blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: July 2023

Tuesday, July 04, 2023

JULY 2 - Festa titulari tal-Viżitazzjoni, l-Għarb, Għawdex. Omelija mill-Isqof Anton Teuma 2 ta' Lulju, 2023

“Il-Festa tal-lum trid turina kemm għandna bżonn tassew il-preżenza ta’ Ġesù “fin-nofs” tar-relazzjonijiet ta’ bejnietna! Jekk aħna nsibuha bi tqila biex nimxu flimkien fl-istess Knisja u familja tagħna, kemm aktar se nsibuha bi tqila biex nagħmlu hekk ma’ min hu differenti minna. Għalhekk għandna bżonn li Ġesù jkun preżenti kif kien fil-ġuf ta’ Marija meta marret tiltaqa’ ma’ Eliżabetta.”

  ====================

L-Evanġelju
Lq 1:39-56 

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa 

[Lq:1:39] F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. [Lq:1:40] Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. [Lq:1:41] Malli Eliżabetta semgħet 'il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; [Lq:1:42] u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! [Lq:1:43] U minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi? [Lq:1:44] Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija qabżet u tqanqlet bil-ferħ fi ħdani. [Lq:1:45] Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma ntqalilha min-naha tal-Mulej". [Lq:1:46] Imbagħad qalet Marija: "Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, [Lq:1:47] u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi, [Lq:1:48] għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja, [Lq:1:49] għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. [Lq:1:50] Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. [Lq:1:51] Hu wera l-qawwa ta' driegħu, xerred 'il dawk li huma mkabbra f'qalbhom. [Lq:1:52] Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. [Lq:1:53] Mela b'kull ġid 'il min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn. [Lq:1:54] Ħa ħsieb Israel qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu, [Lq:1:55] bħalma wiegħed 'il missirijietna - b'riżq Abraham u nislu għal dejjem". [Lq:1:56] Marija baqgħet ma' Eliżabetta għal xi tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha. 

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.



L-omelija sħiħa tal-Isqof Anton Teuma fil-Festa titulari tal-Viżitazzjoni, l-Għarb, ilbieraħ il-Ħadd 2 ta' Lulju 2023


https://www.facebook.com/gozodiocese/videos/291209886709934





.