MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Sunday, March 02, 2014
Pope Francis: ACCOMPANY, don't condemn, those who experience failure in marriage
http://en.radiovaticana.va/news/2014/02/28/pope_francis:_accompany,_dont_condemn,_those_who_have_experience/en1-777372
10. Id-divorzju
(Mt 19, 1-9; Lq 16, 18)
[Mk:10:1] Telaq minn hemmhekk u mar fl-art tal-Lhudija u 'l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa' qabad jgħallimhom. [Mk:10:2] Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. [Mk:10:3] Weġibhom u qal: "X'ordnalkom Mosè?" [Mk:10:4] Qalulu: "Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha. "[Mk:10:5] Mbagħad weġibhom Ġesù: "Minħabba l-ebusija ta' qalbkom kitbilkom dan l-ordni. [Mk:10:6] Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara. [Mk:10:7] Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu, [Mk:10:8] u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. [Mk:10:9] Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem. "[Mk:10:10] Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq dan, [Mk:10:11] u hu qalilhom: "Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju kontra l-ewwel waħda; [Mk:10:12] u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta' adulterju."
.