>>>>>>>>>>>>
Book of Numbers 21:4-9 -- The Bronze Serpent - Is-serp tal-bronż
Is-serp tal-bronż
[Num:21:4] U telqu minn ħdejn il-muntanja Ħor mat-triq tal-Baħar tal-Qasab biex jeħduha bid-dawra ma' l-art ta' Edom, imma l-poplu ddejjaq jimxi,
[Num:21:5] u beda jgerger kontra Alla u kontra Mosè: “Għala tellajtuna mill-Eġittu biex immutu fid-deżert? M'hawnx ħobż u lanqas ilma; aħna xbajna b'dan l-ikel ħafif.”
[Num:21:6] U l-Mulej bagħat sriep velenużi f'nofs il-poplu u bdew jigdmuhom; u mietu ħafna mill-poplu ta' Iżrael. [Num:21:7] U l-poplu mar għand Mosè, u qalulu: “Dnibna għax tkellimna kontra l-Mulej u kontra tiegħek. Itlob lill-Mulej ħa jwarrab is-sriep minn fostna.” U Mosè mar jitlob għall-poplu.
[Num:21:8] U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Agħmel serp tal-bronż velenuż, u arbulah bħal stendard; u kull min jingidem u jħares lejh ifiq u jgħix.” [Num:21:9] U Mosè għamel serp tal-bronż, u arbulah bħal stendard. U ġara li kull min kien jigdmu s-serp kien iħares lejn is-serp tal-bronż, u kien ifiq u jgħix.
From the GOSPEL of John 3:13-21
[Ġw:3:13] Ħadd ma tela' s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. [Ġw:3:14] U kif Mosè rafa' s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, [Ġw:3:15] biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:17] Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. [Ġw:3:18] Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta' l-Iben il-waħdieni ta' Alla. [Ġw:3:19] U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin. [Ġw:3:20] Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx. [Ġw:3:21] Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl, biex juri li hemm Alla f'għemilu."
>>>>>>>>>>>>
(In Maltese) The Gospel proclaimed by Fr Ray Toledo & Homily by Fr Elija Vella OFM Conv.
> > > > > > >
Um recado do Frei Elias Vella para você!
A message from Father Elias Vella for you!
from Fr. MARK GORING...
"... FOR ALL OF US ARE LOST SHEEP WHO WERE FOUND BY THE LORD'S MERCY ! ..." - POPE FRANCIS - 4th May 2016
The Pope's general audience: "To 'have' God, we must follow him to the lost sheep" - Published on May 4, 2016
Pope Francis: "God does not consider anyone permanently lost" Published on May 4, 2016
Pope: Jesus is the good shepherd - Published on May 4, 2016
.
.
No comments:
Post a Comment