blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Concern for the poor at the heart of Revelation

Saturday, June 25, 2016

Concern for the poor at the heart of Revelation

BIBLICAL MORALITY AND ETHICS:





 
To neglect the poor is to reject the scriptures.
Published on Jun 25, 2016



 
 
 EXODUS 20:2-20

[Eż:20:2] “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art ta' l-Eġittu, minn dar il-jasar.
[Eż:20:3] “Ma jkollokx allat oħra għajri. [Eż:20:4] La tagħmilx għalik suriet minquxa u ebda xbieha ta' ebda ħaġa li hemm fl-għoli  tas-sema, jew isfel fl-art, jew fil-baħar taħt l-art. [Eż:20:5] La tmilx quddiemhom: la tadurahomx għaliex jiena hu l-Mulej Alla tiegħek, Alla għajjur, li npatti l-ħażen tal-missirijiet fuq l-ulied sat-tielet u r-raba' ġenerazzjoni lil dawk li jobogħduni; [Eż:20:6] imma nagħder sa l-elf nisel lil min iħobbni u jżomm il-kmandamenti tiegħi.
[Eż:20:7] “La ssemmix l-isem tal-Mulej, Alla tiegħek, fix-xejn: għaliex lil min isemmi l-isem tiegħu fix-xejn, il-Mulej ma jħallihx bla kastig.
[Eż:20:8] “Ftakar f'jum is-Sibt u qaddsu. [Eż:20:9] Sitt ijiem taħdem u tagħmel kull ma għandek tagħmel; [Eż:20:10] imma s-seba' jum hu jum il-mistrieħ f'ġieħ il-Mulej, Alla tiegħek. Dan il-jum ma tagħmel ebda xogħol, int, ibnek, il-qaddej u l-qaddejja tiegħek, il-bhejjem tiegħek, u l-barrani li jkun ġewwa bwiebek. [Eż:20:11] Għax f'sitt ijiem il-Mulej għamel s-smewwiet u l-art; il-baħar u kull ma hemm fihom, u strieħ fis-seba' jum. Għalhekk il-Mulej bierek is-seba' jum u qaddsu.
[Eż:20:12] “Weġġaħ lil missierek u lil ommok, sabiex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej, Alla tiegħek, jagħtik.
[Eż:20:13]  “La toqtolx.
[Eż:20:14]  “La tagħmilx adulterju.
[Eż:20:15] ̋  “La tisraqx.
[Eż:20:16] “La tagħtix xhieda giddieba kontra għajrek.
[Eż:20:17]  “La tixtieqx dar għajrek: la tixtieqx il-mara ta' għajrek, il-qaddej jew il-qaddejja tiegħu, l-għoġol jew il-ħmar tiegħu, u xejn minn kull ma għandu għajrek.”
[Eż:20:18] Il-poplu kollu sama' r-ragħad u ra l-beraq, u sama' l-leħen tat-tromba u ra l-muntanja ddahħan. U l-poplu beda jitriegħed u jitbeżża', u qagħad  'il bogħod. [Eż:20:19] Mbagħad qalu lil Mosè: “Kellimna int, u nisimgħuk; imma ma jkellimniex Alla, li ma mmutux!” [Eż:20:20] U Mosè qal lill-poplu: “La tibżgħux! Għax biex iġarrabkom ġie Alla, biex il-biża' tiegħu jkun dejjem quddiemkom ħalli ma tidinbux.”
 
 
 
------------
 
 
 
Mt 5:1-12 -- Sermon on the Mount-The Beatitudes -- Id-diskors tal-muntanja-Il-bnedmin il-hienja

- MONDAY GOSPEL OF WEEK 10 IN ORDINARY TIME
- Mt 5:1-12a = IN YEAR A - 4th SUNDAY IN ORDINARY TIME
- Mt 5:1-12a = NOVEMBER 1 - SOLEMNITY OF ALL SAINTS

5. Id-diskors tal-muntanja

[Mt:5:1] Kif ra l-folol, Ġesù tala' fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. [Mt:5:2] Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:
Il-bnedmin il-hienja
(Lq 6, 20-23)
[Mt:5:3] "Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:4] Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
[Mt:5:5]Henjin ta' qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b'wirthom l-art.
[Mt:5:6] Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
[Mt:5:7] Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.
[Mt:5:8] Henjin dawk li huma safja f'qalbhom, għax huma jaraw 'l Alla.
[Mt:5:9] Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla.
[Mt:5:10] Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:11] Henjin intom, meta jgħajjrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta' ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.
[Mt:5:12] Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom."



------------



Mt 25:31-46 -- The Sheep and the Goats - Il-ħaqq mill-popli

- THE GOSPEL on MONDAY OF WEEK 1 OF LENT
- LAST SUNDAY GOSPEL - WEEK 34 - in Ordinary Time YEAR A - Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of all creation
Il-ħaqq mill-popli

[Mt:25:31] "Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.  [Mt:25:32] U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: [Mt:25:33] in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. [Mt:25:34] Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu, 'Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja. [Mt:25:35] Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, [Mt:25:36] kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.' [Mt:25:37] Mbagħad iweġbuh il-ġusti, 'Mulej', jgħidulu, 'meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik ? [Mt:25:38] Meta rajnik barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? [Mt:25:39] Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?' [Mt:25:40] U s-Sultan iweġibhom u jgħid, 'Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.' 
 [Mt:25:41] Mbagħad jgħid ukoll lil dawk ta' fuq ix-xellug, 'Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta' dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu. [Mt:25:42] Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix, kont bil-għatx u ma sqejtunix, [Mt:25:43] kont barrani u ma lqajtunix, kont għeri u ma libbistunix, kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni! [Mt:25:44] Mbagħad huma wkoll iweġbuh, 'Mulej,' jgħidulu, 'meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?' [Mt:25:45] Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom, 'Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma' wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh.' [Mt:25:46] U dawn imorru fit-tbatija ta' dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta' dejjem.





.



No comments: