blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Rest In Me - A Song of Hope & Encouragement by Todd Vaters & SALM 139

Saturday, December 29, 2012

Rest In Me - A Song of Hope & Encouragement by Todd Vaters & SALM 139




& Salm139

(S:139:1) Lill-mexxej tal-kor. Salm ta' David.
Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni;

S:139:2) int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.

 (S:139:3) Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; triqati kollha inti tafhom sewwa.

 (S:139:4) Nkun għadni anqas lissint il-kelma, meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha.

 (S:139:5) Dawramejt inti tħaddanni, u tqegħedli idek fuqi.

 (S:139:6) L-għerf tiegħek ta' l-għaġeb, ma nwassalx għalih; għoli wisq, u ma nlaħħaqx miegħu.

 (S:139:7) Fejn immur 'il bogħod mill-ispirtu tiegħek? Jew fejn nista' naħrab minn quddiem wiċċek?

 (S:139:8) Jekk nitla' fis-smewwiet, hemm int; jekk nimtedd f'qiegħ l-art, int hemm ukoll.

S:139:9) Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ, u mmur ngħammar fi truf il-baħar,

 (S:139:10) hemm ukoll tilħaqni idek, u taqbadni l-leminija tiegħek.

 (S:139:11) Jekk ngħid: "Ħa jaħbini d-dlam, ħa jkunli d-dawl lejl madwari?"

 (S:139:12) anqas id-dlam ma hu mudlam; għalik il-lejl jiddi bħan-nhar; id-dlam bħad-dawl għalik.

 (S:139:13) Għax int sawwart il-ġewwieni tiegħi, u f'ġuf ommi inti nsiġtni.

 (S:139:14) Nroddlok ħajr, għax b'mod ta' l-għaġeb għamiltni:

 ta' l-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek. U 'l ruħi inti tafha tajjeb.

 (S:139:15) Ma kienx moħbi għadmi minnek, meta kont qiegħed insir

fis-satra u nintiseġ fil-qigħan ta' l-art.

 (S:139:16) Raw għajnejk l-għemejjel tiegħi: kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek; u jiemi kienu ġa magħduda meta ebda wieħed ma kien għad hemm.

 (S:139:17) Kemm huma tqal ħsibijietek għalija, o Alla! Kemm hu bla tarf l-għadd tagħhom!

 (S:139:18) Li kelli ngħoddhom, huma aktar mir-ramel; xħin nasal

fl-aħħar, nkun għadni fil-bidu miegħek.



.