blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Thursday, August 08, 2013

Pope's message to missionaries: preaching the Gospels' truth, not an assault on freedom !


19th Sunday OT -- Lk 12:32-48 -- Watchfulness - Teżori fis-sema -- 19 - il Hadd ta' matul is-sena



Those who are brought up in a bad environment and do wrong, will have to pay less than those who are taught what is right and wrong and still choose to do wrong. The more we know about The Truth, the more responsibility we bear for our bad thoughts, words and actions.
                                           ><> ><> ><>
Luqa 12:32-48

Teżori fis-sema
(Mt 6, 19-20)

[Lq:12:32] "Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! [Lq:12:33] Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes  fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tħassar. [Lq:12:34] Għax fejn hemm it-teżor tagħkom, hemm tinsab qalbkom ukoll."
Il-qaddejja li jishru
[Lq:12:35] "Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; [Lq:12:36] kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih. [Lq:12:37] Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom. [Lq:12:38] U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma! [Lq:12:39] Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta' daru. [Lq:12:40] Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem."
Il-qaddej il-fidil u l-qaddej il-ħażin
(Mt 24, 45-51)

[Lq:12:41] "Mulej," qallu Pietru, "din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?" [Lq:12:42] Wieġbu l-Mulej: "Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? Min hu dak li s-sid iqiegħdu fuq in-nies tad-dar biex jagħtihom sehemhom f'ħin l-ikel? [Lq:12:43] Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jagħmel dan. [Lq:12:44] Ngħidilkom is-sewwa, li jafdalu ġidu kollu f'idejh. [Lq:12:45] Imma nagħmlu mod li dak il-qaddej jibda jgħid f'qalbu, 'Sidi jiddawwar ma jiġi,' u jaqbad isawwat lill-qaddejja kollha, rġiel u nisa, u jiekol u jagħtiha għax-xorb u s-sokor; [Lq:12:46] sid dak  il-qaddej jasal f'jum meta ma jkunx jistennieh, f'siegħa li fiha jieħdu għal għarrieda, u jagħmlu bċejjeċ u jagħtih dak li ħaqqhom in-nies li m'humiex fidili. [Lq:12:47] U dak il-qaddej li jkun jaf xi jrid sidu, u madankollu ma jħejjix jew ma jagħmilx li jrid sidu, swat kbir jaqla'. [Lq:12:48] Min imbagħad, bla ma jkun jaf xi jrid sidu, jagħmel xi ħaġa li jkun ħaqqha s-swat, dan ftit jissawwat. Għax lil min tawh ħafna, ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu; u min ħallewlu ħafna f'idejh, iżjed jippretendu mingħandu.





.

Monday, August 05, 2013

Lk 13:10-17 -- Jesus Heals a Crippled Woman on the Sabbath - Il-mara mifluġa mfejjqa f'jum is-Sibt


Il-mara mifluġa mfejjqa f'jum is-Sibt
[Lq:13:10] Darba s-Sibt kien qiegħed jgħallem f'waħda mis-sinagogi. [Lq:13:11] U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista' tieqaf dritta għalkollox. [Lq:13:12] Kif raha Ġesù sejjħilha u qalilha: "Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek." [Lq:13:13] U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla. [Lq:13:14] Qabeż il-kap tas-sinagoga, b'saħna fuqu għax Ġesù fejjaq f'jum is-Sibt, u qal lin-nies: "Hemm sitt ijiem li fihom wieħed għandu jaħdem; mela fihom ejjew biex titfejjqu, u mhux is-Sibt !" [Lq:13:15] "Uċuħ b'oħra !" wieġbu l-Mulej, "Mhux kull wieħed minnkom f'jum is-Sibt iħoll il-barri jew il-ħmar tiegħu  mill-maxtura u jieħdu biex jisqih? [Lq:13:16] U mela għax illum is-Sibt, din il-mara, bint Abraham, ma kellhiex tinħall mill-irbit li fih ix-Xitan ilu jżommha għal tmintax-il sena sħaħ?" [Lq:13:17] Kif qal hekk, kull min kien kontra tiegħu regħex bil-mistħija; iżda n-nies ilkoll ferħu għal dawk l-għeġubijiet kollha li kien qiegħed jagħmel.

Alexander Tsiaras: Conception to birth -- visualized