Fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Ammen.
Alla
tagħna, isma’ t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna.
Glorja
lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien fil-bidu, issa u
dejjem, u jibqa’ għal
dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Marija
Santissima wrina li inti ommna: għalik jisma’ t-talb tagħna, dak li
twieled għalina u ried ikun
bniedem bħalna.
O Ġesù
tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta’ l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ
kollha, l-aktar dawk li
għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.
1.
Nikkunsidraw fl-Ewwel Misteru
tal-Fidwa.
“Alla jwiegħed
Feddej li kellu jitwieled mill-Mara.”
(Ġen
3:9-15)
Wara r-riflessjoni ta’ dan
il-misteru tintalab it-talba tal-Missierna, Sliema għal għaxar darbiet u
l-Glorja.
2.
Nikkunsidraw fit-Tieni Misteru
tal-Fidwa.
“Il-Konċepiment
Immakulat tal-Mara
mwegħda minn Alla u li kellha
tkun Omm il-Feddej.(Papa Piju IX,
Ineffabilis Deus, 8 Diċembru 1854)
Wara r-riflessjoni ta’ dan
il-misteru tintalab it-talba tal-Missierna, Sliema għal għaxar darbiet u
l-Glorja.
3.
Nikkunsidraw fit-Tielet
Misteru tal-Fidwa.
"It-Twelid ta’
Marija, il-Mara
msejħa minn
Alla biex tkun Omm
il-Feddej."
(Mikea
5:1-4)
Wara r-riflessjoni ta’ dan il-misteru tintalab it-talba tal-Missierna, Sliema għal għaxar darbiet u l-Glorja.
4.
Nikkunsidraw fir-Raba’ Misteru
tal-Fidwa.
"Il-Maternità
Verġinali ta’ Marija, Omm Alla u Omm il-Knisja." (Ġwanni 19:25-27)
Wara r-riflessjoni ta’ dan il-misteru tintalab it-talba tal-Missierna, Sliema għal għaxar darbiet u l-Glorja.
5.
Nikkunsidraw fil-Ħames Misteru
tal-Fidwa.
"Is-Sinjal
il-Kbir – Il-Mara liebsa x-Xemx, bil-qamar taħt riġlejha u
kuruna ta' tnax-il kewkba madwar rasha." (Apokalissi 12:2-6)
Wara r-riflessjoni ta’ dan
il-misteru tintalab it-talba tal-Missierna, Sliema għal għaxar darbiet u
l-Glorja.
Minflok is-Salve Reġina jintalab il-Kantiku ta’ Marija -
il-Magnificat.
Magnificat
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; *
qaddis hu l-isem tiegħu.
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.
fuq dawk li jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
Ħa
ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
- bħalma wiegħed lil missirijietna - *
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem. Glorja …
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
- bħalma wiegħed lil missirijietna - *
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem. Glorja …
Skond il-fehma tal-Papa - Missierna,
Sliema u Glorja. Fl-aħħar
tintalab il-Litanija
tal-Madonna.