun “soluzzjoni ta’ ħajja” hi li l-koppja tibqa’ f’mixja ta’ formazzjoni. Irrefera għall-Ittra Pastorali li bagħat ftit jiem qabel fejn ħeġġeġ mill-ġdid għall-importanza tal-Kelma ta’ Alla li tħabbar li hu “mhux ’il bogħod mis-salib tagħna, mill-problemi tagħna”.

“Naf li mhux dejjem tfarraġna, imma anki Alla tilef lil Ibnu għalina!”, għalaq l-Isqof ta’ Għawdex.


---  “M’hemmx tbatija akbar mit-telfa tal-ulied” – L-Isqof Teuma  - Newsbook

---   Ma neħlux fit-telfa – Laikos (laikosblog.org)


**********************************************



Quddiesa tal-Vġili tas-27 Ħadd ta' Matul is-Sena b'tifkira tat-trabi li ma tweldux - 02.10.2021


*************************************


Quddiesa mill-Isqof Anton Teuma b'tifkira tat-Trabi li ma tweldux, organizzata minn Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim - 29/09/2020

It-Tlieta, 29 ta’ Settembru 2020: Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma fil-Quddiesa b’tifkira tat-trabi li ma tweldux, organizzata minn Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawin fil-Festa tal-Arkanġli Mqaddsa fis-Santwarju Ta’ Pinu, l-Għarb.











.

Sunday, September 25, 2022

Is-Sibt, 18 ta' Ġunju 2022 - Simposju Internazzjonali Marjoloġiku–Marjan --- L’aspetto biblico e teologico della frase: “Il discepolo la prese in casa sua” (Gv 19:27) --- Convegno Internazionale Mariologico–Mariano

 

Simposju Internazzjonali Marjoloġiku–Marjan 2022

https://www.youtube.com/playlist?list=PLJsSpKY689vllNijCqNhAsYMPN0D-_qa2



******************************

































******************************


1



L’aspetto biblico e teologico della frase: 
“Il discepolo la prese in casa sua” (Gv 19:27)

Saturday, August 27, 2022

Press Conference: the second phase of the synodal process , 26 August 2022

Press Conference: the second phase of the synodal process , 26 August 2022
The Continental Phase of the Synod on Synodality, on the theme: “For a synodal Church: communion, participation and mission”


Synod 2023: The challenge of a "listening church"



27 Aug 2022 - A Catholic cardinal tells journalists that only the Holy Spirit will be hijacking the Church's Synod on Synodality. The comments came during a press conference at the Holy See's press office today. This was just one of the comments making headlines, especially surrounding the German Synodal Way. Cardinal Mario Grech used clear words distancing, the so-called Synod on Synodality from the German Synodal Path, but activists and bishops have called for a change of Church teachings around controversial topics such as same sex marriage or ordination of women to the priesthood. Pope Francis started the process of soliciting feedback and opinions from the faithful around the globe only last year. So far, the Secretariat for the Senate has received more than 100 reports from Bishops' conferences across the globe.

Holy See Distances Synod on Synodality From German Synodal Way | EWTN News Nightly

 





27 ta' Awwissu 2022 8:47 PM







27 Aug 2022 Pope Francis and the new cardinals just visited Benedict XVI. This beautiful meeting took place right after the consistory on August 27th, 2022. Let's keep praying for their intentions and health




.

Monday, August 08, 2022