THE STIGMATA OF SAINT FRANCIS - SEPTEMBER 17
From the writings of St Bonaventure.
**************************************************************
**************************************************************
17 ta' Settembru
Festa ta' Missierna San Franġisk
fl-Għoti tal-Pjagi Mqaddsa.
Bi hsebijietu merfugfiin Lejn Kristu li bata ghalina, fis-sajf tas-sena 1224, San Frangisk ingabar fis-skiet tal-kunvent li kien fuq il-gholja La Verna. Il-qaddis kien jghakkes il-gisem tieghu billi, matul is-sena, isum ir-randan ghal seba' darbiet. Fuq dik il-gholja, hu kien qieghed isum ir-randan li kien jaghmel f'gieh l-Arkanglu San Mikiel. Lejn il-festa ta' l-ezaltazzjoni tas-Salib, li tahbat fl-14 ta' Settembru, waqt li kien fuq dik l-gholja fi granet ta' sawm u f'meditazzjoni fuq il-passjoni ta' Kristu, il-Mulej Gesù deherlu b'sitt igwienah, bhal serafin, maqtugh fl-ajru u b'dirghajh miftuhin, bir-riglejn ma' xulxin, u msallab ma' salib. Mill-gwienah, tnejn kienu weqfin fuq ir-ras, tnejn mifruxin ghattitjir, u tnejn jiksu l-gisem kollu. Imbaghad, waqt li kien mitluf f'estasi ta' mhabba, fl-idejn, fir-riglejn, u fil-genb ta' Frangisku bdew jidhru l-pjagi ta' l-istess Kristu msallab. L-idejn u r-riglejn dehru minfudin b'imsiemer li kellhom bhal ras tonda u sewda fuq iz-zewg nahat; kienu ppuntati u milwijin sabiex ma jinqalghux. L-imsiemer kienu tal-laham stess, imma mahrugin 'il barra. Il-genb lemini wkoll deher bhallikieku minfud minn lanza, u kien jaghti fl-ahmar ghall-gerha li kellu; ta' sikwit, il-gerha kienet tnixxi d-demm, u lbiesu kien jiccappaslu. Minn dak il-waqt, il-qaddis Frangisku, li sa minn tant zmien kien jarawh bhal Kristu iehor, gie trasfigurat fi xbiha hajja tal-Mulej anki fl-istess gisem tieghu.

mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 16 ta' Settembru 2017
**************************************************************
**************************************************************
St Francis of Assisi: Go and Rebuild my Church HD
Talb u tifħir ’l Alla
Int qaddis, waħdek Mulej Alla, li tagħmel ħwejjeġ ta’ l-għaġeb.
Int qawwi.
Int kbir.
Int l-aktar għoli.
Int Sultan li tista’ kollox, Missier qaddis, sultan tas-sema u ta’ l-art.
Int Mulej, Alla wieħed fi tliet Persuni, int kull tjubija.
Int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba, Mulej Alla, ħaj u veru.
Int għerf.
Int umiltà.
Int sabar.
Int kenn.
Int is-sliem.
Int hena u ferħ.
Int il-ħaqq u l-qies.
Int il-għana li jegħleb kull ħtieġa.
Int is-sbuħija.
Int ta’ qalb ħelwa.
Int li tieqaf magħna.
Int li tgħasses fuqna u tidħol għalina.
Int il-qawwa.
Int is-serħan tal-qalb.
Int it-tama tagħna.
Int il-fidi tagħna.
Int il-għaxqa kbira tagħna.
Int il-ħajja ta’ bla tmiem, kbir u ta’ l-għaġeb.
Mulej, Alla li tista’ kollox, Feddej ta’ ħniena.
San Franġisk ta’ Assisi
L-Għanja tal-ħlejjaq
Mulej, agħmilni strument tal-paċi tiegħek
Talba fil-knejjes
http://www.laikos.org/ktejjeb_talb.htm
L-Għanja tal-ħlejjaq
Twajjeb Mulej, int l-ogħla, tista’ kollox,
għalik huma t-tifħir, is-sebħ, il-ġieħ, u kemm hawn barka.
Jixirqu lilek biss, ja l-aktar Għoli,
u l-ebda bniedem ma jistħoqqlu jlissen ismek.
Mulejja, tkun imfaħħar mal-ħlejjaq kollha tiegħek
u l-aktar m’oħtna x-xemx
li biha jibda l-jum u jroxx id-dawl.
Għax hi sabiħa u tħeġġeġ bl-isfa dija:
ix-xbiha tiegħek, l-aktar Għoli, naraw fiha.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna l-qamar u l-kwiekeb:
għamilthom sinjal fis-smewwiet, leqqiena, għonja, u sbejħa.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna r-riħ,
fiż-żiffa u fl-isħab, fil-bnazzi, f’kull tibdil,
li minnu inti tgħajjex kull maħluq.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna l-ilma
li hu meħtieġ qatigħ, irżin, ta’ siwi, u safi.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna n-nar,
li bih iddawwal id-dlamijiet tal-lejl,
hu sbejjaħ, kollu ħajja, sħiħ, u qawwi.
Mulejja, tkun imfaħħar f’oħtna u ommna l-art
għax minnha l-għixien, u hi tmexxina,
u tagħti frott kull bixra, ward bl-ilwien u ħxejjex.
Mulejja, tkun imfaħħar f’dawk li jaħfru għal imħabbtek
u f’dawk li jġarrbu l-mard u l-hemm bla lewma.
Imbierka dawk li jilqgħu kollox b’ħajr u sliem,
għax minnek, l-aktar Għoli, jieħdu l-ħlas.
Mulejja, tkun imfaħħar f’oħtna l-mewt tal-ġisem,
li minnha ebda ħaj ma jista’ jaħrab:
ħażin għal dawk li jmutu fid-dnubiet il-mejta;
imbierka dawk li ssibhom fir-rieda mqaddsa tiegħek,
għax il-mewt l-oħra ma tagħmlilhomx deni.
Faħħru, bierku lil Mulejja u żżuh ħajr,
u bla kburija xejn, aqduh ilkoll.
San Franġisk ta’ Assisi
Mulej, agħmilni strument tal-paċi tiegħek:
fejn hemm il-mibegħda, ħallini nħeġġeġ l-imħabba;
fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra;
fejn hemm id-dubju, ħallini ndaħħal il-fidi;
fejn hemm il-qtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama;
fejn hemm id-dlam, ħallini nkebbes id-dawl;
fejn hemm in-niket, ħallini nxerred il-ferħ.
Mgħallem divin, la tħallix:
li iżjed infittex li nkun imfarraġ, milli nfarraġ jien;
li iżjed jifhimni ħaddieħor, milli nifhem lil ħaddieħor jien;
li iżjed inkun maħbub, milli nħobb jien.
Għaliex meta nagħtu, aħna naqilgħu;
meta naħfru, aħna niġu maħfura;
meta mmutu, nerġgħu nitwieldu għall-ħajja ta’ dejjem.
San Franġisk ta’ Assisi
Talba fil-knejjes
Nadurawk,
sidna Ġesù Kristu,
(hawn u) fil-knejjes kollha tiegħek,
li jinsabu fid-dinja kollha,
u nberkuk,
għax bis-salib imqaddes tiegħek
fdejt id-dinja.
San Franġisk ta’ Assisi
San Frangisk, Pittura ta' Giuseppe Cali meqjuma Fil-Knisja Marija Addolorata San Pawl il-Bahar
St. Francis of Assisi
La storia del saio di Francesco
SAN FRAĠISK TA’ ASSISI - Djaknu: 1182 – 1226
San
Franġisk twieled f’Assisi fl-1182, meta missieru kien barra
l-pajjiż. Ommu semmietu Ġwanni. Iżda meta missieru li kien
kummerċjant għani tad-drappijiet ġie lura, sejjaħlu ”Franġisk” għal
Franza li hu tant kien iħobb.
Franġisku tela’ jgawdi mis-suċċess ta’ missieru, u għalhekk kellu ikel, ilbies, divertiment u ħajja soċjali mill-aħjar.
Il-ġibda
għall-avventura qanqlitu biex jieħu sehem fi gwerer li dak iż-żmien
kienu jinqalgħu bejn l-ibliet u bejn ir-reġjuni ta’ l-Italja.
Darba
waħda, fl-1205, kien sejjer biex jieħu sehem f’talja, iżda hekk kif
wasal fi Spoleto marad, u ma setax ikompli fi triqtu. Meta kien marid
sama’ xi jgħidlu: ”Aqdi lill-Imgħallem u mhux lill-qaddej”.
Meta
rritorna f’Assisi għamel bidla kbira fih, hekk li meta ltaqa ma’
lebbruż għannqu miegħu u tah karita’. Beda jkun iktar miġbur u
jitlob, iżur il-morda u jgħin lill-fqar.
Ġurnata
waħda fl-1206, kien qed jitlob quddiem kurċifiss fi knisja żgħira
abbandunata fil-kampanja, ta’ San Damjan, u sama’ leħen jgħidlu:
”Franġisku, sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf”. Ma biegħ dak li
kellu, u beda jiġbor biex isewwi l-ħsarat li kien hemm fi tliet
knejjes żgħar, ta’ San Damjan, ta’ San Pietru u dik tal-Porzjunkola
ddedikata lil Santa Marija ta’ l-Anġli.
Meta
missieru rah jgħix f’dik il-ħajja sejjaħlu quddiem l-Isqof u nsista
miegħu biex jibdel ħajtu inkella ma jkollux x’jaqsam iktar miegħu.
San Franġisk neħħa ħwejġu minn fuqu tahom lil missieru u qal: ” Sa
issa sejjaħtlek missier; mil-lum ’il quddiem nibda ngħid ’Missierna li
inti fis-smewwiet.”
Fl-1208,
meta kien fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ l-Anġli sama’ l-qari
tal-Vanġelu (Mt. 10:7-10) u ħass li dawk il-kelmiet kienu għalih. Mar
libes ċoqqa griża fqira li rabat b’ħabel ma’ qaddu u beda jimxi ħafi.
Xi
żgħażagħ bdew jingħaqdu miegħu biex jgħixu l-istess ħajja li kien
qed jgħix hu, u fl-1209, meta kienu tnax ħadhom Ruma, u l-Papa
Innoċenzu III tahom l-approvazzjoni tiegħu. Hekk beda l-Ordni tiegħu
tal-”Fati Minori”.
Fl-1212, bil-għajnuna ta’ Santa Klara waqqaf it-tieni Ordni li kien dak tas-sorijiet li ġew imsejjħa Klarissi.
Fl-1219,
bagħat l-ewwel missjunarji f’Tunes u l-Marokk. Hu mar fl-Art
Imqaddsa u fl-Eġittu fejn ippriedka lis-Sultan ta’ l-Eġittu Malek
al-Kamil bla ma rnexxielu jikkonvertih.
Fl-1220 raġa’ lura l-Italja, u meta kien Firenze waqqaf it-Tielet Ordni tal-Penitenti, it-Terzjarji Franġiskani.
Fl-24
ta’ Diċembru 1223 laqqa’ xi nies u għamel presepju ħaj li għalkemm
ma kienx l-ewwel presepju li sar, iżda b’hekk San Franġisk qanqal
l-imħabba tan-nies lejn il-presepju.
Fil-festa
tas-Salib, ta’ Settembru 1224. daħal f’estasi waqt li kien qed
jimmedita fuq il-passjoni u t-tbaqtija ta’ Kristu, u rċieva l-pjagi
ta’ Ġesù magħrufa bħala l-istigmata.
San
Franġisk li minħabba l-mard kien kważi tilef id-dawl ta’ għajnejh,
miet meta kellu biss qrib il-45 sena, fit-3 ta’ Ottubru 1226,
filgħaxija, waqt li kienet qed tinqara l-ġrajja tal-Passjoni ta’ Ġesù
mill-Vanġelu ta’ San Ġwann. San Franġisk imqanqal mill-umilta’
tiegħu qatt ma aċċetta li jsir saċerdot.
Il-Papa Benedittu XV ipproklamah: ”L-iktar xbieha perfetta ta’ Ġesù li qatt għexet”.
Ħsieb
San
Franġisk ma kienx ta’ l-idea li l-Insara jirbħu lil Musulmani
bis-suldati, bil-gwerer u bil-ġlied, iżda bil-messaġġiera tal-paċi,
bil-missjunarji. Filfatt hu mhux biss bagħat l-ewwel missjunarji
fl-artijiet Musulmani, iżda hu stess mar ukoll. Fil-konfronti li
jkollna ma’ l-oħrajn kif inġibu ruħna? Bil-ġlied, bil-vjolenza, jew
bid-djalogu u l-ftehim?
SAN FRANĠISK TA' ASSISI --- SAINT FRANCIS OF ASSISI
FRANCISCAN CONVENTUALS - B'KARA, MALTA
===============================================
Song of St Francis
Sunlight, moon glow, bright stars
God, my God what an artist You are
The sky, the earth, the sea
How could You notice me
Father, I am too small
To be seen on Your canvas at all
An incidental speck
A grain of dust and yet
You love me
You love me
As if I were the only one to love
You have lavished on me
All Your kindness so unsparingly
My honour, wealth, and skills
Are worthlessness yet still
You love me
You love me
As if I were the only one to love.
How can You see me, how can You hear me?
How can You feel, how can You reach
How can You touch, how can You love me?
You love me
As if I were the only one to love !
Sung by Luke Garrett
Kalendarju Frangiskan
Solennitajiet, Festi u Tifkiriet
Solennitajiet, Festi u Tifkiriet
tal-Qaddisin u l-Beati Frangiskani
http://www.sanfrangisk.com/06qaddisin/qad01-kalendarju.htm
Transitus of St. Francis - October 3
Saint Francis Of Assisi Painting -
The Death Of Saint Francis Of Assisi
by Jose Camaron
TRANSITUS OF ST FRANCIS OF ASSISI -
José Benlliure y Gil
Scientific testing appears to prove that a garment found in Cortona, Italy, belonged to the saint.
Francis: The saint and the Pope
video published on October 9, 2022 ---
Reopened after 800 years, the door of the Spogliazione, where St. Francis of Assisi renounced his possessions and stripped himself of his clothes. Thus began the great story of Franciscanism for a new Church.
**************************************************************
**************************************************************
Transitus of St. Francis - October 3
Tonight we commemorate the transition of St. Francis of Assisi from his earthly life to his heavenly life. Franciscans of all the orders gather world-wide for this deeply moving ceremony.
Saint Francis Of Assisi Painting -
The Death Of Saint Francis Of Assisi
by Jose Camaron
TRANSITUS OF ST FRANCIS OF ASSISI -
José Benlliure y Gil
3 TA’ OTTUBRU
TRANSTU TA’ SAN FRANĠISK MISSIERNA
Fl-Ordni Franġiskan kollu hemm tradizzjoni li kull sena fit-3 ta’ Ottubru filgħaxija, il-komunitajiet Franġiskani jiltaqgħu fil-knejjes u fil-kappelel tal-kunventi tagħhom biex ifakkru l-mewt ta’ Missierhom San Franġisk jew kif inhu aktar magħruf it-Transtu (il-passaġġ) tiegħu minn did-dinja għal għand il-Missier. Meta dan it-Transtu jsir f’xi Parroċċa jew knisja Franġiskana għall-funzjoni jkunu mistiedna wkoll in-nies u d-devoti tal-qaddis. San Franġisk iltaqa’ ma’ oħtna l-mewt fuq il-qiegħa tal-art fil-knisja tal-Porziuncola, barra l-belt ta’ Assisi. Kien fil-ħin tal-Għasar nhar is-Sibt, 3 ta’ Ottubru 1226. L-għada il-Ħadd sar il-funeral u l-ġisem ta’ Franġisku ttieħed bil-purċissjoni l-ewwel lejn il-Knisja ta’ San Damjan biex Klara u s-sorijiet tagħha jsellmu għall-aħħar darba lil Franġisku u mbagħad lejn il-knisja ta’ San Ġorġ Martri, fejn dam midfun għal kważi erba’ snin sakemm tlestiet il-Bażilka biex tilqa l-fdalijiet tiegħu.
(mill-Facebook, 2 ta' Ottubru 2017) https://www.facebook.com/ParroccaMarijaAddolorataSanPawlIlBahar/

The Transitus of St Francis of Assisi October 3rd
**************************************************************
**************************************************************
PROPER GOSPEL on both OCTOBER 3rd and OCTOBER 4th
- OCTOBER 3 - THE TRANSITUS OF SAINT FRANCIS OF ASSISI
- OCTOBER 4 - SAINT FRANCIS OF ASSISI, Franciscan Feast
Evanġelju
Jiena ta’ qalb ħelwa u umli.
Mt 11, 25-30
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
[Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: "Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. [Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. [Mt:11:27] "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.
[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.
.

The actual tunic worn by St Francis of Assisi
It-tunika li ntlibset minn San Franġisk t'Assisi
Scientific testing appears to prove that a garment found in Cortona, Italy, belonged to the saint.
St Francis is one of the most popular Catholic holy men of all time. His community, the Order of the Friars Minor, commonly known as Franciscans, are easily spotted in their hooded robes with rope belts and sandals, and as a mendicant (begging) order, their vow of poverty is hardcore.
As with many of the most venerated saints, there is no shortage of churches that wish to bring their congregations closer to St Francis by acquiring his holy relics. There are four churches that have preserved tunics which are believed to have been worn by St Francis, but after a round of scientific testing, conducted in 2007, this number has been reduced to three. However, scientific testing suggests one of these is the real deal.
A team of physicists from the Italian Institute for Nuclear Physics (INFN) in Florence, subjected fibers from two tunics reputedly worn by the Little Poor Man of Assisi to radiocarbon dating. The first came from the Church of St Francis in Cortona, Italy, and the second from the Basilica of Santa Croce, in Florence.
Jeanna Bryner, from Live Sicence, reports that the garment from Santa Croce was found to have been made between the late 13th and late 14th centuries. As Saint Francis is known to have died in 1226, it was determined that this tunic could not have been worn by St Francis himself.
The tunic from Cortona, however, was dated between 1155 and 1225, firmly within the saint’s lifetime. It is believed that this tunic was brought to Cortona by St Francis’ successor, Friar Elias, along with two other relics attributed to the saint: an embroidered cushion and a book of the Gospels.
There has been no scientific testing performed on the other two tunics said to have been worn by St Francis. These two relics remain preserved in the city of Assisi, St Francis’ hometown, and in the Sanctuary of La Verna in Tuscany.
Source: Aleteia
**************************************************************
**************************************************************
**************************************************************
**************************************************************
.
.
.
.
No comments:
Post a Comment