blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: August 9 - St. Teresa Benedicta of the Cross (Edith Stein), Virgin and Martyr --- 9 t'Awissu - St Benedetta tas-Salib - Edith Stein - Qari tal-Quddiesa

Thursday, August 09, 2012

August 9 - St. Teresa Benedicta of the Cross (Edith Stein), Virgin and Martyr --- 9 t'Awissu - St Benedetta tas-Salib - Edith Stein - Qari tal-Quddiesa

 

Edith Stein, donna del dialogo e della speranza - Published on 8 Aug 2018

Convertita al cristianesimo, non rinnegò l’appartenenza al popolo ebraico ma ne condivise la sorte. “Ebrea, filosofa, suora e martire” morì ad Auschwitz il 9 agosto del '42. Fu canonizzata da Giovanni Paolo II nel 1998 e il suo esempio rimane per noi fonte di continua ispirazione.






Edith Stein: An early athiest who died as a Carmelite religious in Auschwitz gas chamber - Published on Aug 9, 2016




SAINT TERESA BENEDICTA OF THE CROSS - CO-PATRONESS OF EUROPE










Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein)

Intervista ma' Patri Juan De Bono dwar Santa Tereża Benedetta tas-Salib - magħrufa wkoll b'isimha propja - Edith Stein.





      







Santa Teresa Benedetta tas-Salib - Edith Stein - (1891-1942) soru Karmelitana, martri.

http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php 
 
ta’ Awwissu
S. Tereża Benedetta tas-Salib
Festa

Qari I
Dan 7: 9-10. 13-14

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ħosegħa

Dan jgħid il-Mulej: Arawni, jiena lill-għarusa tiegħi neħodha fid-deżert, lil qalbha nkellem. Hemmhekk hi twieġeb bħal fi żmien żgħożitha, bħal fi żmien ħruġha minn ġo art l-Eġittu.

U għal dejjem ngħarrsek miegħi, ngħarrsek miegħi fis-sewwa, fil-ħaqq u t-tjieba u l-ħniena, b’rabta fidila jiena ngħarrsek miegħi, u tagħraf lill-Mulej.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.



Salm Responsorjali
44

R/. Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej!

Isma’, binti, ħares u agħti widen,
insa ’l ġensek u ’l dar missierek.
Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek;
u int, għax hu sidek, agħtih qima. R/.

Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar,
minsuġ bid-deheb ilbiesha.
Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha,
it-tfajliet li jingħatawlha bi sħaba. R/.

Jittieħdu b’għajjat ta’ ferħ u hena,
jidħlu fil-palazz tas-sultan.
Flok missirijietek jilħqu wliedek,
inti tqegħidhom kapijiet fuq l-art kollha. R/.
 
Akklamazzjoni għall-Evanġelju

R/. Hallelujah
Din hi xebba bil-għaqal, li l-Mulej sabha tishar; meta ġie l-Mulej, daħlet miegħu għall-festa tat-tieġ.
R/. Hallelujah

Mt 25:1-13 -- The parable of the ten virgins - Il-parabbola ta' l-għaxar xebbiet

Evanġelju
Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!
Mt 25:1-13

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: [Mt:25:1] "Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. [Mt:25:2] Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, [Mt:25:3] għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, [Mt:25:4] waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. [Mt:25:5] Il-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu..

[Mt:25:6] Imbagħad f'nofs ta' lejl instema' min jgħajjat, 'Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!' [Mt:25:7] Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. [Mt:25:8] Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin, 'Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.' [Mt:25:9] Qabżu l-għaqlin u qalu, 'Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.'

[Mt:25:10] Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu fis-sala, u l-bieb ingħalaq. [Mt:25:11] Sa fl-aħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu, ‘Mulej, Mulej, iftħilna! [Mt:25:12] Iżda hu weġibhom u qal, 'Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.' [Mt:25:13] Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.







Paul Wilbur - THE WATCHMAN 
- music video on Matthew 25:1-13 Gospel
https://www.youtube.com/watch?v=_AeQ6Sq_fEI





Saint Edith Stein Martyr of Auschwitz - Published on Aug 9, 2016






9 ta' Awwissu
Festa ta' SANTA TEREŻA BENEDETTA TAS-SALIB (EDITH STEIN),
Storja
Edith Stein magħrufa ukoll bħala Santa Tereża Benedetta tas-Salib kienet filosfa Ġermaniża-Lhudija li kkonvertiet għall-Kristjaneżmu u saret soru Tereżjana. Inqatlet fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz u fil-11 ta' Ottubru 1998 ġiet iddikjarata qaddisa tal-Knisja Kattolika. It-tifkira tagħha ssir fid-9 ta' Awwissu.
Edith Stein twieldet fi Breslau (dak iż-żmien parti mill-Ġermanja, illum fil-Polonja), fit-12 ta’ Ottubru 1891 f’familja Lhudija li kienu għadhom kemm emigraw minn Lublinitz, il-Polonja minħabba x-xogħol. Siegfried Stein kien jinnegozja fl-injam. Dak in-nhar li twieldet kien Jum it-Tpattija.
Missierha miet meta hija kellha sena u nofs minħabba xemxata li ħa fuq ix-xogħol. Ommha ħadet f'idejha x-xogħol tar-raġel. Edith, iż-żgħira minn sitta ħajjin, kellha karattru diffiċli. Rasha iebsa u jekk ma tgħaddix tagħha kienet tagħmel xenati kbar. Kienet ukoll brava ħafna, tant li kienet tixrobhom il-kotba. Minn mindu kienet ċkejkna, kienet tip li trid tifli kollox u ma toqgħodx kwieta qabel ma tasal għall-għeruq tal-affarijiet.
Għalkemm l-ambjent tal-familja kien reliġjuż ħafna, u ommha kienet Lhudija devota, meta kellha tlettax il-sena Edith ħasset li ma għandhiex titlob aktar għax ma baqgħetx temmen f'Alla. Ħasset li Alla mhux kapaċi jagħti twegiba serja għall-problemi tal-bniedem. Baqgħet hekk għal aktar minn tmien snin.
Intant l-iskola kienet sejra tajjeb ħafna. Ta' dsatax il-sena, daħlet fl-Università tal-belt fejn kienet tgħix, Breslau. Minn hemm għaddiet għall-Università ta' Göttingen. Mill-psikoloġija għaddiet għall-filosofija. Kienet waħda mill-ftit nisa li kienu jmorru l-Università dak iż-żmien. Hawnhekk iltaqgħet ma' Edmund Husserl, filosofu importanti tal-bidu tas-seklu. Dan Husserl kien beda moviment sħiħ ta' ħsieb li kien jinsisti fuq il-fatt li jeżistu veritajiet oġġettivi. Fil-ħajja mhux tagħmel dak li trid u dak li jogħġbok, bħallikieku l-kriterju li jmexxini hu l-pjaċir jew moħħi, imma hemm verità akbar u barra minni, li tiddetermina l-moralità tal-ħaġa fiha nnifisha. Edith ħassitha f'postha f'dan l-ambjent. Kellha moħħ filosofiku u analitku qawwi. "It-tfittxija tas-sewwa hi l-passjoni waħdanija tiegħi! "
Hawnhekk tiltaqa' mal-Professur Max Scheler. Lhudi li kkonverta għall-Knisja Kattolika, dan ibbaża l-filosofja kollha tiegħu fuq il-fidi. Hija l-fidi fi Kristu li tagħmilna bnedmin. Dan ir-raġunament ixxokja lil Edith li kienet għadha tħoss lil Alla l-bogħod mis-sistema mentali tagħha. "Nies li kont nagħmilha magħhom ta' kuljum, nies li jiena kont nammira, kienu qed jgħixu f'din id-dinja ġdida..."
Intant fil-1914 faqqgħet l-ewwel gwerra dinjija. Flimkien ma' xi wħud minn sħabha, Edith marret tgħin bħala infermiera tas-Salib l-Aħmar ġewwa sptar fl-Awstrija. Ommha qaltilha ċar u tond li ma ridithiex tmur "għaliex dawn is-suldati mhux biss huma morda imma huma mimlija qamel." Edith ddeċidiet : "Mela immur bla permess tiegħek!" Rieda tal-azzar li ma taqa’ għal ebda kompromess fejn tara ċar...
Fil-1917 tmur wara l-professur 'tagħha' Husserl fl-università ta' Freiburg. Mhux talli hekk, talli dan Husserl impressjonat bl-intelliġenza tagħha u bil-karattru tagħha ("Kollox fiha hu veru" stqarr darba ma' sieħbu) jaħtarha assistenta tiegħu. Intant iġġib id-dottorat fil-filosofija bit-teżi tagħha fuq l-mod kif ahna nħossu l-uġigħ tal-ieħor - "Il-Problema tal-Empatija".
L-istess sena imut fil-gwerra, il-ħabib tagħha Adolf Reinach. Meta hija marret biex tirranġa u tiġbor il-karti ta' dan l-professur assistent magħha, baqgħet imbellħa bl-atteġjament seren tal-mara żagħżugħa tiegħu, Anna. Stenniet li se ssib mara rassenjata u mfarrka. Issib mara mimlija tama fis-setgħa tas-Salib : "dan ifejjaq u jagħti l-ħajja lil kulħadd." Dan kien l-ewwel xaqq serju fis-sur tan-nuqqas ta' fidi tagħha. "Din kienet l-ewwel laqgħa tiegħi mas-Salib u s-setgħa li Alla jagħti lis-Salib lil min igorru."
Erba' snin wara dan is-sur iġġarraf għal kollox. Kienet għand il-ħbieb tagħha Theodor u Hedwig Conrad-Martius. Dawn ħarġu għal-lejl u hija u tqalleb il-kotba li kellhom fl-istudju tagħha, qabdet il-ktieb tal-ħajja ta’ Santa Tereża ta' Avila. Baqgħet imsammra. Kompliet taqra sa sbieħ il-jum. Malli spiċċatu, stqarret : "Din hi l-verità!" Fl-aħħar sabet dak li kienet ilha s-snin tfittex...
Ħames xhur wara, fl-ewwel tas-sena 1922, Edith tgħammdet fil-Knisja ta' San Martin ġewwa Bergzabern. Għażlet Tereza bħala isimha l-ġdid! Kellha tletin sena. Malli ommha saret taf, infaqgħet tibki. "Ma rrid ngħid xejn kontra tiegħu (Gesù)," qaltilha. "Forsi kien raġel tajjeb. Imma għaliex għamel lilu nnifsu Alla?!" Edith kellha tgħix il-fidi tagħha weħidha. Waħda biss minn ħutha, Rosa, aktar tard saret Nisranija.
Mill-ewwel wara l-magħmudija xtaqet tidħol soru tal-klawsura. Imma d-direttur tagħha, il-Kanonku Schwind, taha parir li aħjar l-ewwel issir midħla sewwa tal-ħajja Nisranija. Bdiet tgħallem f'kulleġġ tal-bniet ġewwa Speyer u fl-istess ħin taqleb għall-Ġermaniż ix-xogħlijiet tal-Kardinal Newman u tal-Patri Teologu Dumnikan San Tumas ta' Akwinu. Kompliet tikteb ukoll, u saret midħla sewwa tal-problematika tal-mara. Il-mara, kienet tirraġuna Edith, għandha vokazzjoni differenti minn dik tar-raġel.
Bdiet tirċievi ħafna stediniet ħalli titkellem f'diversi laqgħat u seminars. Il-mod profond u oriġinali kif kienet tippreżenta l-vokazzjoni tal-mara nisranija fis-soċjetà kontemporanja kien jimpressjona. Sabet ruħha titkllem f'ħafna bliet fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera.
Fil-1933 Adolf Hitler laħaq Kanċillier tal-Ġermanja. Il-persekuzzjoni, l-ewwel fina u moħbija u mbagħad kattiva u miftuħa kontra l-Lhud issa qabdet ritmu aktar sfrenat. Il-bibien kollha bdew jingħalqu għal Edith. Għalkemm ixxukjata u muġugħa ħafna minħabba din is-sitwazzjoni politika, Edith rat f'dan ukoll l-id providenzjali ta' Alla. Indunat li Alla qed isejħilha ħalli bħar-Reġina Ester tirriskja ħajjitha għal ġensha. Indunat ukoll li issa tista' twettaq il-ħolma li kienet ilha ġġorr ħdax il-sena. Issa setgħet tidħol Soru Tereżjana.
"Tassew nemmen li Alla aċċetta ħajti bħala offerta għal kulħadd. Hu importanti għalija li nżomm lir-Reġina Ester quddiem għajnejja u niftakar kif hi ġiet mifruda mill-poplu tagħha sewwasew biex tkun tista' tinterċedi għalihom quddiem is-sultan. Naf li jiena miniex ħlief Ester żgħira, fqira u bla siwi, imma l-fatt li s-Sultan li għażilni hu ħniena u tjubija bla tarf ifarraġni."
Il-ħajja ġdida tagħha fil-Karmelu ta' Kolonja, l-Ġermanja kienet taħlita ta' ferħ u taqbida. Ferħ ... "xi mindaqqiet tant kienet tidħak bil-qalb, li d-dmugħ kien jinżel minn għajnejha." Taqbida għaliex ma' kienet imdorrija issajjar, tnaddaf u taħsel! Mhux faċli tibdel l-orjentament ta' ħajtek ta' erbgħin sena.
Imma kienet kuntenta. Il-Provinċjal talabha tkompli tikteb. U hija hekk għamlet. Interessanti għal min 'għandu għajnejn biex jara' hu l-fatt li l-aħħar ktieb tagħha jismu : Ix-Xjenza tas-Salib. Studju fuq San Ġwann tas-Salib. Is-salib hu l-alfabett tan-Nisrani. Hu biss jagħmlek nies. Fil-vestizzjoni ħadet l-isem ta' Swor Tereża Benedetta tas-Salib jew Swor Tereża Imbierka mis-Salib.
"Id-dinja qiegħda taqbad. Il-ġlieda bejn Kristu u l-Anti-Kristu qed isseħħ issa fil-beraħ! Jekk inti tagħżel lil Kristu, din l-għażla tista' tiswielek ħajtek!" Kliem retoriku bla ebda valur prattiku? Illuzjoni poetika ta' min ma għandux x'jagħmel? Le, dan il-kliem kitbitu mara li kienet qed tara gwerra inġusta tfaqqa’ quddiem għajnejha. Il-Ġermanja kompliet sejra fil-programm tagħha li toħloq it-Tielet Reich (Saltna). F'dan ir-Reich ma kienx hemm post għal-Lhud u għad-dgħajfa. Il-Lhud bdew jiġu deportati, ħwienet magħluqa, drittijiet miċħuda. Biex tevita ħafna inkwiet lis-sorijiet sħabha, fil-bidu tas-sena 1938, xi ħbieb tal-kunvent ħadu bil-karozza bil-lejl lil Swor Tereża Benedetta ġewwa l-Olanda, fil-Monasteru ta' Echt. "Kienet firda iebsa għal kulħadd".
Ma ħaditx ħafna żmien biex tidra. Sorijiet ġodda, spirtu ġdid, ambjent ta' ħajja ġdida. "Dak li qegħedli s-salib fuq dirgħajja rnexxielu jagħmilhuli ħafif u ħelu!"
Imma l-qarnita tan-Nażi ma damitx ma ppenetrat ġewwa l-Olanda wkoll. U anke hawnhekk bdiet 'it-tisfija'. Swor Tereża Benedetta aktar bdiet tħoss l-urġenza li toffri lilha nnifisha lill-Qalb ta' Ġesù bħala tpattja b'risq paċi vera. San Pawl kien qal li n-Nisrani huwa msejjaħ "ħalli jtemm f'ġismu dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja." Din is-soru Lhudija ħasset li din hi l-vokazzjoni tagħha. Vokazzjoni ta' mħabba.
Id-daqqa tal-mannara waslet malajr. F'Lulju 1942 fil-knejjes kollha Kattoliċi inqrat Ittra Pastorali miktuba mill-Isqfijet fejn ikkundannaw l-mod barbaru li bih kienu qed jiġu ttrattati l-Lhud. Il-Reichskommissar Seyss-Inquart mill-ewwel irritalja. Billi beża' joħodha kontra l-ġerarkija Kattolika, ħadha kontra s-seba' mitt Lhud Kattoliku li kien hemm l-Olanda. Kollha għandhom jiġu deporati minnufih. Ebda' talba ta' ħniena ma għandha lanqas biss tiġi meqjusa!
Is-sorijiet tal-monasteru ta' Echt ma ndunawx mill-ewwel bil-gravità tal-qagħda tagħhom. L-Isqof assigurahom li mhu se jiġri xejn. Dik il-gimgħa stess, Swor Tereża Benedetta kienet qed tikteb lis-sorijiet tagħha ta' Kolonja fuq il-possibiltà li tmur l-Iżvizzera ma' oħtha. Imma il-bidu tat-tmiem kien wasal għal Edith. Ezatt gimgħa wara li nqrat din l-Ittra pastorali fil-Knejjes Kattoliċi, l-SS għamlu raid fejn arrestaw l-Lhud Kattoliċi kollha tal-Olanda.
Kien il-Ħadd 2 ta' Awissu 1942. Is-sorijiet Tereżjani kienu qed jagħmlu s-siegħa meditazzjoni li jagħmlu dejjem. Waslu l-SS u arrestaw lil Swor Tereża Benedetta u lil oħtha Rosa. "Ejja mmorru għal ġensna!" kienu l-aħħar kliem li qalet fil-Karmelu. Minn hemm tefgħuhom fuq vagun li s-soltu kienu jġorru fih l-annimali. Sebat ijiem wara waslu kollha Auschwitz ġewwa l-Polonja.
Kien filgħodu kmieni. Dawk li kienu għadhom b'saħħithom warrbuhom għax-xogħol iebes u esperimenti tal-mediċina. Dawk li kienu dgħajfa u morda ġegħluhom jinżgħu, tawhom ħwejjeġ oħra u mexxewhom mill-ewwel għal kmamar speċjali li kienu mimlijin pajpijiet tal-gas. L-aħħar xena li rat din is-soru kien l-uġigħ. Mietet iggassjata. Ġisimha ntrema f'fossa komuni. Kellha ħamsin sena.
Stein kienet ibbeatifika bħala martri fl-1 ta’ Mejju 1987, f’Cologne, il-Ġermanja minn Papa Ġwanni Pawlu II u kkanonizzata 11-il sena wara, fil-11 ta’ Ottubru 1998. Illum insibu diversi skejjel madwar id-dinja msemmijin għal Stein, fosthom f’Darmstadt, il-Ġermanja, f’Hengelo, l-Olanda, u Mississauga, Ontario, fil-Kanada. Fl-2009 twaqqaf bust tagħha f’Walhalla Memorial qrib Regensburg.
Hija waħda mis-sitt Qaddisin Patruni tal-Ewropa, flimkien ma’ San Benedittu, San Ċirillu u San Metodju, Santa Briġida tal-Isvezja u Santa Katerina ta’ Siena. Hija wkoll Patruna tal-Lhud ikkonvertiti u waħda mill-Patruni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.



mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 9 ta' Awwissu, 2017






.
.