blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: 28th Dec - Mt 2:13-18 -- The Escape to Egypt - Il-ħarba lejn l-Eġittu

Friday, December 28, 2012

28th Dec - Mt 2:13-18 -- The Escape to Egypt - Il-ħarba lejn l-Eġittu


Il-ħarba lejn l-Eġittu
[Mt:2:13] Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f''ħolma lil Ġużeppi u qallu: "Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa' hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu. "[Mt:2:14] Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, [Mt:2:15] u baqa' hemmhekk sal-mewt ta' Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal,
'Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.'
Il-qerda ta' l-innoċenti
[Mt:2:16] Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla  bis-sħiħ, u bagħat joqtol f'Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta' minn sentejn 'l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi. [Mt:2:17] Mbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija, meta qal,
              [Mt:2:18] 'F'Rama nstama' leħen,
                               biki u lfiq kbir:
                               Rakel tibki lil uliedha
                               u ma tridx min ifarraġha,
                               għax ma għadhomx iżjed.'