blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: July 2011

Saturday, July 09, 2011

Kantiku ta' Marija - Canticle of Mary --- Luke 1:46-55 --- Magnificat anima mea Dominum --- My soul magnifies the Lord --- Ruħi Tfaħħar il-Kobor tal-Mulej --- Magnificat, Ta' Pinu

Luke 1:39-56 -- Mary Visits Elizabeth - Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta 


Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta

[Lq:1:39] F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. [Lq:1:40] Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. [Lq:1:41] Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; [Lq:1:42] u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! [Lq:1:43] U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? [Lq:1:44] Għax ara, malli smajt f'widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. [Lq:1:45] Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!"

Innu ta' tifħir lil Alla minn Marija

[Lq:1:46] Mbagħad qalet Marija: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,  
[Lq:1:47] u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi, 
[Lq:1:48] għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, 
[Lq:1:49] għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; 
qaddis hu l-isem tiegħu.
[Lq:1:50] Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.
[Lq:1:51] Hu wera l-qawwa ta' driegħu, 
xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom. 
[Lq:1:52] Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, 
u għolla ċ-ċkejknin. 
[Lq:1:53] Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ, 
u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn. 
[Lq:1:54] Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu, 
għax ftakar fil-ħniena tiegħu, 
[Lq:1:55] bħalma wiegħed lil missirijietna, 
b'riżq Abraham u nislu għal dejjem."

[Lq:1:56] Marija baqgħet ma' Eliżabetta għal tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha.







><>   ><>   ><>











><>   ><>   ><>
 
JESUS LIVING IN MARY: HANDBOOK OF THE SPIRITUALITY OF ST. LOUIS DE MONTFORT - MAGNIFICAT        
http://www.ewtn.com/library/Montfort/Handbook/Magnifi.htm
><>   ><>   ><>
 
https://www.ewtn.com/Devotionals/prayers/magnificat.htm
Luke 1:46-55 - Magnificat - Latin & English 
 
Magnificat anima mea Dominum;
My soul proclaims the greatness of the Lord,
Et exultavit spiritus meus: in Deo salutari meo,
my spirit rejoices in God my Saviour
Quia respexit humilitatem ancíllae suae;
for he has looked with favor on his lowly servant.
Ecce enim ex hoc beatam me dicent omnes generationes.
From this day all generations will call me blessed:
Quia fecit mihi magna qui potens est, et sanctum nomen ejus.
the Almighty has done great things for me, and holy is his Name.
Et misericordia ejus a progenie in progenies timentibus eum.
He has mercy on those who fear him in every generation.
Fecit potentiam in brachio suo; dispersit superbos mente cordis sui.
He has shown the strength of his arm, he has scattered the proud in their conceit.
Deposuit potentes de sede, et exaltavit humiles.
He has cast down the mighty from their thrones, and has lifted up the lowly.
Esurientes implevit bonis, et divites dimisit inanes.
He has filled the hungry with good things, and the rich he has sent away empty.
Sucepit Israel puerum suum, recordatus misericordiae suae,
He has come to the help of his servant Israel for he remembered his promise of mercy,
Sicut locutus est ad patres nostros, Abraham et semini ejus in saecula.
the promise he made to our fathers, to Abraham and his children forever. 
 










><>   ><>   ><>










.