Mt 20:28 -- AMAZING LOVE -- Bebo Norman - with Lyrics
or --- https://youtu.be/D_o7pf73bdA ---
>>> minn Mattew 20:25-28
25 Imma Ġesù sejħilhom u qalilhom: “Tafu intom, fost il-pagani l-kapijiet qegħdin biex jikkmandawhom, u l-kbarat biex iħaddmu fuqhom is-setgħa.
26 Fostkom ma għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom,
27 u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom.
28 Hekk ukoll Bin il-bniedem, ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.”
My Lord, what love is this (amazing love) with lyrics.
--- https://youtu.be/RVgmdzQCl6U ---
FIL-KTIEB IKTUS 453. Mulej x’imħabba hi din (Amazing love)
MULEJ, X'IMHABBA HI DIN
Mulej, xi mħabba hi din, x’ħallast għalija
Li kont f’tal-ħtija l-mewt sibt l-għajxien.
Rit:
Xi mħabba hi din, x’sagrifiċċju
Bin Alla stess għalija jmut
Ħallasli d-dejn b’mewtu fuq salib
Biex fih sibt l-għajxien,
Biex fih sibt l-għajxien.
Għall-mewt hu kien meħud
Mistmerr u mwarrab
Id-demm li xerred hu
Biex ngħix jien. Rit:
L-imħabba ta’ Ġesù
Bħal xmara tfawwar
Taħsilni mill-ħtijiet ngħix mill-ġdid. Rit: