blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: JUNE 24 --- Solemnity of the Nativity of John the Baptist

Monday, June 23, 2014

JUNE 24 --- Solemnity of the Nativity of John the Baptist



THE GOSPEL

June 23 - Lk 1:5-17 - Vigil - Birth of John the Baptist - Velja tas-Solennità tat-twelid ta' Ġwanni l-Battista


It-taħbira tat-twelid ta' Ġwanni l-Battista

[Lq:1:5] Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta' Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. [Lq:1:6] It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta' xejn skond il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. [Lq:1:7] Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien.
[Lq:1:8] Mela ġara li Żakkarija kien qiegħed jaqdi dmiru ta' qassis quddiem Alla, għax kien imissha t-taqsima tiegħu, [Lq:1:9] u, skond id-drawwa tal-liturġija, ntgħażel hu bix-xorti biex jidħol ġewwa fis-santwarju tal-Mulej ħalli jaħraq l-inċens.[Lq:1:10] Waqt ir-rit ta' l-inċens, il-kotra kollha tal-poplu kienet qiegħda titlob barra.
[Lq:1:11] U deherlu anġlu tal-Mulej, wieqaf in-naħa tal-lemin ta' l-artal ta' l-inċens. [Lq:1:12] Żakkarija, malli rah, tħawwad u waqa' biża' fuqu. [Lq:1:13] Imma l-anġlu qallu: "Tibżax, Żakkarija, għax it-talba tiegħek instemgħet: martek Eliżabetta se tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni. [Lq:1:14] Din tkun għalik ħaġa li tqanqlek bil-ferħ u thennik ħafna, u jkun hemm bosta li jifirħu bit-twelid tat-tifel. [Lq:1:15] Għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej; ma jkun jixrob ebda inbid jew xorb qawwi, u jimtela bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu. [Lq:1:16] Huwa jreġġa' lil ħafna minn ulied Iżrael lejn il-Mulej Alla tagħhom, [Lq:1:17] u hu ġej qabel il-Mulej, mimli bl-ispirtu u l-qawwa ta' Elija, biex iraġġa' l-qlub  tal-missirijiet lejn uliedhom, u lil dawk li ma jridux jobdu jreġġagħhom għall-għaqal tal-ġusti, ħalli jlesti poplu mħejji sewwa  għall-Mulej."


===================================================



...John 3:30 "He must increase, but I must decrease.”






Pope's Mass: A Christian doesn't need to announce himself  













June 24 - Lk 1:57-66, 80 - Solemnity - Birth of John the Baptist - It-twelid ta' Ġwanni l-Battista

It-twelid ta' Ġwanni l-Battista

[Lq:1:57] Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. [Lq:1:58] Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. [Lq:1:59] Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, [Lq:1:60] imma qabżet ommu u qalet: "Le, iżda Ġwanni jkun jismu." [Lq:1:61] Qalulha: "Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!" [Lq:1:62] Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x'ried isemmih, [Lq:1:63] u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: "Ismu huwa Ġwanni." U kulħadd baqa' mistagħġeb. [Lq:1:64] Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, lsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar lil Alla. [Lq:1:65] U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża', u bdew ixandru dawn il-ġrajjiet kollha ma' l-għoljiet kollha tal-Lhudija, [Lq:1:66] u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f'qalbu u jgħid: "Mela x'għad ikun dan it-tifel?" U tassew, id il-Mulej kienet miegħu.
[Lq:1:80] It-tifel kiber u ssaħħaħ f'ruħu, u baqa' jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Iżrael.









IL-PAPA FRANĠISKU ANGELUS Pjazza San Pietru Il-Ħadd, 24 ta’ Ġunju 2018





Speak Against Herod: Get Your Head Chopped Off - Fr. Mark Goring, CC
26 June, 2020







BRINGING OTHERS TO JESUS - John 1:29-34; John 1:35-42; John 3:22-30 --- "He must increase, I must decrease.”





Was John the Baptist Born Without Original Sin?





.