https://catholicexchange.com/lepanto-the-day-our-lady-saved-Christendom
With the help of Mary, as both Our Lady of Victory and Our Lady of Guadalupe, Christian saints and heroes of the sixteenth century had begun that liberation.
OUR LADY OF THE HOLY ROSARY
IL-MADONNA TAR-RUŻARJU
-- Ir-Rużarju huwa talba mill-isbaħ, għax jitlob meditazzjoni dwar il-ħajja ta' Ġesù u Marija.
-- Wara r-rebħa kbira tal-insara fuq it-Torok f'Lepanto, fis-7 t'Ottubru, 1571, il-Papa Dumnikan San Piju V (dak li għen għall-bini tal-Belt Valletta) waqqaf il-festa tal-Madonna tal-Vittorja, li l-Papa ta・ warajh, Girgor XIII, sejħilha tar-Rużarju. San Piju V żied ukoll fil-Litanija tal-Madonna, it-titlu ・Għajnuna tal-Insara". U wara rebħa oħra nisranija fuq it-Torok fil-gżira ta' Korfu, il-Papa Klement XI (1700-1721) ordna li l-festa ssir fil-Knisja kollha.
-- Il-Papa Leone XIII żied fil-litanija s-sejħa "Sultana tar-Rużarju Mqaddes". U speċjalment l-aħħar Papiet minn mitt sena 'l hawn taw l-ikbar importanza lil din id-devozzjoni.
-- Il-Madonna stess f'Lourdes u f'Fatima talbitna ngħdu r-rużarju.
-- Fis-sena tal-familja li kienet mniedija mill-Ġnus Magħuda, fl-1994, il-Papa San Ġwanni Pawlu II ħareġ ittra appostolika dwar il-familja. F'din is-sena fil-Litanija tal-Madonna ġet miżuda; ・Sultana tal-Familja・
-- Fl-2002 l-istess Papa San Ġwanni Pawlu II ħareġ ittra appostolika dwar ir-rużrju, hekk imsejħha Rosarium Virginis Mariae. Kien f'din l-ittra appostolika li l-Papa waqqaf il-ħames misteri hekk imsejħha tad-Dawl, fejn silet siltiet mill-ħajja pubblika ta' Ġesù fil-mixja tiegħu tat-tħabbir tal-Evanġelju tas-Saltna.
X’qalet il-Madonna lil San Duminku:
-- Lil dawk kollha li bil-qima jgħidu r-rużarju tiegħi, inwiegħed ħarsien speċjali u grazzji kbar.
-- Dawk li jibqgħu dejjem jgħidu r-rużarju tiegħi, jaqilgħu grazzji straordinarji.
-- Ir-rużarju jkun arma qawwija kontra d-dlamijiet; jeqred id-drawwa ħażina, jeħles mid-dnub u jxejjen l-ereżija.
Riflessjoni:
"Ir-Rużarju tal-Verġni Marija, li ssawwar bil-mod il-mod matul it-tieni millennju taħt il-ħarsien tal-Ispirtu ta' Alla, huwa talba li ħafna qaddisin għożżewha u li l-Maġisteru tal-Knisja jinkoraġġiha. Fis-sempliċtà u l-profonditàta għal din tibqa' talba b'tifsira kbira, anki f'dan it-tielet millennju li għadu kemm beda, u għandha twassal għal ħafna frott ta' qdusija. Tinkwadra tajjeb fil-mixja spiritwali tal-kristjaneżmu, li wara elfejn sena ma tilef xejn mis-safà tiegħu tal-bidu, u jħoss l-Ispirtu ta' Alla jqanqlu biex "jaqdef 'il barra fil-fond" («duc in altum!») ħalli mill-ġdid ixandar quddiem id-dinja, anzi 'jgħajjat' b'leħen għoli, li Kristu huwa l-Mulej u l-Feddej, "it-triq, is-sewwa u l-ħajja" (Ġw 14: 6), li huwa "l-iskop tal-istorja tal-bniedem, il-punt li lejh jieħu x-xewqat tal-istorja u taċ-ċiviltà". "
Il-Papa San Ġanni Pawlu II, Rosarium Virginis Mariae
Meditazzjoni ta’ San Ġann Battista De La Salle: Most glorious Virgin Mary, mother of my God, on that happy day when you gave birth in all purity to the infant God, you also became most specially our mother and the Queen of all creatures in heaven and on earth.
I prostrate myself with all my soul at your feet to render you under these titles all the reverence that can be given to you. You are the Mother of my Creator and my own mother; you are my Queen and sovereign Lady.
I honour and reverence you, and I love you above all things, after God and your divine Son. I submit myself to your gracious power in time and in eternity.
O my loving mother, who would not be subjected to you, after God willingly, became obedient to you as your child? cf. Luke 2:51
O, with all my heart I too subject myself to you. I beg you, most holy Mother of God, to obtain for me from your beloved Son the grace to live and die in submission to him and to you.
Act to honour the Most Blessed Virgin as Mother of God
Act to honour the Most Blessed Virgin as Mother of God
https://signumfideimalta.files.wordpress.com/2012/03/ktejjeb-10-ottubru-2015.pdf
================================
Holy Mass Readings:
1st: from Acts 1:12-14
Resp: luke 1:46-55
Gsp: luke 1:26-38
Lk 1:26-38 -- The Birth of Jesus Foretold - It-taħbira tat-twelid ta' Ġesù Kristu
It-taħbira tat-twelid ta' Ġesù Kristu
OCTOBER 7 - OUR LADY OF THE ROSARY - "Inti se tnissel fi ħdanek u jkollok iben."
Evanġelju
Lq 1:26-38
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F'dak iż-żmien: [Lq:1:26] l-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla, f'belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David; u x-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] Daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Għal dan il-kliem tħawwdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet tfisser dik it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, inti se tnissel fi ħdanek u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru [Lq:1:33] u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u s-saltna tiegħu ma kollhiex tmiem." [Lq:1:34] Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" [Lq:1:35] Weġibha l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jkun jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] U ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, hija wkoll nisslet iben fi ħdanha, u dan huwa s-sitt xahar għaliha li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal; [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." [Lq:1:38] Imbagħad qalet Marija: "Hawn jien l-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!" U l-anġlu telaq minn ħdejha.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
><> ><> ><>
-Tingħad kull sena - f’nofsinhar tat-8 ta’ Mejju; fl-ewwel Ħadd t'Ottubru - U - fil-festa tal-Madonna tar-Rużarju, 7 t'Ottubru.
><> ><> ><>
Oct 07 - Homily: Our Lady of the Rosary
><> ><> ><>
THE SECRET OF THE ROSARY
by St Louis de Montfort
Or
.
No comments:
Post a Comment