20 ta' Ġunju 2020 - Il-Papa Franġisku jżid tliet
invokazzjonijiet ġodda fil-Litanija
“Mater misericordiæ”, il-Latin għal “Omm
tal-ħniena”; “Mater spei”, jew “Omm it-tama”; u “Solacium migrantium”, jew
“Faraġ tal-migranti” huma l-invokazzjonijiet ġodda lill-Verġni Mqaddsa Marija
fil-Litanija Lawretana, li spiss tingħad fi tmiem ir-Rużarju.
Skont id-direttivi, l-invokazzjoni “Omm tal-ħniena” għandha tiddaħħal
wara “Omm il-Knisja”, “Omm it-tama” wara “Omm tal-grazzja ta’ Alla”, u “Faraġ
tal-migranti” wara “Kenn tal-midinbin”.
Iż-żieda li l-Papa Franġisku għadu kemm
għamel lil-Litanija Lawretana ġiet ippromulgata mill-Kongregazzjoni
għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju
2020, fl-istess jum tal-Festa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija.
F’ittra lill-Presidenti tal-Konferenzi
tal-Isqfijiet mad-dinja kollha, il-Kardinal Robert Sarah, il-Prefett
tal-Kongregazzjoni, u s-Segretarju tagħha, l-Arċisqof Arthur Roche,
jgħidu li mal-medda tas-sekli, l-Insara ilhom jużaw għadd bla tarf ta’
invokazzjonijiet u titli biex bihom isejħu lill-Verġni Marija, “bħala
t-triq ipprivileġġjata u żgura għal-laqgħa ma’ Kristu”.
Tweġiba għall-ħtiġijiet ta’ żmienna
Huma jgħidu li “f’rabta ma’ żminijietna,
immarkati minn sentimenti ta’ inċertezza u biża’, il-Poplu ta’ Alla
jirrikorri b’qima għandha, kollu mħabba u fiduċja”.
“Wara li għarbel dan is-sentimenti u laqa’
x-xewqat espressi”, spjegat il-Kongregazzjoni, “il-Qdusija Tiegħu
l-Papa Franġisku jixtieq jipprovdi li fil-formularju tal-Litanija
tal-Verġni Mqaddsa Marija, imsejħa l-‘Litanija Lawretana’, jiddaħħlu
l-invokazzjonijiet ‘Mater misericordiæ’, ‘Mater spei’ u ‘Solacium
migrantium’”.
Skont id-direttivi, l-invokazzjoni “Omm
tal-ħniena” għandha tiddaħħal wara “Omm il-Knisja”, “Omm it-tama” wara
“Omm tal-grazzja ta’ Alla”, u “Faraġ tal-migranti” wara “Kenn
tal-midinbin”.
F’intervista, l-Arċisqof Roche spjega li
dawn l-invokazzjonijiet “iwieġbu għar-realtajiet taż-żminijiet li qed
ngħixu fihom”. Ħafna nies mad-dinja kollha jħossuhom imġarrba b’ħafna
modi, mhux biss minħabba l-pandemija tal-Covid-19, imma anki għax
imġiegħla jħallu djarhom minħabba faqar, ġlied u raġunijiet oħra, u
għalhekk jersqu jitolbu f’riġlejn il-Verġni Mbierka.
L-invokazzjonijiet mhumiex ġodda
L-Arċisqof Roche qal li l-Papa ried
iwieġeb għal dan il-mument billi jinkludi dawn l-invokazzjonijiet.
L-Arċisqof innota li dawn l-invokazzjonijiet mhumiex ġodda għax huma
parti mit-tradizzjoni tal-Knisja li tmur lura sekli sħaħ, bħalma hi
t-talba-innu, “Sliem għalik, Sultana, Omm tal-ħniena, tama tagħna…”.
“Dawn l-invokazzjonijiet kollha”, qal,
“tqiegħdu fil-Litanija Lawretana, li hi għal qalb tant nies mad-dinja
kollha. Issa din qed twieġeb għal bżonn veru li d-dinja tagħna llum
għandha tal-għajnuna tal-Verġni Mbierka”.
X’inhi l-Litanija Lawretana?
Il-Litanija Lawretana tieħu isimha
mis-Santwarju Marjan ta’ Loreto fl-Italja, fejn jingħad li kienet ilha
tintuża sa mill-1531. Ġiet approvata uffiċjalment fl-1587 mill-Papa
Sistu V, li neħħa l-litaniji Marjani l-oħra kollha li kienu jintużaw
pubblikament. Il-Litanija Lawretana hi l-unika Litanija Marjana
approvata. Imma, ħafna litaniji Marjani oħra kienu u għadhom jintużaw,
imma huma mmirati għad-devozzjoni privata, kif jidher, ngħidu aħna,
fl-hekk imsejħa Officia Mariana.
Mal-medda tas-sekli, tal-inqas ġew miżjuda
7 invokazzjonijiet ġodda. San Ġwanni Pawlu II żied “Omm il-Knisja”
fl-1980, u “Sultana tal-familji” fl-1995. Il-Papa Franġisku issa żied
tlieta oħra.
Jeżistu wkoll litaniji oħra, bħal
tal-Qaddisin, tal-Ismijiet ta’ Ġesù, tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, ta’ San
Ġużepp (1909), tad-Demm Imqaddes u anki tal-Ħniena Divina.
Rapport għal Laikos minn Francesco Pio Attard
======================================
======================================
======================================
20th June
2020 - Pope adds three new invocations to the Litany of the Blessed Virgin Mary
“Mater misericordiae”, the Latin for “Mother of mercy”; "Mater
spei", or “Mother of hope”; and “Solacium migrantium", or “Solace of
migrants” are the new invocations to the Blessed Virgin Mary in the Litany of
Loreto, which is often recited at the end of the Rosary.
According to
directions, the invocation, “Mother of mercy” is to be inserted after “Mother
of the Church”, "Mother of hope” after “Mother of Divine Grace” and
“Solace of migrants” after “Refuge of sinners”.
By Vatican News
The addition that Pope Francis has made to the Litany of Loreto, was
made public by the Congregation for Divine Worship and the Discipline of
the Sacraments, on Saturday. It was timed for the feast of the
Immaculate Heart of Mary, June 20.
In a letter to the presidents of bishops’ conferences worldwide, Cardinal Robert Sarah, the Prefect of the Congregation, and its Secretary, Archbishop Arthur Roche, note that through the course of centuries, Christians have been using innumerable invocations and titles to call upon the Virgin Mary, “as the privileged and sure way to an encounter with Christ”.
“Discerning this sentiment and welcoming the desires expressed,” the Congregation explains, “the Supreme Pontiff, Pope Francis, wishes to provide that in the formulary of the litany of the Blessed Virgin Mary, called ‘The Litany of Loreto’, the invocations ‘Mater misericordiæ’, ‘Mater spei’ and ‘Solacium migrantium’ should be inserted.”
According to directions, the invocation, “Mother of mercy” is to be inserted after “Mother of the Church”, "Mother of hope” after “Mother of Divine Grace” and “Solace of migrants” after “Refuge of sinners”.
In an interview, Archbishop Roche explained that these invocations “respond to the realities of the time that we are living”. Speaking to Vatican News, he said that many people across the world who are afflicted in many ways, not only by the Covid-19 pandemic, but also forced from their homes because of poverty, conflict and other reasons, are invoking Our Lady.
“All these invocations,” he said, “have been put into the Litany of Loreto, which is beloved by people throughout the world.” “It is now responding to a real need that there is in our world today for the assistance of Our Blessed Lady.”
Through the centuries at least 7 new invocations to Mary were added. Saint Pope John Paul II added “Mother of the Church” in 1980, and “Queen of families” in 1995. Pope Francis has now added three more.
There are also other litanies such as of Saints, of the Names of Jesus, of the Sacred Heart of Jesus, of Saint Joseph (1909), of the Precious Blood and also of Divine Mercy.
In a letter to the presidents of bishops’ conferences worldwide, Cardinal Robert Sarah, the Prefect of the Congregation, and its Secretary, Archbishop Arthur Roche, note that through the course of centuries, Christians have been using innumerable invocations and titles to call upon the Virgin Mary, “as the privileged and sure way to an encounter with Christ”.
Responding to the needs of our time
“Referring to the present times, marked by feelings of uncertainty and trepidation, the People of God,” they say, “devoutly recourse to her, full of affection and trust.”“Discerning this sentiment and welcoming the desires expressed,” the Congregation explains, “the Supreme Pontiff, Pope Francis, wishes to provide that in the formulary of the litany of the Blessed Virgin Mary, called ‘The Litany of Loreto’, the invocations ‘Mater misericordiæ’, ‘Mater spei’ and ‘Solacium migrantium’ should be inserted.”
According to directions, the invocation, “Mother of mercy” is to be inserted after “Mother of the Church”, "Mother of hope” after “Mother of Divine Grace” and “Solace of migrants” after “Refuge of sinners”.
In an interview, Archbishop Roche explained that these invocations “respond to the realities of the time that we are living”. Speaking to Vatican News, he said that many people across the world who are afflicted in many ways, not only by the Covid-19 pandemic, but also forced from their homes because of poverty, conflict and other reasons, are invoking Our Lady.
Invocations not new
Archbishop Roche said that the Holy Father wanted to respond to this moment by including these invocations. The archbishop pointed out that these invocations are not new because they are part of the tradition of the Church that go back many centuries, such as the prayer and hymn, “Hail Holy Queen, Mother of mercy, Hail our hope…”.“All these invocations,” he said, “have been put into the Litany of Loreto, which is beloved by people throughout the world.” “It is now responding to a real need that there is in our world today for the assistance of Our Blessed Lady.”
What is the Litany of Loreto?
The Litany of Loreto takes its name from the Marian shrine of Loreto in Italy, where it is believed to have been used as far back as 1531. It was officially approved in 1587 by Pope Sixtus V, who suppressed all other Marian litanies used publicly. The Litany of Loreto is the only approved Marian litany. However, many more Marian litanies were and are in use, but are designated for private devotion, as is evident, for example, in the so-called Officia Mariana.Through the centuries at least 7 new invocations to Mary were added. Saint Pope John Paul II added “Mother of the Church” in 1980, and “Queen of families” in 1995. Pope Francis has now added three more.
There are also other litanies such as of Saints, of the Names of Jesus, of the Sacred Heart of Jesus, of Saint Joseph (1909), of the Precious Blood and also of Divine Mercy.
.
No comments:
Post a Comment