blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Poverty --- Mt 25:31-46 -- The Sheep and the Goats - Il-ħaqq mill-popli

Tuesday, March 11, 2014

Poverty --- Mt 25:31-46 -- The Sheep and the Goats - Il-ħaqq mill-popli

)


)


Il-ħaqq mill-popli
[Mt:25:31] "Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.  [Mt:25:32] U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: [Mt:25:33] in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. [Mt:25:34] Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu, 'Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja. [Mt:25:35] Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, [Mt:25:36] kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.' [Mt:25:37] Mbagħad iweġbuh il-ġusti, 'Mulej', jgħidulu, 'meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik ? [Mt:25:38] Meta rajnik barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? [Mt:25:39] Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?' [Mt:25:40] U s-Sultan iweġibhom u jgħid, 'Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.' 
 [Mt:25:41] Mbagħad jgħid ukoll lil dawk ta' fuq ix-xellug, 'Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta' dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu. [Mt:25:42] Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix, kont bil-għatx u ma sqejtunix, [Mt:25:43] kont barrani u ma lqajtunix, kont għeri u ma libbistunix, kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni! [Mt:25:44] Mbagħad huma wkoll iweġbuh, 'Mulej,' jgħidulu, 'meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?' [Mt:25:45] Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom, 'Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma' wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh.' [Mt:25:46] U dawn imorru fit-tbatija ta' dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta' dejjem.
.