blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Monday, February 03, 2014

Jews for Jesus presents Flowers of the Son




JESUS CAME, NOT ONLY FROM THE JEWSIH PEOPLE, HE CAME FOR THE JEWISH PEOPLE ! FLOWERS OF THE SON


- MOVIE DOCUMENTARY (2010)
http://www.imdb.com/title/tt1796486/?ref_=fn_al_tt_1

Mk 5:21-43 Jesus raises a dead girl & heals a sick woman - Ġesù jfejjaq mara u jqajjem tifla... --- This Gutsy Israelite Woman is Honoured In Every Catholic Church! - ST VERONICA






Ġesù jfejjaq mara u jqajjem tifla mill-mewt
(Mt 9, 18-26 ; Lq 8, 40-56)

[Mk:5:21] Wara li Ġesù raġa' qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta' nies. [Mk:5:22] U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, nxteħet f'riġlejh, [Mk:5:23] u talbu ħafna u qallu: "Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix." [Mk:5:24] U Ġesù telaq miegħu, b'kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu.
 [Mk:5:25]  U kien hemm mara li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm. [Mk:5:26] Kienet batiet wisq taħt ħafna tobba, u nefqet kull ma kellha, u mhux biss ma swielha xejn, imma talli marret għall-agħar. [Mk:5:27] Meta semgħet b'Ġesù, ġiet qalb il-folla, resqet minn warajh u messitlu l-mantar, [Mk:5:28] għax qalet: "Jekk immiss imqar il-mantar tiegħu nkun imfejjqa." [Mk:5:29] F'daqqa waħda t-tnixxija tad-demm waqfitilha, u ġewwa fiha ħasset li kienet fieqet mill-marda tagħha. [Mk:5:30] Ġesù minnufih intebaħ bil-qawwa li ħarġet minnu, u dar lejn il-kotra u staqsa: "Min messli l-mantar?" [Mk:5:31] Id-dixxipli tiegħu qalulu: "Qiegħed tara dawn in-nies kollha jrossu madwarek, u tistaqsi: Min messni?" [Mk:5:32] Hu beda jħares madwaru biex jara jilmaħx lil dik li kienet għamlet dan. [Mk:5:33] Mbagħad il-mara, tirtogħod bil-biża' għax għarfet x'kien ġralha, resqet, nxteħtet f'riġlejh u stqarritlu s-sewwa kollu. [Mk:5:34] "Binti," qalilha,"il-fidi tiegħek fejjqitek; mur bis-sliem, u kun imfejjqa mill-marda tiegħek."
 Mk:5:35] Kif kien għadu jitkellem, waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u lil dan qalulu: "Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed l-Imgħallem?" [Mk:5:36] Iżda Ġesù sama' x'kienu qegħdin jgħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: "Tibżax, biss inti emmen." [Mk:5:37] U ma ħalla lil ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, lil Ġakbu, u lil Ġwanni, ħu Ġakbu. [Mk:5:38] Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. [Mk:5:39] Daħal, u qalilhom: "Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla m'hijiex mejta, imma rieqda." [Mk:5:40] U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċiehom ilkoll 'il barra, ħa miegħu lil missier it-tfajla u lil ommha u lil dawk li kienu miegħu u daħal fejn kienet it-tfajla. [Mk:5:41] Qabdilha idha, u qalilha: "Talitha, qum!" jiġifieri: "Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!" [Mk:5:42] Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi; għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb. [Mk:5:43] U hu wissiehom bis-sħiħ biex dan ma jkun jaf bih ħadd, u qalilhom jagħtuha tiekol.


This Gutsy Israelite Woman is Honoured In Every Catholic Church! - ST VERONICA







.

Pope to Neocatechumenate: Be messengers of infinite goodness and inexhaustible mercy