blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Christmas during the Night - Luke 2, 1-14 - 24th Dec - Midnight - Lk 2:1-14 -- The Birth of Jesus - It-twelid ta' Ġesù Kristu

Thursday, December 25, 2014

Christmas during the Night - Luke 2, 1-14 - 24th Dec - Midnight - Lk 2:1-14 -- The Birth of Jesus - It-twelid ta' Ġesù Kristu




Colossians 2:9  New American Bible (Revised Edition) (NABRE)
 
Sovereign Role of Christ.
 
For in him dwells the whole fullness of the deity bodily


 

Christmas during the Night (Luke 2, 1-14)




24th Dec - Midnight - Lk 2:1-14 -- The Birth of Jesus - It-twelid ta' Ġesù Kristu


2. It-twelid ta' Ġesù Kristu
(Mt 1, 18-25)

[Lq:2:1] F'dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. [Lq:2:2] Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. [Lq:2:3] U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. [Lq:2:4] Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta' Nazaret, u tala' l-Lhudija, fil-belt ta' David jisimha Betlehem - għax hu kien mid-dar u l-familja ta' David - [Lq:2:5] biex jinkiteb flimkien ma' Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. [Lq:2:6] Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, [Lq:2:7] u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f'maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.
Ir-rgħajja u l-anġli
[Lq:2:8] F'dawk l-inħawi kien hemm xi rgħajja fir-raba', għassa mal-merħla tagħhom billejl. [Lq:2:9] U dehrilhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom, u qabadhom biża' kbir. [Lq:2:10] Iżda l-anġlu qalilhom: "Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. [Lq:2:11] Illum, fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. [Lq:2:12] U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura." [Lq:2:13] F'daqqa waħda ngħaqdu ma' l-anġlu għadd kbir ta' qtajja' tas-sema, ifaħħru lil Alla u jgħidu:
     [Lq:2:14] "Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet,
     u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!"




God never gives up on us !





.